Illum previous editions

ILLUM 5 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 503 • 05 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Alessandro Nesta Ara paġni 34 u 35 L-IĠM tintervjeni ....bejn żewġ gazzetti, imma kollox jibqa' kif kien minn Albert Gauci Cunningham L-ISTITUT tal-Ġurnalisti Maltin, permezz taċ- Ċermen Karl Wright, matul il-ġimgħa li għaddiet kellha tintervjeni b'mod informali biex ittaffi ftit mit-tensjoni li nħolqot bejn żewġ kmamar tal-aħbarijiet, jiġifieri dik li tippubblika l-gazzetta tal-GWU, l-Orizzont u dik li tippubblika t-Times of Malta. Mal-ILLUM Wright ikkonferma dan u saħaq illi l-intervent min-naħa tiegħu sar wara li t-tensjoni bejn iż-żewġ gazzetti kkulminat f 'editorjal partikolari fuq il-gazzetta tal-GWU li għalih l-editur tas- sit timesofmalta.com Hermann Grech irreaġixxa bil-qawwi. L-editorjal kien jgħid li 'wara l-elezzjoni li jmiss imbagħad, ikun imiss id-daqqa t'oħrajn bħat-Times u l-Malta Independent biex il-poplu ma jkollu lil ħadd milli jtellfu fil-mixja tal- prosperità u l-progress.' Grech, min-naħa tiegħu, qal illi l-argument tal-gazzetta huwa perikoluż u akkuża lill- Union Print illi rmiet l-irwol ċentrali tagħha "biex isservi ta' pupazz ta' partit biex tkun attakkata dar tal-midja oħra." Wright ikkonferma mal- ILLUM illi wara li nkiteb il-blog ta' Grech hu għamel kuntatt mas-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja u bagħatlu kopja tal-blog u tal- editorjal, bil- għan li "jkun hemm konverġenza u diskussjoni bejn iż-żewġ gazzetti, l-affarijiet jikkalmaw u ma jkomplux l-attakki." Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu illi fil-Union Print kien hemm ferment sħiħ hekk kif beda jiġri l-għidut illi t-tmexxija tal-GWU kienet qed tisforza lill-editur tal-Orizzont Josef Caruana biex jiffirma ftehim illi fih jintrabat li ma jibqax jikkritika lill-gazzetta The Times of Malta. Ma' din il- gazzetta Wright iżda ċaħad, bl-aktar mod kategoriku, illi qatt kien hemm xi ftehim bil-miktub jew li tqabbad minn xi ħadd biex ikellem lill-GWU u sostna illi dak li għamel, għamlu fuq inizjattiva personali bħala ċermen tal-IĠM. L-ILLUM hija infurmata wkoll li s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja wiegħed lil Wright li kien se jkellem lil Caruana dwar din is-sitwazzjoni, bl-editur iżda jżomm sod u jfakkar illi l-gazzetta għandha jkollha l-libertà li tesprimi lilha nnifisha kif tħoss li hu l-aħjar. Meta kkunttatjat minn din il-gazzetta Josef Caruana ma xtaqx li jikkummenta, la dwar l-intervent tal-IĠM u lanqas dwar ir-reazzjoni tiegħu meta kien infurmat b'dan l-intervent. L-ILLUM tinsab infurmata li minkejja dan l-intervent, jidher li ma kien hemm l-ebda żblokk u mhux pjanati li jsiru diskussjonijiet jew laqgħat bil-għan li ż-żewġ kmamar tal-aħbarijiet jersqu aktar lejn xulxin jew jaslu għal kompromess. Karl Wright Il-Partit Oranġjo se jopera mill-qalba tal-Qrendi It-tielet partit fil-Parlament wara 27 sena minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li l-Partit Demokratiku (PD) li se tkun qed tmexxi d-Deputata Marlene Farrugia se jkollu bħala kwartieri tiegħu dar fil-Qrendi. L-għażla ta' dan ir-raħal hija sinifikattiva minħabba li l-Qrendi jifforma parti mill- ħames distrett, fejn l-istess Farrugia kienet kandidata f 'isem il-Partit Laburista fl- 2008 u fl-2013 u f 'isem il-Partit Nazzjonalista fl- 1998. Intant it-tnedija tal-Partit Demokratiku se tfisser illi fil-Parlament se jkun hemm membri ta' tliet partiti, xi ħaġa li ilha ma tiġri mill-1989. Fil-fatt, l-aħħar darba li l-Parlament Malti kellu membru tat-tielet partit kien 27 sena ilu meta Wenzu Mintoff kien imkeċċi mill-Partit Laburista u baqa' fil-Parlament bħala rappreżentant kif ukoll Ċerpersin tal- Alternattiva Demokratika. Tkompli f 'paġna 8 Il-President timmira l-kanuni lejn il-blogs F'ARTIKLU li bagħtet lill-gazzetti lokali kollha l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fetħet il-kanuni fuq dak li tiddeskrivi bħala "għodod ta' komunikazzjoni", għalkemm huwa ċar li qed tirreferi, partikolarment, għal ċerti blogs. Għalkemm ma ssemmi l-ebda individwu b'ismu jew isimha, Coleiro Preca tgħid li dawn qed jintimidaw u jħammġu familji u individwi u saħansitra takkużahom bi "vjolenza soċjali" li "qed iddaħħal lin- nies f 'burdata ta' kattiverija u tgħerreq lill-pajjiż f 'kultura ta' vjolenza psikoloġika." Fl-artiklu li qed jidher f 'paġna 36 ta' din il-gazzetta Coleiro Preca tqabbel dawn il-kitbiet ma' "susa soċjali" u tgħid li huma "l-agħar legat li nistgħu nħallu lil uliedna." Il-President tappella wkoll lill-partiti biex ma jagħtu ebda forma ta' protezzjoni lil min "jinqeda bil-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali biex ikisser il-ħajja privata tan-nies."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 June 2016