Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 10 D in il-ġimgħa għalqu n-nominazzjonijiet għall-post vakat ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. B'hekk issa huwa magħruf li b'kollox se jkun hemm tliet kandidati li se jkunu qed jikkompetu bejniethom biex jirbħu l-premju ta' wieħed mill-ogħla karigi tal-partit. Ngħiduha kif inhi, bħalissa t-triq għall-Partit Laburista hija għat-telgħa u b'numru konsiderevoli ta' Laburisti li huma diżillużi u bil-każ Panama, li heżżeż lill-Gvern Laburista, id-Deputat Mexxej il-ġdid tal-Labour se jkollu għadma iebsa sew biex jikseb suċċess. L-ILLUM iltaqgħet ma' Chris Cardona, Ministru u Deputat Parlamentari għal 20 sena sħaħ u persuna li bi kliemha, tappella sew għall-hardcore tal-Partit Laburista. Xi jġiegħlu jaħseb lil Cardona li huwa kanididat idoneu? Kif jirrispondi għall-akkuża li l-Labour biegħ ruħu għall-flus? Cardona x'jifhem b'soċjaliżmu? Hu jqis ruħu soċjalist? Għalfejn id-delegati għandhom jivvutaw lilu? U kif jara li l-każ 'Panama' se jilgħab fir-riżultat elettorali tal-2018? Chris Cardona jibda billi jfakkar li l-Partit Laburista fil-Gvern diġà wettaq ħafna mill-programm elettorali tiegħu u jgħid ukoll li l-Ministeru li jmexxi kellu parti importanti x'jilgħab speċjalment bit-tkabbir ekonomiku li qed tesperjenza Malta bħalissa. "Issa fis-sentejn li għad fadal, inħoss li nista' nagħti kontribut biex dak li għamilna fil-Gvern u s-suċċess li ksibna, nagħmluh fil-partit permezz ta' strateġija ċara, manifest b'saħħtu u riżultat tajjeb fl-elezzjoni ġenerali." Konrad Mizzi huwa 'top performer' Mill-ewwel nidħlu fl-aktar kontroversja kurrenti: Konrad Mizzi u l-kontijiet fil-Panama. Infakkru li skont analiżi politika anke fuq din il-gazzetta, hemm min qed jgħid li minħabba li d-deċiżjoni ta' Muscat ma kinitx assoluta fil-konfront ta' Mizzi, dan il-każ jaf jibqa' jiġri wara l-PL sal-elezzjoni li jmiss u jiddetermina r-riżultat elettorali wkoll. "L-osservazzjoni tigħek hija ġusta, imma mhux korretta," iwieġeb mill- ewwel Cardona. "Joseph Muscat ħa deċiżjoni ċara fuq Ministru 'top performing' għax Konrad Mizzi wettaq bil-fatti fis-setturi tal- enerġija u tas-saħħa. U d-differenza ħassejnieha, fosthom b'kontijet tad- dawl u ilma irħas." Cardona jdawwar il-kanuni tiegħu fuq l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u jgħid li f 'dak il-każ, "illum qed naraw li hemm min hu kompliċi fit-twaqqif ta' kumpaniji fil-Panama." Infakkru li n-nies illum m'għadhomx jimpressjonaw ruħhom bl-argument li, la ta' kontrija għamel il-ħażin, jien nista' nagħmel ħażin bħalu. "Dak huwa argument politiku li anke fil-Partit Laburista qed isir, u nirrispetta dak il-ħsieb. Imma jien nifimha li m'għandniex inħallu l-affarijiet għaddejjin. Għandna nkunu politiċi, għandna nkunu b'saħħitna u nkunu kritiċi wkoll, mela le. Bħala partit m'għandniex niddefendu biss, għandna nattakkaw ukoll. L-aqwa difiża hija l-attakk." Jien nadif...m'għandix 'baggage' Huwa jkompli jgħid li min jidħol fil-politika "se jidħol bl-għeruq u x-xniexel u mhux biex joqgħod komdu. Irid ikun kapaċi jilqa' għall-attakki, irid ikun nadif u jkun konvint mill-mod etiku li bih imexxi l-politika." U Chris Cardona jara lilu nnifsu bħala politiku nadif? Infakkru li jekk ikun elett Deputat Mexxej, se jkun fuq quddiem fil-linja tal-attakk. Tbeżżgħu din lil Cardona? Komdu bil-passat politiku tiegħu? "Kieku kelli dubju, kont inkun miġnun nagħmel pass bħal dan. Tant m'għandix 'baggage' li qed noffri l-kandidatura tiegħi, fejn kieku għandi passat maħmuġ, nista' nagħmel ħsara lill-partit. Naturalment, ma tistax twaqqaf l-invenzjonijiet u l-istejjer kollha qlajjiet li saru fuqi, fuq ħafna politikanti u fuq ġurnalisti wkoll." Cardona jfakkar fit-'track record' tiegħu bħala Ministru u jgħid li qed joħroġ għall-kariga ta' Deputat Mexxej għax huwa, "konsistenti, leali lejn il-partit, kemm fl-Oppożizzjoni kif ukoll fil-Gvern, u fl-aħħar 25 sena dejjem ħdimt fl-interess tal- partit. Lill-Partit Laburista inħobbu u apparti minn dan, l-alternattiva għall-PL hija dinastija tad-Demarc- ijiet, Fenech Adam-ijiet u tfal ta' tfal li huma ggranfati mal-poter." L-elezzjoni li jmiss hija l-aħħar tiegħi Intant ma' din il-gazzetta Chris Cardona jiżvela kif l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun l-aħħar waħda li se joħroġ għaliha. Għaliex? "Għandi 43 sena u din se tkun l-aħħar elezzjoni tiegħi għax ma rridx nibqa' kkakmat mas-siġġu tal-poter u lanqas irrid ngħaddi l-poter lil ħija, jew lill- kuġin jew lil xi ħadd fil-familja. 