Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Sports 33 Ikompli r-renju ta' Danica Bonello Spiteri fid-Duathlon u t-Triathlon DANICA Bonello Spiteri reġgħet fetħet l-istaġun tat-triathlon f 'Malta bl-istess mod li ħallietu s-sena li għaddiet - fil- quċċata. L-ewwel avveniment tas-sena 2016 kien fi triathlon internazzjonali, magħrufa bħala l-Xterra, li jinvolvi 1.5km għawm, 30km offroad mountain bike u 10km ta' ġiri f 'terran offroad ukoll. Bonello Spiteri tgħid li dan it-tip ta' triathlon huwa ferm iktar diffiċli minn triathlon tat-triq, minħabba terran offroad u l-elementi li jagħtu iktar kedda lill-ġisem. Kien hemm kważi 200 atleta jieħdu sehem fl- Xterra Malta, li kienet parti mill-European Series. Bonello Spiteri tgħid li hija tassew ħasra li kulma kien hemm kienu ftit atleti Maltin li ħadu sehem f 'din it-tellieqa ta' livell għoli li ġie organizzat fi xtutna. Għat-tieni sena konsekuttiva, Bonello Spiteri, telqet fil-kategorija PRO, li jfisser li qed tħabbatha mal-aqwa atleti fl-Ewropa, li xogħolhom hu li jiffukaw biss fuq taħriġ fit-triathlon. "Naf li stajt nikkompeti bħala 'age group' u li kieku għamilt dan kont nirbaħ anki overall tal- age groups fit-tellieqa, iżda ġaladarba għandi livell li nista' nikkompeti bħala PRO, avolja miniex atleta fuq bażi 'full time', xorta nipprova, għax dan itini inċentiv biex nagħmel l-aħjar li nista', u s-sodisfazzjon li nkun għamilt ħilti mal-'PROs' huwa ikbar." Bonello Spiteri bdiet b'għawma tajba fejn ħarġet fit-tieni post mal- atleta Ungeriża Poor, li eventwalment spiċċat biex rebħet it-tellieqa. Fis-sezzjoni fuq ir-rota, Bonello Spiteri tilfet ċertu ħin u waqgħet fis-seba' post. "Ir-rota, peressli huwa bil-mountain bike tagħmel differenza kbira milli meta tkun fit-triq. Din is-sena għamilt ħafna taħriġ biex intejjeb il-wirja tiegħi bil- mountain bike, fejn fil-fatt naqqast il-ħin bi 11-il minuta minn tas- sena li għaddiet. Iżda xorta għad fadalli lok fejn nitjieb iżjed". Il-ġirja kienet waħda interessanti, fejn Bonello Spiteri kellha tissielet ma' żewġ atleti oħra sal-aħħar. Fil-fatt, f 'tellieqa ta' tliet sigħat, Bonello Spiteri, spiċċat fit- tmien post, iżda s-sitt post kien inqas minn minuta 'l bogħod. "Sodisfatta b'din it- tellieqa, komplejt nitgħallem fejn irrid nitħarreġ iktar u nispera li t-taħriġ ikompli jagħti r-riżultati". It-tieni avveniment għas-sena 2016 kien il- Kampjonat Nazzjonali tad-'Duathlon' li sar fit- toroq ta' Ħal-Safi. "Fl-ewwel ġirja ta' 4km, ħriġt b'pass komdu ħafna, fejn anki fin-nifs ma kontx qed inbati wisq. Dak kien il-pjan. L-20km rota kien fuq bazi 'drafting' fejn ħdimt m'atleta oħra fuq ir-rota biex inkomplu ntejbu l-vantaġġ li kellna" Kif lestiet mir-rota, Bonello Spiteri, ħarġet b'pass mgħaġġel mit- transizzjoni għall-aħħar ġirja ta' 2km. Malajr ħadet l-ewwel post iżda kompliet iżżid id-distakk b'kemm setgħet sakemm spiċċat it-tellieqa u rebħet il-Kampjonat, u kompliet turi d-determinazzjoni u d-dominanza tagħha f 'dan l-isport f 'Malta. Ta' min jinnota, li Bonello Spiteri ilha tikkompeti fit-triatlon u d-duathlon għal dawn l-aħħar 20 sena u fil-fatt, dan kien id-disa' titlu nazzjonali tad-duathlon li rebħet Bonello Spiteri. L-avvenimenti li jmiss huma l-Kampjonati ta' Spanja tat-timijiet, fejn Bonello Spiteri tikkompeti għall-klabb CTOA, ġewwa Madrid, u wara tkompli bil-Kampjonati Ewropej, fejn il-mira tagħha hi li ġġib lura medalja għal Malta. Din is-sena, Danica