Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
minn Albert Gauci Cunningham 'JEW għandek ħin għalina u għall-partit, jew inkella mhux se nivvutawlek." Din qed tkun il-kundizzjoni li jidher li ħafna delegati tal-Partit Laburista qed jagħmlu lil Chris Cardona, Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi meta dawn qed imorru għandhom u jitolbuhom il-vot. L-ILLUM tinsab infurmata li dawk li qed jappoġġjaw il-kandidatura ta' Stefan Zrinzo Azzopardi qed jirkbu fuq dan is- sentiment biex jimbuttawh u jagħtuh palata, anke jekk dan huwa kandidat tal-PL għall-elezzjoni li jmiss fuq il-ħames distrett. Sorsi midħla sew tal-PL spjegaw kif il-maġġoranza tal-membri li huma parti mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u anke dawk in-nies li dejjem appoġġjaw lil Michael Falzon qegħdin, anke jekk privatament, jappoġġjaw il-kandidatura ta' Zrinzo Azzopardi. Huwa membru wieħed biss tal-amministrazzjoni li qed jappoġġja kandidat ieħor. Intant, mir-rispons tad-delegati lil din il-gazzetta jidher li l-aktar fazzjonijiet militanti tal-Partit Laburista, li jinkludu l-maġġoranza tad-delegati veterani, qed jappoġġjaw lil Cardona filwaqt li Bonnici għandu saħħa f 'Għawdex, grazzi għall-appoġġ li qed tagħtih Ġuża Cassar li nnominatu għall- kariga, u mal-elementi aktar moderati fost id-delegati. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qed iżomm 'il bogħod milli b'xi mod jesprimi lilu nnifsu fil-pubbliku. Minkejja dan, sors qrib wieħed mill-kandidati qal lill-ILLUM li, "Muscat diġà għamel l-għażla tiegħu u se jżommha mistura biex ma jinħoloqx diżgwid f 'dan il- mument delikat għall- Partit." NEWSPAPER POST Nr 501 • 22 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' ma' David Trezeguet Ara paġni 34 u 35 OPEN DAY NICCELEBRAW IS- 6 ANNIVERSARJU IL-HADD 29 TA' MEJJU 2016 • 10:00 - 20:30 10:00 - 20:30 ORKESTRA FILARMONIKA TA' MALTA IRA LOSCO • JOSEPH CALLEJA Tours b'xejn madwar it-tarza. Attrazzjonijiet ghal familja matul il-gurnata kollha. 'Rides' b'xejn, 'face painting' u hafna aktar. DHUL B'XEJN • FIL-PALUMBO MALTA SHIPYARD, GHAJN DWIELI MALTA SHIPYARD LTD MIS- 18:00 'Jew għandek ħin għalina jew ma nivvutawlekx' Il-militanti wara Cardona, il-moderati wara Bonnici u l-amministrazzjoni ma' Zrinzo Tkompli f 'paġna 8 'Waqqaf il-kaċċa fir-Rebbiegħa' L-FKNK tipproponi moratorju fuq il-kaċċa għall-gamiem Ara paġna 21 'Il-kumpaniji intermedjarji huma s-sinsla tas-servizzi finanzjarji' ILPRESIDENT tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN Ann Fenech iddiskriviet il-kumpaniji intermedjarji bħala s-sinsla li fuqhom mibnijin is-servizzi finanzjarji. F'kumment lil din il-gazzetta b'reazzjoni għall-editorjal tal- Ħadd li għadda, Fenech fakkret kif kull kumpanija intermedjarja fis-servizzi finanzjarji hija marbuta b'proċess sħiħ ta' 'due diligence'. Tkompli f 'paġna 8