Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum irrivoluzzjona l-futbol mondjali Sports 35 speċjalment fiż-żmien ma' Charleroi u Standard Liege? Bdejt fl-età ta' 10 snin ma' Standard Liege u mbagħad bqajt tiela' sakemm bdejt nilgħab mat-tim tal-kbar fl-età ta' 17-il sena, fejn lgħabt ma' plejers bħal Eric Gerets. Int ħallejt impatt enormi fuq il-futbol mondjali speċjalment permezz tal-'Bosman Ruling'. Irrakkontalna x'ġara eżatt. Kont nilgħab mat-tim ta' R.F.C De Liege u li ġara kien, li spiċċali l-kuntratt u xtaqt nibda avventura oħra. Iżda l-klabb tiegħi ma ħalliniex għaliex ried il-ħlas tal-parametru tiegħi, u kien hemmhekk li beda kollox. Inkredibbli huwa l-fatt li minkejja li wara kollox qbiżt għad-drittijiet tal-plejers, xorta waħda spiċċajt biex tlift kollox. Għaliex ġara dan? Huwa minnu dan kollu li qiegħed tgħid. Matul din il-battalja legali kelli ħafna reżistenza min-naħa tal- FIFA u tal-UEFA, fejn anke kont meqjus bħala għadu tal-futbol iżda madankollu bqajt għaddej. Minn rapporti estensivi dwarek fuq l-internet, fost oħrajn iltqajt ma' frażi meta int kont għidt li, li kieku ma kienx għalik, kieku Ronaldo u Messi ma waslux fejn waslu llum. Tista' tispeċifika iktar dawn il-kummenti tiegħek? Iva, nerġa' ngħid li, li kieku ma kontx jien, Ronaldo u Messi ma kienx jirnexxielhom jaslu sa fejn waslu llum. U mhux huma biss. Kien hemm ħafna plejers oħra għaliex il-Bosman Ruling ma waqfitx biss l-abbużi fuq il-plejers bla kuntratt, iżda anke l-ammont ta' plejers barranin li jistgħu jilagħbu ma' timijiet fl-Unjoni Ewropea. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq il-kankru tal-betting fil-logħba tal-futbol? Naħseb li llum il-ġurnata, hemm wisq flejjes involuti fil-logħba tal-futbol fejn spiċċa qisu negozju. Naqbel mal-betting fuq żwiemel u klieb iżda mhux futbol. Għaddi messaġġ tal-aħħar lil dawk kollha li jħobbu l-logħba tant sabiħa tal-futbol. Il-Bosman Ruling waqfet l-abbużi fuq il-plejers bla kuntratt, iżda minkejja dan, f 'Malta qiegħed nara li s-sitwazzjoni ma nbidlitx. Nixtieq nagħti s-sapport tiegħi lill-plejers Maltin li għaddejjin minn xi sitwazzjoni partikolari u napprezza x-xogħol li qiegħda tagħmel l-MFPA għall-akbar ġid tal-futbol Malti. Twieled fit-30 t'Ottubru tal-1964 f 'Montegnee, fil-Belġju Lagħab kważi 100 partita ma' Standard Liege Kien il-captain tat-tim nazzjonali Belġjan ta' taħt il-21 sena Huwa l-moħħ wara l-abolizzjoni tal-parametri fil-futbol fl-Unjoni Ewropea Il-każ tiegħu dam ħames snin, fejn tista' tgħid li kien waqaf mill-futbol Jean-Marc Bosman "Matul din il-battalja legali kelli ħafna reżistenza min- naħa tal-FIFA u tal-UEFA, fejn anke kont meqjus bħala għadu tal-futbol imma madankollu bqajt għaddej"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016