Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 6 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi Provision of Training: Building cross-platform mobile apps with Apache Cordova – T065/16 Data ta' ħruġ: 10 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 27 ta' Mejju 2016 Supply, Installation and Maintenance of Closed Control Air-conditioning System - T061/16 Data ta' ħruġ: 11 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 1 ta' Ġunju 2016 Supply and Delivery of 19Ltr Water Bottles – T053/16 Data ta' ħruġ: 13 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 10 ta' Ġunju 2016 Provision of Application Services – T045/16 Data ta' ħruġ: 9 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 20 ta' Ġunju 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Mejju 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. (www.etenders.gov.mt) Tobba Maltin u Ġermaniżi f 'taħriġ konġunt BĦALISSA f 'pajjiżna għaddej programm ta' taħriġ konġunt bejn tobba Maltin mill-isptar Mater Dei u oħrajn Ġermaniżi mill-isptar Red Cross ta' Kassel. Dan it-taħriġ qed isir wara li ftit tax-xhur ilu, il-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne iffirma Memorandum of Understanding għal kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Fil-fatt, it-taħriġ tal-lum hu l-ewwel wieħed min serje ta' programmi li se jkunu qed ikomplu jsaħħu t-taħriġ tat-tobba Maltin u Ġermaniżi. 11-il vettura oħra fid- distretti tal-Pulizija 70 vettura għall-Korp tal-Pulizija MATUL il-jum tal- Ġimgħa, ħdax-il vettura tal-Pulizija tqassmu fi ħdax-il distrett tal-Pulizija madwar Malta, filwaqt li dik allokata għad-Distrett ta' Għawdex ġiet mogħtija lilhom riċentament. F'ċerimonja qasira fl- Akkademja f 'Ta' Kandja, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, flimkien mal-Aġent Kummissarju Laurence Cutajar, żaru dawn il-vetturi qabel ma qabdu triqthom lejn id- distretti rispettivi. Dawn il-vetturi huma parti minn investment ta' 40 vettura li ġew utilizzati waqt iċ-CHOGM u l-Valletta Summit li nxtraw mill-Korp għall-valur ta' €400,000. Fid-diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Abela sostna kif dan jimmarka l-akbar numru ta' vetturi li nxtraw f 'daqqa għall-Korp fl-aħħar żminijiet. Huwa tenna li d-distretti huma l-qalba tax-xogħol tal-Pulizija. Għaldaqstant, huwa sostna kif permezz tal-għoti ta' dan in-numru ta' vetturi jrid iwassal messaġġ ċar dwar il-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi għall-ħtiġijiet fl-għases distrettwali. "Dan huwa pass żgħir, imma pass ta' direzzjoni li juri l-attenzjoni u l-interess tagħna fix-xogħol pulizjesk fid-distretti, li huwa l-ewwel post minn fejn il-pubbliku jingħata għajnuna meta jirrikorri għand il-Korp," sostna l-Ministru Abela. Huwa żied jgħid li fl-aħħar sentejn u nofs, b'kollox inxtraw 70 vettura għall-Pulizija. Imqassma fi 58 karozza u 12-il mutur, l-għan ta' dan l-investiment huwa biex il-Pulizija tkun f 'pożizzjoni li tkompli ttejjeb is-servizz offrut minnha lill-komunità. Hawn huwa fakkar kif, grazzi għax-xiri ta' dawn il-muturi, il-Pulizija stazzjonati fis-Sezzjoni tat- Traffiku għandhom mutur assenjat għalihom personali. Għall-kuntrarju ta' kif kien isir fil-passat, b'hekk inqata' l-bżonn li l-membri jisselfu l-muturi bejniethom. Il-Ministru Abela temm il-messaġġ tiegħu billi wera l-gratitudni tiegħu lejn ix-xogħol tant importanti mwettaq mill-membri kollha fl-għases tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex. Waqt din iż-żjara attendew ukoll iż-żewġ Assistenti Kummissarji responsabbli mid-distretti, Martin Sammut u Neville Aquilina, kif ukoll il- Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, Joe Cachia. Il-Kappillan tal-Korp, Fr Raymond Bonnici, bierek il-karozzi u lil membri preżenti. 'La jien u lanqas qatt kont campaign manager ta' Demarco' Tkompli minn paġna 1 IRONIKAMENT, il- kittieba fil-gazzetta Independent, Daphne Caruana Galizia allegat li l-gazzetta The Times kienet inflwenzata editorjalment minn Keith Schembri minħabba r-rabta ma' Adrian Hillman. Sa ftit ġimgħat ilu, De Marco kien l-ikbar ħabib ta' Hillman. Imma wara li Hillman ma baqax Direttur Manaġerjali, De Marco għamel minn kollox biex ma jkollux x'jaqsam ma' Hillman. Mistoqsi mill- gazzetta ILLUM jekk huwiex campaign manager ta' Mario DeMarco, Portelli ċaħad bil- qawwi li hu għandu x'jaqsam. "Assolutament le. La jien u lanqas qatt kont campaign manager ta' De Marco. Xorta fil-kariga li għandi mal-Gvern lanqas nista' nagħmel dan." Portelli kkonferma li bħalissa qed jaħdem mill- bini ta' Heritage Malta imma ċaħad li b'xi mod huwa impjegat ma' din l-entità. "Iva, jien għandi uffiċċju fil-bini ta' Heritage Malta fejn naħdem fil-pożizzjoni tiegħi maċ-ċivil, imma ma naħdimx ma' Heritage Malta." Portelli kkonferma wkoll li hu jaħdem bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Strickland fuq bażi part time. Meta mistoqsi kif ilaħħaq ma' impjieg full- time fiċ-ċivil u xogħol bħala CEO tal-Fondazzjoni Strickland Portelli wieġeb li, "ma nafx x'qed timmaġina li hija l-Fondazzjoni, kull m'hemm huwa jien bħala Kap Eżekuttiv u l-ġardinar, bħala impjegati ta' din il- fondazzjoni." L-Istrickland Foundation hija effetivament propjetarja tat-Times u kif ukoll ta' ħafna propjetaijiet oħra. Mal-ILLUM, Portelli saħaq li biex hu seta' jaħdem bħala CEO tal-Fondazzjoni, kellu jitlob permess mingħand il-Gvern, liema permess "ingħatali minn żewġ Ministeri, dak tat-turiżmu u dak tal-kultura." Mal-ILLUM huwa kompla jgħid li pariri lil eks-Ministri Nazzjonalisti ġieli ta, "imma nerġa' ntenni li qatt ma kont qed imexxi l-kampanja ta' De Marco." Mistoqsi jekk hux parti mit-tim li jikkampanja għal De Marco, Portelli ċaħad u qal li hu qatt ma kkampanja għall-ebda politiku. Peter Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016