Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

IMWIELED fil-Belġju fl-1964, Jean-Marc Bosman kien jilgħab il-logħba tal-futbol b'mod professjonali u wieħed ma jkunx qed jigdeb jekk jgħid li kien protagonist assolut f 'din il-logħba tant sabiħa. Biss, huwa ħalla mpatt fuq din il-logħba b'mod rivoluzzjonarju mingħajr ebda tip ta' gowls spettakolari jew finet brillanti. Huwa ħalla mpatt fuq is-sistema tat-trasferimenti, permezz tal- famuża Bosman Ruling li daħlet fis-seħħ lura fl-1995, li bażikament tagħti l-libertà lill-plejers li jkun spiċċalhom il-kuntratt (free agents), li jingħaqdu ma' liema klabb iridu huma. Huwa prinċipju effettiv fil- pajjiżi tal-UE ħlief fi gżiritna, fejn hawnhekk għadu jeżisti l-parametru. Kollox beda fl-aħħar tal-istaġun 1989/1990, meta Bosman li kien jilgħab fil-Belgju mat-tim ta' RFC Liege, kien spiċċalu l-kuntratt. Madankollu, biex jitlaq xorta waħda l-klabb li jkun iridu, kellu bżonn iħallas il-parametru, u Bosman ħa spunt minn din is-sitwazzjoni sabiex jibda din ir-rivoluzzjoni kalċistika. Wara ħames snin ta' battalji legali, Bosman irnexxielu jieħu dak li ġġieled għalih, hekk kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, emendat dan l-Artiklu filwaqt li anke għamlet emendi oħra li ħallew impatt fil- futbol, per eżempju l-ammont ta' plejers barranin li huma eliġibbli f 'kull kampjonat. Nieħdu eżempju bil-ġrajja sabiħa ta' Leicester City. Li kieku ma kienx bis-saħħa ta' Bosman, kieku Leicester qatt ma setgħu jirbħu kampjonat minħabba l-ammont ta' plejers li ġabu b'xejn u li kollha lagħbu rwoli importanti fosthom Christian Fuchs, Nathan Dyer, Marc Albrighton u N'Golo Kante. Infatti, Bosman iddeskriva dan it-titlu bħala suċċess għall- futbol Ewropew u dak mondjali u jemmen li kapaċi jagħti bidu ġdid għall-futbol fejn jidħlu oqsma ta' trasferimenti. Fuq l-istess punt, dawn huma l-iktar 10 trasferimenti importanti u famużi taħt ir-regola ta' Bosman. Robert Lewandowski, mingħand Borussia Dortmund għal mar-rivali ta' Bayern Munich. Trasferiment bejn żewġ klabbs rivali kien dak ta' Sol Campbell, li minn ma' Tottenham Hostpur, kien ingħaqad ma' Arsenal, fejn rebaħ anke t-titlu tal-istaġun 2003/2004 mingħajr telfa. Lura fl-1999, Steve McManaman kien ingħaqad mat-tim ta' Real Madrid wara l-esperjenza ma' Liverpool, fejn hemmhekk rebaħ anke l-UEFA Champions League. Andrea Pirlo wkoll ingħaqad mat- tim ta' Juventus permezz ta' din ir-regola, fejn ġewwa Turin kompla bil-maġija tiegħu fejn żied iktar unuri fil-vetrina personali tiegħu. Trasferiment ieħor li seħħ ġewwa l-Italja kien dak ta' Roberto Baggio, fejn fl-1997 huwa kien inħall minn mat-tim ta' AC Milan u ngħaqad ma' Bologna. Protagonista reġgħet kienet l-Italja, li fl-2004 laqgħet lil Esteban Cambiasso li wara li spiċċalu l-kuntratt ma' Real Madrid, huwa ngħaqad mat-tim ta' Inter. Bl- istess trasferiment imbagħad, ħalla lill-Inter u mar fl-Ingilterra sabiex ingħaqad mat-tim ta' Leicester City. Barcelona wkoll kienu approfittaw minn din ir-regola, meta fl-2004 huma kienu ġabu lill-attakkant Żvediz, Henrik Larsson, wara li kien telaq minn ma' Celtic. Diġà semmejna żewġ trasferimenti li raw involuti timijiet Ingliżi, u tliet trasferimenti oħra fejn hemm ikkonċernati timijiet mill-Ingilterra huma dawn. Fis-sena 2000, Brad Friedel kien ħalla lil Liverpool fejn ingħaqad ma' Blackburn. Sena wara, reġgħu kienu Liverpool involuti f 'sitwazzjoni hekk, fejn kienu ġabu lil Markus Babbel. Ħames snin wara, il-leġġenda tal-futbol Ġermaniż Michael Ballack, kien spiċċalu l-kuntratt minn ma' Bayern Munich u ngħaqad mat-tim ta' Chelsea. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bdejt nilgħab il-futbol minn ta' età żgħira fejn kont immur nilgħab fil-playgrounds, imbagħad kont ingħaqadt mal-akkademja ta' Standard Liege. Xi tgħidilna dwar il-karriera kalċistika waqt li kont tilgħab, illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Cristian Antony Muscat Jean-Marc Bosman - protagonist assolut fil-futbol mingħajr ma skorja gowls deċisivi jew rebaħ tournaments maġġuri. Kiteb kapitlu importanti fl-istorja tal- futbol madwar l-UE, fejn wara ħames snin ta' battalji legali, irnexxielu jegħleb ir-regola tal-parametri, sabiex b'hekk, plejer mingħajr ebda tip ta' kuntratt ma' kwalunkwe klabb, ikun jista' jingħaqad ma' klabb tal-għażla tiegħu Ir-raġel li tilef kollox biex irrivoluzzjona Sports 34 "Li kieku ma kontx jien, Ronaldo u Messi ma kienx jirnexxielhom jaslu sa fejn waslu llum" "Il-Bosman Ruling waqqfet l-abbużi fuq il-plejers bla kuntratt, iżda minkejja dan, f 'Malta qiegħed nara li s-sitwazzjoni ma nbidlitx"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016