Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum M'għandekx ċans tixtri post jekk ikollok." Is-sors tal-ILLUM mill- bank qal li l-banek lokali qed ikunu aktar iebsa minn qabel minħabba diversi fatturi. "Wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-banek qed joqogħdu aktar attenti u jkunu iktar konservattivi fil-mod kif jagħtu s-self. Ma ninsewx li l-banek Maltin baqgħu b'saħħithom u reżiljenti, anke meta konna qed naffaċċjaw kriżi f 'dan is-settur proprju għax konna bilgħaqal u qgħadna attenti kif insellfu l-flus." Kompliet tgħid li kieku l-bank kellu jagħti self lil kull min jitolbu, ikun qed jitfa' fir-riskju ħafna klijenti u anke jkun irresponsabbli li jagħti self lil xi ħadd li mbagħad ma jkunx jista' jħallas lura. "U jekk ma jkunx jista' jħallas lura s-self, x'jiġri?" staqsiet mal- ILLUM. Għollielha l-kera b'€100 fix-xahar u sallabha waħda sew L-ILLUM tkellmet ukoll ma' mara ta' madwar 50 sena, li xtaqet tibqa' anonima minħabba s-separazzjoni minn ma' żewġha wara 24 sena ta' żwieġ. Wara s-separazzjoni hija telqet mid-dar ta' żewġha u b'żewġ ulied kriet appartament żgħir fil- Qawra bi €350 fix-xahar. Sentejn ilu, wara 4 snin tgħix fih, sid il-kera infurmaha li kien li se jgħollilha l-kera b'€100 fix-xahar minħabba li l-valur tal-kirjiet fiż-żona għolew. "Jiena kont naħdem bħala cleaner f 'lukanda fil-viċinanzi, kien l-aħjar li stajt insib wara 25 sena miżżewġa, bla kwalifiki u mara tad-dar. Naturalment, kelli nħallashom, imma qed nissallab bħalissa. B'paga ta' cleaner u b'żewġt itfal, €100 iktar fix-xahar kerha ħafna." Meta l-ILLUM staqsiet għalfejn ma tapplikax għall-għajnuna tal-Gvern, hija qalet li sid il-kera kien qallha li jekk hi titlob l-għajnuna tista' tispiċċa barra mingħajr saqaf fuq rasha. Din il-problema mhux tant kbira fejn jidħlu koppji, għax il-koppji li jridu jgħixu flimkien u jixtru post, ma tantx isibu diffikultajiet biex jixtru akkomodazzjoni u jmorru jieħdu xi loan mill-banek lokali. Għax il-banek jieħdu l-introjtu taż-żewġ konjuġi jew taż-żewġ 'partners' u jisilfuhom biżżejjed biex dawn jistgħu jixtru l-post li jkunu jifilħu jixtru. Iżda jidher ukoll li dan il-pajjiż qed jiskarta lil dawk in-nies 'single' li jew jitħajru, inkella jiġu sfurzati miċ-ċirkostanzi tal-ħajja li jixtru post jew jikru post. Mhux qed nirreferu għal dawk in-nies li għandhom dħul qawwi, iżda għal kwart tal-popolazzjoni li għandhom paga minima jew viċin, u anke ma' dawk li għandhom paga medja (jiġifieri dawk li jaqbdu madwar €1,400 sa €1,700 fix-xahar). Il-housing soċjali kien wieħed mill-akbar problemi li semmew Deputati Laburisti li kienu tkellmu mal-ILLUM dwar l-ilmenti li qed jirċievu, anke jekk fuq l-ILLUM tal-20 ta' Marzu kien żvelat kif il- Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kien diġà identifika 16-il sit differenti madwar il-pajjiż li fuqhom, din is-sena stess se jibda proġett ta' 'housing soċjali'. Il-proġett se jiswa €50 miljun b'kollox. Iżda l-ġuvni li tkellem mal-ILLUM u li qed jipprova jgħix b'paga minima qal lil din il- gazzetta li "hemm bżonn ta' skemi ta' self aħjar għal min hu single, u ġaladarba niftaħru li l-ekonomija hi tant soda, għandha wkoll togħla l-paga minima biex wieħed ikun jista' jlaħħaq mal-ħajja ta' kuljum u jekk xejn, biex ikollu l-bażiku. U l-ħajja ta' kuljum ma jfissirx biss l-ikel, iżda anke fejn wieħed jista' jgħix b'mod komdu, f 'akkomodazzjoni komda. Mhux il-lussu, imma l-bażiku. Hu sabiħ li l-pajjiż jikber ekonomikament u tara nies li mexjin passi ta' ġgant fil-pajjiż. Iżda ejja ma ninsewx lil dawk li qed ibatu qatigħ biex ilaħħqu mal-ħajja billi jaħdmu żewġ xogħlijiet bilfors u mhux għax iridu, u dan biex jgħixu normali u mhux fil- lussu, biex ikollhom saqaf fuq ras il-familja tagħhom, jipprovdu l-ikel li jħobbu fuq il-mejda u, għaliex le? Kultant imorru jieklu ikla f 'xi ristorant. "Jien single u rrid nixtri fejn noqgħod... naqla' paga minima u l-bank jislifni biss €35,000...fejn se nixtri b'dan il-prezz?" għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Europea 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL SERVIZZI TA' 'OUTSIDE CATERING' PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għall-offerti għal servizzi ta' 'outside catering' waqt il-konferenzi li se jsiru matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Fenomenu ġdid li jista' jwassal għall-faqar: Nies li la jistgħu jikru u lanqas jixtru fejn jgħixu