25 sena fil-Parlament huma biżżejjed." Soċjalist jemmen fil-ġustizzja soċjali u d-distribuzjoni tal-ġid Nistaqsi lil Cardona: Għalik xi tfisser li tkun soċjalist? "Soċjalist huwa xi ħadd li jemmen fil- ġustizja soċjali, fid-drittijiet ċivili u distribuzzjoni aktar ġust tal-ġid." Huwa qal li fi kriżi finanzjarja, min hu sinjur ibati ftit imma min m'għandux mezzi jbati ħafna. "Lokalment m'għandniex il-problemi finanzjarji ta' ċerti pajjiżi oħra, imma faqar jeżisti għax il-faqar mhux perċezzjoni. Hawn min mhux jgħix sew, anke jekk qed ikollna tkabbir ekonomiku." Bħalma kien qal lill-ILLUM diġà, Cardona saħaq dwar l-importanza li "nassiguraw li t-tkabbir jasal għand kulħadd u li l-effett jolqot il-klassi medja, lil dawk li qed jaqilgħu l-inqas, u lil dawk li qegħdin fuq il-benefiċċji." Huwa jgħid li l-pajjiż għamel żviluppi kbar fosthom billi żdiedet il-paga medja. Hawnhekk inwaqqfu u nfakkru li l-kontro-argument huwa li hawn min żdiditlu l-paga b'€100, u min żdiditlu b'€1. Il-medja hija żieda ta' €50.50ċ, imma fil-fatt minn żdied ħafna u min żdied ftit. Cardona jwieġeb billi jfakkar li l-Gvern qed jieħu bosta inizjattivi biex ikun jista jgħin lil min qiegħed fil-faxex t'isfel fejn jidħol qligħ. "Fl-aħħar baġit bdejna nindirizzaw il-problemi li għadhom jeżistu, però qed naraw rati għoljin ta' impjiegi, kif qed naraw tnaqqis fil-qgħad ukoll. Naqqasna t-taxxa tad-dħul, daħħalna ħlasijiet għal min għandu t-tfal, żidna l-pensjoni..." Inwaqqfu u nfakkru fi kritika li kien għamel Salvu Mallia f 'intervista mal-ILLUM li ewro u ftit ċenteżmi mhux se jbiddlu ħajjet in-nies u l-pensjonanti. "Ommi, li qatt ma ħadmet ħlief meta kienet xebba rċeviet ammont ta' flus wara miżura li ħa l-Gvern fil-baġit. Mhux ħafna flus imma għal ommi, u bħalha ċert li hemm ħafna, dawn għamlu differenza kif għamel d-differenza r-rikonoxximent għax-xogħol li għamlu." Cardona qal li l-Gvern qed jgħin lil min huwa batut, kif qed jgħin lil min sejjer tajjeb fin-negozju biex joħloq aktar xogħol. Il-Labour tilef ir-ruħ soċjali? Akkuża li ilha ssir fost diversi setturi ta' nies, speċjalment dawk ta' twemmin fermament xellugi huwa li l-Partit Laburista tilef u tbiegħed mir-ruħ soċjali tiegħu. Kemm hu veru dan? Nistaqsi wkoll lil Cardona jekk iħossx li hemm element fost il- 'grassroots' tal-Partit Laburista li jistenna jew għadu jimmaġina li l-PL tal-lum kellu jkun l-istess bħal Gvern Laburista tal-passat fejn l-istat kien jilgħab parti ħafna iktar ċentrali fit-tmexxija tal-pajjiż. Forsi għalhekk diżappuntati? "Iż-żmien bidel il-mod ta' kif in- nies iħarsu lejn il-politika u kif issir il-politika. Illum il-Gvern ma joħloqx impjiegi imma joħloq l-ambjent biex jinħoloq ix-xogħol. Il-Gvern illum jinċentiva s-suq, biex imbagħad is-suq joħloq aktar domanda għall-impjiegi." Huwa jiċħad iżda li l-Partit Laburista tilef il-boxxla morali tiegħu u jfakkar kif il-Gvern qed jinvesti b'mod qawwi ħafna fl-edukazzjoni u fis-saħħa kif qed jaħdem biex jassigura s-sostenibbiltà ta' miżuri bħaċ-children's allowance, qed jassigura u jaħdem għal aktar nisa fid-dinja tax-xogħol u beda ċ-child care centres mingħajr ħlas. Bdieha l-PN għax tilef lin- negozjanti L-ILLUM tistaqsi għallura minn fejn nibtet din il-perċezzjoni li l-PL tilef ruħu. Cardona ma jomgħodhiex wisq u jipponta subgħajh lejn il-PN li jgħid li apparti li tilef ruħu, "tilef ukoll l-appoġġ fost nies tan-negozju. Iva, l-Partit Laburista huwa pro-business, imma ma tilifx ruħu. Mhu vera xejn din li tlifna ruħna u nuriha, mhux Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Iva, l-Partit Laburista huwa pro-business, imma ma tilifx ruħu. Mhu vera xejn din li tlifna ruħna " " Konsistenti u leali lejn il-partit, kemm fl-Oppożizzjoni kif ukoll fil-Gvern... lill-Partit Laburista nħobbu " " 'Mhi vera xejn li l-Partit Laburista Elezzjoni Deputat Mexxej PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016