Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 17 nagħti se nżommha. Għax jien hekk magħmul. L-akbar pass biex nassigura li l-kuntatt kontinwu jibqa' t-timbru tat-tmexxija kollha tiegħi bħala Deputat Mexxej se jkun l-iżvilupp tad-dipartiment tal-customer care. Dan huwa l-uffiċċju li fih jidħlu l-preokupazzjonijiet tan-nies u għalhekk irrid nara li jkun l-aktar post fejn tħabbat il-qalb soċjali biex nisimgħu, inkunu ta' spalla u nwettqu dak li huwa xieraq. Il-manifest tiegħi jitkellem ċar u tond. Irridu nbiddlu s-sistema tal-customer care b'mod li ma naċċettawx aktar li persuna twassal it-tħassib tagħha mal-Partit Laburista u ma tingħata qatt risposta lura. Qed nikkometti ruħi personalment li, jekk ningħata l-fiduċja, mhux biss tingħata tweġiba għall- ilmenti li jkunu tressqu quddiemna imma li tingħata tweġiba, anke jekk inizjali, fi żmien 15-il ġurnata. Bis- serjetà nemmen li din hija s-sistema li jixirqilhom in-nies. Konvint li se jirnexxilna. Kollox se jdur madwar it-taħriġ professjonali li fuqu se jkun mibni d-dipartiment tal-customer care. Diġà għandna ħaddiema kapaċi ħafna f 'dan l-uffiċċju. L-ikbar sfida s'issa kienet li mhux dejjem sabu miftuħa l-bibien tad-dipartimenti u l-awtoritajiet tal- Gvern. Din hija l-bidla li rrid inwettaq. Irid ikollna sistema ta' sinerġija bejn il- Gvern u l-Partit, bejn l-id leminija u l-id xellugija. Irid ikun hemm koperazzjoni meħtieġa biex nidħlu fil-każ u naraw kif tista' tissewwa inġustizzja. Il-persuni mhumiex numri. Il-Partit Laburista jrid ikun tajjeb biżejjed li b'effiċjenza, jagħti widen, joffri r-risposti u jiggwida lin-nies. Il-filosofija trid tkun waħda: the customer is always right. Dan ifisser li nagħtu raġun lil kulħadd? Bla dubju li le. Imma n-nies huma dejjem ġustifikati li jirrikorru għand il-partit li għandhom fiduċja fih, jispjegaw is-sitwazzjoni tagħhom u bi dritt jistennew spjegazzjoni lura. Għalhekk qegħdin hemm aħna bħala politiċi, u nkunu qed nonqsu jekk ma nagħmluhiex. Li nagħtu ġustizzja hija kruċjali. Fl-ewwel ftit xhur, mingħajr daqq ta' trombi, bħala Ministru għall-Ġustizzja, rajt li tħallas kull min rebaħ kawża quddiem it-tribunal għall-inġustizzji, ħlief dawk li minn jeddhom għażlu li jagħmlu kawżi oħra għal kumpens ikbar. Bl-istess mod, jekk inkunu ffukati u naħdmu bi preċiżjoni, nistgħu nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' ħafna persuni li jirrikorru għand il- Partit Laburista u jsibu mingħandna disponibiltà ġenwina li nittrattaw b'serjetà l-inkwiet tagħhom. Inxammru l-kmiem u naħdmu Għalija, l-isbaħ parti tal-politika hija li niltaqa' man-nies, niddiskuti, u nwassal l-aspirazzjonijiet tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa f 'dak il-punt li nħoss l-ikbar sodisfazzjon u ninsa kull sagrifiċċju li għamilt biex bħall- kollegi kollha tiegħi, dħalt f 'din il-ħajja pubblika. Għalhekk bħalissa iktar minn qatt qabel, huwa żmien eċitanti ħafna għalija fejn qed niltaqa' mal-ikbar firxa wiesgħa ta' familji u nisma x'għandkom xi tgħidu. Kelli ħafna kliem sabiħ. Qaluli "għandek il-kalma u t-tbissima fuq naħa imma fl-istess ħin inti politiku assertiv u ta' passjoni," "qatt ma kien hemm politiku daqsek li ġiegħlni nħossni li jien mismugħ," u "nemmen li tista' tagħmel id-differenza għaliex bla tpaċpiċ żejjed ixammar il-kmiem u taħdem." Iva, jien lest li nagħti l-ħin u l-enerġija tiegħi to get things done. Imma onestament ma stennejtx daqstant kummenti pożittivi. Inħossni mċekken quddiemhom, fl-istess waqt kburi li naħdem magħkom. Nixtieq nisma' aktar fejn nistgħu ntejbu l-affarijiet. Għax jien għalhekk qed nitlob il-fiduċja tagħkom. Il-kuntatt li qed inżomm bħalissa magħkom id-delegati, il-kumitati lokali, il- friegħi u l-membri tal-Partit Laburista mhuwiex biss kuntatt ta' qabel il-ħatra. Nassigurakom u se taraw b'għajnejkhom li, jekk ningħata l-fiduċja, se tkomplu ssibuni magħkom fix-xhur u s-snin li ġejjin. Eurostat hija tal-prezz tad-dawl domestiku f 'purchasing power standards li tintuża sabiex telimina d-differenzi fil-prezzijiet bejn pajjiż u ieħor. Minn din it-tabella, naraw li Malta hija wkoll taħt il-medja Ewropea imma r-rata