Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Qorti 8 Gwardjan tal-ħabs jgħid hekk fuq ħruq f'ċentru tar-refuġjati fl-Iżvezja...imma ma jinstabx ħati ta' razziżmu L-IPPUBBLIKAR ta' kliem ta' mibgħeda bil-ħsieb li jqanqal vjolenza kontra grupp ta' persuni huwa reat kriminali biss jekk dak il-grupp jinsab f 'Malta. Dan ħareġ minn deċiżjoni li ngħatat tul il-ġimgħa li għaddiet. Dan jidher f 'sentenza tal- Qorti tal-Maġistrati kontra Vincent Debono, gwardjan tal-ħabs li kien ġie arrestat wara li kumment tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook ġie miġjub għall-attenzjoni tat- tmexxija tal-post tax-xogħol tiegħu. Debono kien kiteb kumment taħt rapport dwar sensiela t'attakki ta' ħruq fuq faċilitajiet li joffru kenn għar-refuġjati, liema rapport kien ġie mxerred fuq is-sit soċjali. Il-kumment ta' Debono, fejn esprima x-xewqa tiegħu li r-refuġjati kienu jinsabu ġewwa l-faċilità waqt il-ħruq, kien ġie moqri minn konsulenta fuq id-drittijiet tal-bniedem ġewwa l-Irlanda. Din kitbet lid-Direttur tal-Faċilità korrettiva ta' Kordin fejn saqsiet jekk kienx ser jittollera l-impjegati tiegħu jesprimu l-approvazzjoni tagħhom għall-ħruq ta' Musulmani ħajjin u jekk kienx beħsiebu jieħu xi passi dixxiplinarji kontra l-gwardjan. L-għada filgħodu, Debono kien ġie interrogat mill- ispettur Spiridione Zammit u sussegwentement mixli b'użu mhux xieraq ta' apparat elettroniku tal- komunikazzjoni, kif ukoll li uża kliem ta' theddid jew insulti bil-ħsieb li jqajjem vjolenza jew mibgħeda razzjali. Debono ma ċaħadx li l-kummenti kien kitibhom hu. Fir-rigward ta' abbuż ta' apparat elettroniku tal- komunikazzjoni, il-maġistrat Aaron Bugeja ma kellu ebda dubju li l-kummenti ta' Debono kienu qabżu l-limiti tal-libertà tal-espressjoni, u għaldaqstant li kienu applikazzjoni illegali ta' dan l-apparat. Għalhekk, Debono ġie mmultat €5,000 għal dan. Iżda l-Qorti ma sabitx ħtija fejn jidħol tqanqil ta' vjolenza jew mibgħeda razzjali, għaliex skont il-Qorti, kif inhi mfassla l-liġi, din tapplika biss jekk il-mibgħeda jew vjolenza tkun mqanqla kontra gruppi li jinsabu ġewwa t-territorju Malti. Minkejja li fl-opinjoni tal-Qorti, dan il-kunċett għandu jestendi lil hinn mit-territorju, hi kienet marbuta bil-liġi kif inhi u kellha tinterpretaha skont l-intenzjoni oriġinali tal- leġiżlatur. "Din il-Qorti ma tistax tibdel il-Liġi hi. Il-Liġi tinbidel mill-leġiżlatur," saħaq il-Maġistrat Bugeja. Wara li l-Qorti għamlet riċerka fil-profond sabiex tistabbilixxi l-ispritu li fiha inkitbet din il-liġi, il-Maġistrat ħass li r-reat ma rriżultax u appella lil- leġislatur sabiex jikkunsidra bis-serjetà li l-firxa ta' gruppi protetti mit-tqanqil ta' mibgħeda tiġi estiża sabiex tkopri wkoll dawk li mhumiex fit-territorju Malti. L-avukati Veronique Dalli u Dean Hili rrapreżentaw lil Debono. Serqu karozza biex jintbagħtu d-detox KOPPJA dipendenti fuq l-eroina ġiet miżmuma taħt arrest preventiv wara li spjegaw li kienu serqu karozza bl-għan li jiġu arrestati u mpoġġija ġo programm residenzjali ta' riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga. L-ispettur Josric Mifsud ressaq lil Allan Caruana ta' 36 sena u Ruth Borda ta' 33 sena, it-tnejn miż-Żejtun fuq diversi akkużi ta' serq aggravat. Il-maġistrat Gabriella Vella semgħet kif nhar l-Erbgħa li għadda, il-koppja kienet serqet Peugeot 406 li kienet ipparkjata f 'Marsaskala, f 'attentat iddisprat biex jingħataw trattament għad-dipendenza tagħhom. Diversi oġġetti elettroniċi u apparat ta' fotografija li kienu ġewwa l-karozza, ma ġewx mittiefsa u lanqas ma saru ħsarat fil-vettura. L-ispettur spjega li fil-ħin tal- arrest tagħhom, il-koppja kienu qed ibatu minn sintomi gravi ta' rtirar mill-eroina. Huma kienu qalulu li riedu jiġu arrestati u rriabilitati mid-droga. Il-Qorti ġibdet l-attenzjoni tal-koppja li l-imputazzjonijiet li kienu qed jaffaċjaw kienu jġorru sentenza ta' ħabs li ma setgħetx tiġi skartata, minkejja l-protesti ta' Borda li saħqet li ma kinux għamlu ħsara u li kienu rritornaw l-affarijiet misruqa kollha. Żiedet tgħid li kienet bdiet tieħu t-trattament tal-methadone. L-avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace talab li jingħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest u qal li s-sentenza tal-ħabs kienet tkun ta' ħsara għall-imputati. Iżda wara li wiżnet l-akkużi, iċ-ċirkostanzi tal-każ u d-dipendenza tal-imputati, il-Qorti qalet li ma setgħetx tagħti ħelsien mill-arrest f 'dan l-istadju u ċaħdet din it-talba. Minflok, għamlet rakkomandazzjoni lid-direttur tal-ħabs sabiex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dawn jingħataw il- kura meħtieġa mill-aktar fis possibbli. 'Nispera li nħaraq bihom ġewwa'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016