Bonello Spiteri, tixtieq tirringrazzja lil People and Skin (Dr Joanna Delia), Flexischeme, Kumitat Olimpiku Malti, Malta Triathlon Federation, kif ukoll lill-kowċis u lit-tim tagħha li jgħinuha fit- taħriġ ta' kuljum, għax mingħajr din it-tip ta' għajnuna, it-triq biex tipprepara ruħha sew għat-tlielaq tkun ferm iktar diffiċli. Danica Bonello Spiteri fl-azzjoni Ritratt : Mark Borg Keith Galea jirbaħ ir-raba' Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon fil-karriera illustri tiegħu NHAR is-17 ta April, il- Malta Triathlon Federation organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon ġewwa l-korsa ta' Ħal Safi. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 4km, rota ta' 20km u ġirja oħra ta' 2km. It-tellieqa kienet waħda drafting jiġifieri l-atleti setgħu jaħdmu flimkien fir-rota bħala grupp u dan il-fatt ħoloq element ta' tattika waqt it-tellieqa. L-atleta ewlieni Malti Keith Galea, rnexxielu jirbaħ dawn il-Kampjonati Nazzjonali għar-raba' darba fil-karriera illustri tiegħu u għat-tielet darba konsekuttiva, wara li rnexxielu jagħmel dan fis-snin 2012, 2014, 2015 u 2016, bir-rekord tal-iktar atleta li rebaħ dawn il- Kampjonati jinsab għand ħuh li huwa wkoll il-kowċ tiegħu, Dermot Galea, li rebaħ dan it-titlu għal xejn inqas minn seba' darbiet. It-tellieqa kienet waħda eċitanti mill-bidu nett hekk kif Shaun Galea, Steve Chetcuti u James Cuschieri kienu wara ċ-champion renjanti Keith Galea tul l-ewwel ġirja. L-erba' atleti daħlu flimkien fl-ewwel transizzjoni. Galea ħalla kollox fir-rota hekk kif għamel serje ta' attakki fl-ewwel kilometri. Ħadd mill-avversarji ta' Galea ma seta' jżomm mal-attakki taċ- champion ta' Birkirkara St Joseph u rnexxielu jagħmel id-differenza kollha. Konxju ta' dan, Keith Galea nduna li dan kien mument kruċjali biex jirbaħ it-tellieqa u allura kompla fl-attakk tiegħu biex ikompli jżid il-vantaġġ. Shaun Galea, Chetcuti u Cuschieri bdew jaħdmu flimkien biex inaqqsu id-distakk, imma Galea kien qiegħed fi klassi għalih fuq ir-rota u beda jżid il-vantaġġ tiegħu ma' kull dawra. Huwa daħal fit-tieni transizzjoni b'vantaġġ komdu u amministra tajjeb il-vantaġġ tiegħu fit- tieni ġirja biex rebaħ ir-raba' titlu tad-duathlon fil-karriera tiegħu f 'ħin ta' 54.59 minuti. Fit-tieni post daħal iż-żagħżugħ Shaun Galea, waqt li Steve Chetcuti spiċċa fit-tielet post biex hekk il-podju ta' dawn il-kampjonati kien iffurmat kollu b'atleti ta' Birkirakra St Joseph. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Keith Galea qal li jinsab kuntent ħafna bir-rebħ ta' dan it-titlu. Il-prestazzjoni kienet waħda tajba speċjalment fuq ir-rota fejn ħassu b'saħħtu ħafna. Huwa xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill- kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-ġenituri tiegħu u lill-familja tal-mara tiegħu, lin-nutrizzjonista tiegħu Johanna Galea u lill-masseur tiegħu Owen Attard. Keith Galea xtaq jgħid grazzi kbira wkoll lill- isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Mochika Outdoor Life, DGtri.com, Lucida Laundry, u Starbene 24/7, lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malta u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar nett huwa xtaq jirringrazzja lill-mara tiegħu Elizabeth tas-sapport kbir li hija ttih. Keith Galea jifraħ wara li rebaħ il- Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon għar-raba' darba fil-karriera tiegħu Ritratt : Angie Conti