Maltija hija ogħla mill-Iżlanda, in-Norveġja, il-Finlandja, is-Serbja, l-Iżvezja, il-Lussemburgu u Franza u ħarira anqas mir-Renju Unit u l-Olanda. Jekk imbagħad wieħed jieħu r-rati mħallsin mill-industrija, wieħed jara stampa differenti. Huwa minnu li r-rati mħallsin mill-industrija naqsu sew. Kienet biss Ċipru li naqqset ir-rata aktar minn Malta fl-aħħar sena. Imma l-fatt jibqa' li f 'Malta ir-rata għall-konsumaturi industijali hija 13c7-il kWh li hija ftit ogħla mill-medja ewropea ta' 11c9. Ir-rata fl-Olanda hi 8c4, fil-Finlandja, 7c1, fir-Renju Unit 10c9, fl-Awstrija 10c6 u fil-Belġju,10c8-il kWh. Kieku mhux għax xi pajjiżi bħall-Ungerija u l-Kroazja għandhom rati ferm għolja, kieku r-rata medja Ewropea kienet tkun ferm aktar baxxa. Ta' min isemmi wkoll li f 'ċertu pajjiżi bħad-Danimarka, l-Italja u l-Ġermanja, ir-rata tad-dawl tinkludi porzjon qawwi ta' taxxi li fil-każ tal-Ġermanja huwa 45% tar-rata. Dan kollu juri li l-prezz tad- dawl f 'pajjiżna xorta jista' jkun ta' deterrent għall-investiment minkejja t-tnaqqis li sar. U l-aktar ħaġa inkwetanti hi jekk minħabba l-ftehim li hemm ma' Shanghai Electric u l-Electrogas, pajjiżna ma jkunx jista' jraħħas aktar il- prezz tad-dawl bħalma ser ikunu jistgħu jagħmlu pajjiżi oħra. Tajjeb li wieħed ifakkar li ntqal li l-Electrogas assigurat prezz ta' 9c6-il kWh minkejja li l-prezz internazzjonali tal-gass naqas b'terz minn mindu l-proġett ġie mniedi. Il-bieraħ ukoll il-kumpanija Taljana tad-distribuzzjoni tad-dawl, Terna inawgurat interconnector ġdid bejn Reggio Calabria u Sqallija. Tqiegħdu 105km ta' cables li 38 minnhom jgħaddu taħt il- baħar b'investiment ta' €700m. Permezz ta' dan l-interconnector, l-ammont ta' dawl li mill-kontinent jista' jmur Sqallija ser jiżdied konsiderevolment minn 300 MW għal 1100 MW. U anke l-kontra. Hu mistenni li r-rata tad-dawl fi Sqallija, li ġieli tkun id-doppju ta' dik Taljana, se tonqos sew u dan se jaffetwa pożittivament ir-rata medja nazzjonali. Tant li t-Taljani qed jikkalkulaw li se jiffrankaw €600m fis-sena. U se jispiċċa wkoll ir-riskju ta' black-out fi Sqallija fejn ħafna mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tad- dawl huma qodma sew. Minn dan għandna ngawdu aħna wkoll peress li qegħdin inġibu ammont sostanzjali tad-dawl li nużaw bl-interconnector ta' 200 MW li ġie inawgurat is-sena l-oħra. Biż-żieda qawwija fil-produzzjoni ta' enerġija rinovvabbli kemm fi Sqallija kif ukoll fil-kontinent, ir-rati tad-dawl fil-kontinent se jibqgħu jonqsu. Biex nagħtu ftit eżempji riċenti, il-Portugall ġiet mixgħula kompletament għal 107 siegħa sħaħ bejn is-7 sal-11 ta' Mejju b'enerġija rinovvabbli. Fil-15 ta' Mejju li għadda, il-Ġermanja ġiet mixgħula kważi totalment bir-rinnovabbli u l-prezz tad- dawl sar negattiv. Effettivament, il-konsumaturi tħallsu talli użaw id-dawl! Il-Portugall is-sena l-oħra pproduċa 48% tad-dawl tagħha minn sorsi rinovvabbli mentri l-enerġija mir-riħ tissodisfa 42% tad-domanda fid-Danimarka, 20% fi Spanja,13% fil-Ġermanja u 11% fir-Renju Unit. Mhux ta' b'xejn li bosta power stations bil-gass fl-Ewropa qed jagħlqu għax ma jistgħux jikkompetu ma sorsi oħra ta' produzzjoni ta' dawl. Huwa ċar li l-futur qiegħed fl-enerġija mir-riħ u mix-xemx. Il-proġett Taljan jantiċipa wkoll importazzjoni tad-dawl mill- Afrika ta' Fuq fejn qiegħed isir investiment qawwi fid-deżert fl-enerġija mix-xemx. Fid-dawl ta' dan kollu, it-tama hi li l-power station il-ġdid ma tispiċċax ta' mażra madwar l-ekonomija tal- pajjiż. Fit-tmintax-il sena li ġejjin se jkun hawn sorsi alternattivi u irħas ta' dawl li l-pajjiż possibbiliment ma jkunx jista' juża għaliex il-gvern ikun intrabat li jixtri l-produzzjoni kollha tal-Electrogas. Dan ikun ta' deterrent għall-investiment fil- pajjiż. Jeħtieġ li jkollna spjega ċara għala ma nħassitx il-ħtieġa li jsir interconnector ieħor ma' Sqallija bħala alternattiva għall-bini ta' power station ġdida meta kien ċar li fl-Ewropa se jkun hawn produzzjoni qawwija ta' dawl li bl-interconnector ma' Sqallija seta' jasal għandna b'rati irħas minn dak li se jkollna nixtru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016