Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/682620
F 'Malta m'hawnx għarfien biżżejjed dwar is-suwiċidju. Statistikament, kull sena bejn 30-40 persuna jippjanaw suwiċidju. Kelliema minn Crisis Resolution Malta dehru jitkellmu dwar dan is-suġġett sensittiv fuq TVM fil-programm Skjetti. Il-coping skills ikunu kkollassaw. Ikun hemm min illi b'impulsività, jasal biex ineħħi ħajtu. F'każ ta' suwiċidju, il-closure donnha li ma sseħħ qatt. Il-psikjatra Dr Mark Xuereb qal li f 'Malta, tim minn Crisis Resolution jipprova jgħin lill-familjari li jibqgħu wara li persuna tkun neħħiet ħajjitha. Hemm ukoll is-self harm, li għandha tiġi interpretata bħala "sejħa għall-għajnuna." F'Malta, il-crisis team hu ffurmat minn diversi persuni, inkluż saċerdot u tmienja oħra. Il-media suppost li għandha linji gwida ta' kif tittratta s-suġġett delikat tas- suwiċidju. Żgur li kull programm li jittratta dan is-suġġett għandu jkollu approċċ pożittiv, mingħajr ħjiel ta' espożizzjoni sensazzjonalistika. Pulizija li kien fuq tliet każi ta' suwiċidju ilkoll f 'Ħad- Dingli, insista li f 'Malta m'hawnx informazzjoni u strateġiji biżżejjed dwar is-suwiċidju: qal li m'hawnx taħriġ biex insibu lil dawk in-nies suġġetti għal emozzjonijiet negattivi. Turiżmu Komunitarju Fuq l-istazzjon TVM dehru żewġ esperti mill-Università ta' Malta li qed imexxu ma' studenti barranin dak li qed jissejjaħ "turiżmu komunitarju." Il-proġett ismu miegħu: it-turisti jitbiegħdu minn siti ikoniċi u jidħlu biex jinfiltraw direttament lill- komunitajiet f 'lokalitajiet "tal-periferija." Fost l-oħrajn issemmew irħula bħal Ħal Kirkop, il-Gudja u l-Imqabba. Dawk li qed jieħdu sehem fil-proġett inter-kulturali ġejjin minn inħawi bħall-Italja, il- Ġermanja u l-Olanda. Ilkoll tkellmu dwar kemm qed isibu l-proġett interessanti u kemm dan it-tip ta' turiżmu jeħtieġ jingħata aktar pubbliċità għax l-irħula Maltin għandhom ħafna x'joffru bħala siti ta' riċerka antropoloġika. Dak li kien nieqes fil- programm hu l-intervent tar-raħħala nfishom. Id-Defiċit soċjo-edukattiv tal-istudenti Maltin Il-Professur Carm Borg, kap tal-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta deher fuq Malta Llejla (Net TV) u appella biex jinfetħu programmi biex il-ġenituri nfishom jagħrfu jieħdu ħsieb id-defiċit edukattiv u kulturali ta' wliedhom. Borg qal li l-istatistika Ewropea turi li aktar minn 24% taż-żgħażagħ Maltin jabbandunaw l-istudji tagħhom qabel jagħlqu s-sittax-il sena. Jidher li l-ġenituri ma jafux kif jilqgħu għal din il-problema, li tibda mill-istess familja minħabba defiċjenzi soċjo-ekonomiċi. Il-bini tal-iskejjel, imżejjen anki minn barra bil-pitturi mal-ħitan, ma jidhirx li qed isolvi l-problema akuta li rrefera għaliha l-Prof. Carm Borg. Jeħtieġ strateġiji aggressivi, anki fil-mezzi tax-xandir, biex l-istudenti Maltin (u l-ġenituri tagħhom) ma jibqgħux aljenati. Proġett bħal dak ta' 16+ fl-iskola tal-Gżira jixraqlu jingħata ħafna aktar pubbliċità fuq il-mezzi tax- xandir. Is-sinjuri u l-fqar fil-bliet Ewropej Artiklu fl-aħħar edizzjoni tal-Malta Business