Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/688383
Il-Ħadd 05 ta' Ġunju 2016 | illum Intervista 11 mbagħad iwettquhom huma' u sadanittant qed naħdmu wkoll fuq id-dokument bi proposti għat-tul." Id-deputata Nazzjonalista kompliet tgħid li, "b'dawn il-miżuri 'short term' żgur mhix se tissolva l-problema tat-traffiku, imma tal-inqas tkun qed tittaffa." 'Jeħtieġ nirrevedu r-roundabouts u s-central strips li għandna' Id-deputata Nazzjonalista Marthese Portelli tkellmet dwar is-sitwazzjoni tar-roundabouts f 'Malta u qalet li jeħtieġ li dawn jiġu riveduti minħabba li mas-snin, l-eżiġenzi tat-toroq tal-madwar, inbidlu u jeħtieġ li titjieb il-viżibbiltà fit- toroq. "Waħda mill-proposti hi li nirrevedu r-roundabouts u s-central strips li għandna fit-toroq, fid-daqs u d-disinn tagħhom. Dan għaliex għandek numru minnhom li meta kienu disinjati oriġinarjament, it-toroq tal-madwar kienu pjanati mod, imma llum qegħdin mod ieħor. Għandna nevalwaw ukoll jekk għadx għandna bżonn dak il-kobor u l-forma tar-roundabout." Portelli tat eżempju ta' roundabouts li filli jibdew b'żewġ karreġjati, u f 'daqqa, din taqleb għal waħda. Hemmhekk, Portelli qalet li awtomatikament, din se toħloqlok konġestjoni. Il-puntwalità, sigurtà u superviżjoni jridu jiżdiedu biex ġenituri jibagħtu t-tfal bit-trasport l-iskola Waħda mill-proposti prinċipali li wieħed isib fir-rapport tal-PN dwar it-traffiku hija li jiġi offrut trasport b'xejn minn u lejn l-iskejjel kollha f 'Malta, irrelevanti jekk humiex tal-Gvern, tal-Knisja jew privati. Fil- preżent, numru kbir ta' skejjel privati jew tal-Knisja jipprovdu s-servizz ta' trasport iżda bi ħlas. Il-problema li ħafna ġenituri jsibu biex jibagħtu lil uliedhom b'dan it-trasport, f 'ħafna mill-każi mhix il-prezz ta' dan it- trasport, iżda għal raġunijiet diversi. Minħabba f 'hekk, dawn il-ġenituri jagħżlu li jwasslu lill-uliedhom huma stess bil-karozza privata tagħhom ta' kuljum bil-konsegwenza li jkunu qed iżidu l-ammont ta' karozzi fit- toroq. Għal dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lid-deputata Nazzjonalista kif se tkun qed tagħmel id-differenza proposta ta' dan it-tip. "Mid-diversi surveys li għamilna qabel ħriġna b'din il-proposta, deher li l-ikbar inkwiet tal-ġenituri rriżultaw li kienu s-sigurtà, fejn numru ta' ġenituri jkunu inkwetati li fil- minibus li tiġi tiġborhom, ir-regoli tas-sigurtà ma jkunux osservati u l-puntwalità. Kien hemm ġenituri li qalulna li ġieli ppruvaw jużaw dan it-trasport, imma minħabba n-nuqqas ta' puntwalità, ipprefera jwassal lit-tfal hu. Kien hemm ukoll min semma' s-superviżjoni." Filwaqt li qalet li hemm xufiera u superviżuri li jassiguraw li jżommu ruħhom mar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà, mhux kulħadd jagħmel dan, u allura "fil-proposta tagħna qed nesiġu li l-istandards kemm ta' puntwalità kif ukoll ta' superviżjoni, jiġu implimentati u osservati ħafna iktar. Kellna rispons tajjeb mill-pubbliku, u qalu li jekk ikun hemm miżuri aħjar ta' sigurtà u puntwalità u dawn ikunu osservati, kieku jagħżlu li jużaw dan il-mezz ta' trasport." Meta mistoqsija dwar il-ħlas ta' dan is-servizz, Portelli qalet li ovvjament, dan ikun se jitħallas mill- Gvern, u "l-ġenituri kollha jħallsu t-taxxi, kemm dawk li jibagħtu t-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja, fl- iskejjel privati u dawk f 'tal-istat. Min qed jibgħat lit-tfal fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati, qiegħed jiffranka l-flus lill-Gvern, għax min imur fl-iskejjel tal-istat qed jagħmel dan b'xejn, u min imur fi skola privata, qiegħed iħallas hu, u hemm ikun qed jiffranka l-flus lill-Gvern. U aħna għalfejn bħala pajjiż m'għandniex nagħtu dan l-inċentiv fejn it-trasport ikun b'xejn għal kulħadd biex ikollna iktar ġenituri li jitħajru jibagħtu lit- tfal b'dan il-mezz ta' trasport?" Meta mistoqsija xi tkun il- ġustifikazzjoni ma' dawk li jħallsu t-taxxi, li jgħidu li la l-ġenituri jifilħu jħallsu għall-edukazzjoni ta' wliedhom, għandhom iħallsu għat- trasport ukoll, Portelli qalet li "hemm ħafna ġenituri li minkejja li jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel tal- knisja u privati, ma jagħmlux hekk mingħajr sagrifiċċji." Id-deputata Nazzjonalista tinsisti li l-ispiża li jkollu jħallas il-Gvern jekk din il- miżura tidħol fis-seħħ hija waħda vijabbli, u "hija waħda mill-proposti li interessat lill-Gvern, u mill- kummenti tal-Ministru jidher li din hi waħda mill-proposti li se jevalwa." 