Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Sports 32 Gilmar Da Silva Ribeiro bit-trofew tal-MFPA Best Player Overal Ta' 66 sena jlesti t-800 Maratona tiegħu f 'Malta KULL maratona u kull tellieqa tirrakkonta storja - storja ta' determinazzjoni, tama, ġlieda kontra d-diversità, ġirja biex timbotta l-limitu tiegħek. Il-lista ma tispiċċa qatt! Għall-atleta Taljan Antonio Grotto, li għandu 66 sena, il-Malta Marathon li saret riċentament, immarkat suċċess ieħor fil-karriera tal-ġiri tiegħu - kienet it-800 maratona tiegħu. Il-karattru kwiet, riżervat u umli ma jikxfux l-enerġija, l-entużjażmu u l-pożittività ta' dan l-atleta. Antonio beda jipprattika l-ġiri madwar 30 sena ilu, hekk kif ħass li f 'ħajtu kellu bżonn sfidi ġodda, fruntieri ġodda biex joffrulu eċitament ġdid f 'ħajtu. Hekk kif jispjega fi kliemu stess, il-ġiri jgiegħel lil Antonio jħossu tajjeb dwaru nnifsu. Il-ġiri joffrilu ċ-ċans li jkollu ħsibijiet friski waqt li jħallih ukoll iħossu ħaġa waħda man-natura u mal-elementi ta' madwaru. Il-ġiri joffri motivazzjoni kemm biex tibda kif ukoll biex tispiċċa, jiġifieri biex tgawdi l-proċess tal- esperjenza kollha. Il-pjaċir li jikseb mill-ġiri jgħinu sabiex ma jħossx l-istress dwar it-tellieqa. Imma li kull tellieqa jikkunsidraha bħala avventura ġdida, esperjenza li tgħinu jiżviluppa l-psike tiegħu. Antonio lanqas qatt ma jikkunsidra li ma jispiċċax tellieqa, irrispettivament għall-kundizzjonijiet li jkollu jiffaċċja. Il-pożittività ħarġet ċara kristall hekk kif fl-aħħar tal- Malta Marathon, Antonio ġie mistoqsi dwar kif il- kundizzjonijiet tar-riħ u tat- trab, liema kundizzjonijiet diversi parteċipanti gergru dwarhom, affettwawlu l-ġirja. Antonio sempliċiment irrisponda lir- riħ billi rah bħala element li joffri kontribut addizzjonali lill-esperjenza tal-maratona. Il-konnessjoni ta' Antonio ma' Malta hija waħda mhux biss għax kien propju hawnhekk li huwa għamel it-800 maratona tiegħu. Fil-passat, Antonio ġera l-Malta Marathon darbtejn waqt li l-familja tiegħu għandhom konnessjoni ta' negozju ma' Malta. Carlo Segala, li hu t-tifel tar- rispett ta' Antonio, ukoll hu atleta li ħa sehem fil-Malta Half Marathon. Carlo hu wieħed mill-propjetarji ta' Helvi (Italja), liema kumpanija timmanifattura magni tal-welder, waqt li hi wkoll soċju stabbilit tal- kumpanija lokali Multigas, li qed tiċċelebra d-90 anniversarju minn mindu bdiet il-produzzjoni tal-gas industrijali. Fil-fatt, Helvi u Multigas bagħtu tim ta' seba' ġerrejja fil-Malta Marathon u fil-half-marathon. B'hekk nistgħu napprezzaw kif ir-relazzjoni ta' suċċess taż-żewġ kumpaniji hi iktar minn sempliċiment negozju. "Ġejt Malta biex inqatta' ftit ġranet kemm mal- familja kif ukoll ma' wħud minn sħabi li ngħaqdu miegħi għat-tellieqa. Din kienet it-tieni Malta Marathon tiegħi. Hi rotta li togħġobni waqt li Malta hi gżira tassew sabiħa bi storja interessanti. Grazzi għal din l-esperjenza, iltqajt ma' xi nies speċjali ħafna," spjega Antonio wara l-maratona. L-ewwel maratona ta' Antonio kienet fl-1994 f 'Venezja. Minn dakinnhar 'l hawn, huwa ma ħarisx lura hekk kif għaqqad l-imħabba tiegħu għall- ivjaġġar ma' dik tal-ġiri. Antonio vjaġġa madwar id-dinja waqt li dejjem ipprefera li jara kull pajjiż minn għajnejn ta' atleta minflok minn għajnejn ta' turist normali. Id-distanzi favoriti ta' Antonio huma tal-100km, tant li għandu CV tassew impressjonanti fihom. Waqt li kull tellieqa toffri emozzjonijiet differenti, Antonio jsemmi żewġt itlielaq speċifiċi li l-aktar li affettwawh. Dawn huma l-maratona ta' Ġerusalemm, fejn diversi twemmin ingħaqdu biex jilħqu għan wieħed - dak li jlestu l-maratona, esperjenza li għadha s'issa temozzjonah, kif ukoll in-New York Marathon 2001, li seħħet wara l-attakki terroristiċi li kienet emozzjoni qawwija għalih. Ir-riħa ta' ħruq, anki jekk kienu għaddew xahrejn minn meta t-Twin Towers ġew attakkati, kienet għadha evidenti. Waqt it-tellieqa, l-enormità tat-traġedja saret iktar b'saħħitha, tant li spiċċa qatta' r-rotta kollha jibki u jħossu mdejjaq. Wara 800 maratona, il-ġiri u l-isfidi li huma assoċjati ma' dan l-isport għadhom jistimulawh lil Antonio? Ir-risposta tiegħu kienet waħda pożittiva u qawwija: "Sakemm wieħed ma jassorbix l-istress mhux neċessarju marbut ma' dan l-isport, mela allura l-isport żgur għandu jgħinek tħossok tajjeb. Il- ġiri m'għandux ikun ġlieda kontra l-ħin u huwa ta' diżappunt jekk f 'ġurnata partikolari tiġri iktar bil-mod - il-ġiri għandu jġiegħlek tħossok tajjeb dwarek innifsek." Meta mistoqsi x'parir joffri lil min qed jikkunsidra li jibda dan l-isport, Antonio rrisponda bl-umiltà kollha, "Ibda bil-mod, ġurnata wara l-oħra, u ftit ftit tiżviluppa f 'attitudni tal- ħajja. Fil-bidu, tisfurzax lilek innifsek iżżejjed. Iġri sabiex tħossok tajjeb, sabiex issib lilek innifsek, tqatta' l-ħin fin-natura, tiltaqa' ma' nies ġodda u żżur postijiet ġodda - kull darba tiskopri postijiet ġodda." Issa, Antonio qed jippjana t-tlieqaq li jmiss, li jinkludu l-50km Romagna (25 ta' April), 100km – 100 e Lode (7 ta'Mejju) u 100km del Passatore (29 ta' Mejju), kif ukoll il-Maratona ta' Auckland aktar tard matul din is-sena. Wieħed jista' jsegwi l-attivitajiet ta' Antonio Grotto nnifsu, fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook. L-atleta Antonio Grotto fl-azzjoni waqt il-Maratona ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016