Review, bil-firma ta' Maarten van Ham tal-European Research Council (ERC) jikkonferma li l-qasma soċjo-ekonomika bejn is-sinjuri u l-fqar kompliet tikber fil-bliet Ewropej. Is-sinjali tat-taqlib soċjali waslu mill-irvellijiet li kien hemm f 'Pariġi, Londra u Stokkolma. Dan it-taqlib ma jistax jitqies separatament minn konċentrazzjoni tal- faqar f 'dawn il-bliet ċentrali, fejn kien hemm anki sintomi perikolużi ta' terroriżmu. Gruppi ta' analisti f 'Londra, Amsterdam, Milan, Madrid, Ateni, Budapest, Oslo, Stokkolma, Praga u Vjenna studjaw anki l-impatt tas- segregazzjoni, inkluża dik etnika f 'kull belt taħt il-lenti. Saret analiżi soċjali, politika, fiskali u etnika. L-istudju tal-ERC wera li residenti bi dħul medju qed jitilqu minn inħawi fejn jgħixu nies bi dħul baxx, u dan iwassal biex jinħolqu ghettos fi proċess ta' segregazzjoni dejjem jikber. L-istudju, bit-titlu Socio- Economic Segragation in European Capital Cities, issa jista' jinkiseb online (in open access) mingħajr ħlas. Il-Prof Van Ham, mill-Università ta' tat-Teknoloġija ta' Delft ikkollabora mal-Prof Syzmon Marcinzak u l-Prof Sako Musterd. It-tliet akkademiċi studjaw is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika inugwali fit-tlettax-il belt Ewropea. Il-problema tal-faqar f 'dawn il-pajjiżi Ewropej qed tikber dejjem aktar, ikkonkludew it-tliet analisti. Malta u l-Eurovision 2016 F'ritratt li xxandar fit-Times of Malta (13.5.2016) kien hemm filliera ta' 21 persuna jippużaw fi Stokkolma bħala t-tim li mar jakkumpanja lil Ira Losco tkanta Walk on Water. Fil-verità, id-dħul ta' Malta fil-Eurovision ta' din is-sena seta' ssemma Walk on Money. Skont it-Times, sorsi mix-xena tas-Xandir qed isostnu li din is-sena, Malta nefqet id-doppju ta' flejjes. Normalment jintefqu bejn €200-300,000 fuq il-parteċipant/a minn Malta, imma dis-sena is- somma telgħet kważi għal nofs miljun. Mnejn ġejjin dawn il-flus kollha? Tgħid l-organizzaturi rikbu fuq il-perċezzjoni li l-Maltin huma litteralment iffissati fuq il-Eurovision u wisq jimpurtaham mir-rikba li qed jieħdu ċerti nies: l-hekk imsejħa "stilisti", kostumisti, kummentaturi, maniġers, "esperti" barranin, nies tal- irtokk u saħansitra impjegati taċ-ċivil. Dejjem skont ir-rapport tat-Times, b'kollox telgħu Stokkolma 28 persuna. Imma l-iskandlu hu li l-PBS ma tridx tagħti tagħrif dettaljat ta' kif intefqu dawn il-mijiet ta' eluf ta' ewro anki fuq nies li telgħu Stokkolma saħansitra ħmistax-il ġurata qabel l-ewwel semi-finali. Per eżempju, kemm tawh liż-żeffien żrinġ jaqbeż u jagħmel il-gabirjoli waqt li kantat Losco? Hemm dawk li jgħidu li s-sehem ta' Malta fil- Eurovision sar għandu t-timbru ta' missjoni personali tas-CEO Anton Attard (eks NetTV). Malta fit-tnax-il post: dan jiġġustifika l-500,000 Ewro li jingħad li ntefqu? illum | Il-Ħadd 22 ta' Mejju 2016 Opinjoni 18 Is-suwiċidju f 'Malta MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "F'Malta m'hawnx għarfien biżżejjed dwar is-suwiċidju. Statistikament, kull sena bejn 30-40 persuna jippjanaw suwiċidju" Is-suwiċidju: sejħa għall-attenzjoni