'Fit-traffiku kont, u fit-traffiku għadni' "Aħna ħriġna b'35 proposta, li idealment, ijiġu implimentati kollha kemm huma, u mhux tiġi implimentata waħda, u l-oħra titħalla barra." Propju dwar dan, Portelli semmiet kif kien hemm diversi proposti u inċentivi li kienu tajbin matul is-snin imma għaliex ma jkunux iddaħħlu fl-istess żmien, l-effett tagħhom ma jinħassx jew jinħass ftit, allura n-nies jgħidu 'U iva, jien fit-traffiku kont, u fit-traffiku għadni'." Fil-fatt, Portelli saħqet li dawn il-miżuri m'għandhomx jiġu implimentati sporadikament, imma jiġu koordinati bl-iktar mod kif jistgħu jkunu effettivi. 'Sal-lum għad m'hemmx pjan ta' liema toroq se jsiru' Marthese Portelli, filwaqt li tirrikonoxxi l-fatt li mhux kull triq tista' ssir bil-lejl minħabba li jkunu toroq residenzjali, tgħid ukoll li s'issa "jgħid x'jgħid kulħadd, sal- lum għad m'hemmx pjan ta' liema toroq se jsiru." Żiedet tgħid li dan joħroġ minn għadd ta' mistoqsijiet parlamentari li għamlet hi stess dwar ix-xogħlijiet li hemm skedati fil-futur qarib, anke f 'perjodu ta' xahar biss. "Ir-risposta li ngħatajt hi li d-deċiżjoni tittieħed skont l-eżiġenza. Biex nimxu 'l quddiem, irid ikollna pjan, u l-pjan preferibbilment ma jkunx iqsar minn 6 xhur, u għalhekk, Transport Malta għandha tibda taħdem fuq pjan li jelenka x'xogħlijiet beħsiebha tagħmel fis-6 xhur li ġejjn, u ovvjament ikun hemm xi bidliet skont il-bżonn. B'dan il- mod," kompliet tgħid Portelli, tkun tista' ssir kampanja edukattiva u dawk il-persuni li jkollhom bżonn jużaw dawk it-toroq, ikunu jistgħu jagħmlu pjanijiet minn qabel ta' rotot alternattivi. Enfasizzat il-bżonn li jkun hemm awtorità li tkun responsabbli mill-bidu sal-aħħar fejn għandha x'taqsam it-triq, u "mhux nispiċċaw li l-Ministeru tat-trasport ma jkunx jista' jirrispondi domanda dwar triq partikolari, għax f 'dak il-mument ikunu qed isiru xi xogħlijiet fuq l-ilma, u jkun tilef il-kontroll kollu fuq meta għandha titlesta dik it-triq." "M'iniex qed nistenna l-proset tal- Gvern' Għar-reazzjoni tal-Gvern, Portelli qalet li fil-kitba ta' dan ir-rapport hi qagħdet "kawta ħafna għaliex jien stajt qgħadt nikkritika lil dan il-Gvern, stajt qgħadt ngħid x'ma għamilx il-Gvern, imma jien ħadt id- deċiżjoni konxja li nkun pożittiva u rrid nara kif se nindirizza l-problema li għandhom in-nies." Għalhekk, kompliet tgħid Portelli, li fir-rapport hi ma niżżlitx kritika lejn il-Gvern imma elenkat biss numru ta' proposti. Għaldaqstant, "kien żball min- naħa tal-Gvern li jmur kontra dak li qalu l-imsieħba soċjali, u nittama li l-Gvern ibddel fehmtu u dak li huwa tajjeb, jgħid li huwa tajjeb, u jekk hemm proposti li jixtieq li niddiskutuhom fid-dettall, aħna lesti niddiskutuhom." Portelli żiedet tgħid ukoll li malli ħareġ dan ir-rapport, il-Gvern ħareġ jattakkah bil-qawwa u qal li mhux dokument tajjeb. "Jien li ma nistax nifhem hi l-kritika tal- Gvern fejn f 'nifs wieħed jgħid li dan mhux dokument tajjeb, u fin-nifs l-ieħor jgħid li dawn il-proposti, jew diġà qed isiru, jew se nagħmluhom, mela allura qed jammetti hu stess li huma tajbin." Dwar dan, Marthese Portelli kompliet tgħid li tittama li l-Gvern jimplimenta numru minn dawn il-proposti, "mhux biex jagħti l-proset lill-PN. Jien ma jien qed nistenna l-ebda proset jew ċapċipa mingħand il- Gvern, imma l-poplu hemm barra, iva qiegħed jistenniehom dawn il-miżuri." Marthese Portelli