Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Opinjoni 14 Brexit? Bremain? U x'konsegwenzi fuq l-Unjoni? F i ftit jiem oħra, l-Ingliżi u l-popli l-oħra tar-Renju Unit se jivvutaw fuq jekk jibqgħux fl-Unjoni. Se jivvutaw abbażi ta' kampanja konfuża ferm. Minn banda dawk li jridu jibgħu jgħidu li r-Renju Unit kiber ekonomikament u fl-influenza grazzi għall- Unjoni u mill-banda l-oħra dawk li jridu joħorġu jgħidu li r-Renju Unit jakkwista lura l-poteri jekk joħroġ. Man-naħa tal-Bremain rajna kważi lil kull politiku relvanti fir-Renju Unit jgħin u jargumenta l-kawża favur. Minn Gordon Brown sa John Major u mijiet oħra mill-politika u min-negozju lkoll jissottolinejaw il-perikli kbar jekk jivvutaw li joħorġu. Min-naħa tal- Brexit għandek lil Boris Johnson u Nigel Farage, li evidentement għandhom ħafna x' jiggwadanjaw jekk tgħaddi tagħhom. Iżda lil hinn mid- dinamika interna fir-Renju Unit, kif jaffettwa l-Unjoni jekk ikollna fil-fatt vot għal Brexit? Naħseb l-ewwel impatt se jkun dak tas- swieq. L-ewro u l-isterlina se jirriflettu l-impuls, forsi impulsiv forsi meqjus, tal- interpretazzjoni tad-dinja tan-negozju għal vot Brexit. Il-Bank HSBC ħabbar li fil-kas ta' Brexit, l-Isterlina tieħu daqqa kbira 'l isfel. Tista' titlef sa 20% tal-valur tagħha. Tkun aħbar tajba għal min jixtri mill-Ingliterra... iżda bil-mod, kif tiddgħajjef l-isterlina hemm ċans tajjeb ukoll li jiddgħajjef l-ewro, għalkemm dan se jħossha anqas. Ir- riżultat ta' dan jista' jkun finalment li kemm fl-Unjoni kif ukoll fir-Renju Unit, l-ekonomija tiċkien flok tikber minħabba l-impatt tal- munita. It-tieni effett f 'ordni ta' kif naħseb iseħħu, se jkun dak istituzzjonali. Ir-Renju Unit imissha tieħu l-Presidenza tal-Unjoni f 'idejha f ' Lulju 2017, eżatt wara Malta. Fil- każ ta' Brexit, il-Kunsill irid jiddeċiedi min se jmexxi f 'Lulju 2017. Ir-Renju Unit ikun f 'sitwazzjoni ta' kunflitt, Malta tkun tmexxi sa Ġunju, l-Estonja tibda f 'Jannar 2018, u b'xi mod irid jimtela l-ispażju fin- nofs. Ċertament, fil-każ ta' Brexit, ser ikun hemm dossier ieħor ġgantesk x'jiġi nnegozjat mill- istati membri mmexxija mill-Presidenza. Dan id-dossier, għal trattat ta' ħruġ mill-Unjoni, se jfisser ukoll distrazzjoni minn oqsma oħra ferm aktar importanti għaċ-ċittadin Ewropew, bħalma huma r-risposta sistematika għall-immigrazzjoni u aktar ftuħ tas-swieq Ewropej fuq l-internet. It-tielet effett se jkun dak aktar medju terminu u ser jikkundizzjona ferm il-futur tal-Unjoni Ewropea. L-istati Membri madwar il-mejda tal- Kunsill se jkollom isaqsu jekk mar-Renju Unit hux se jadottaw pożizzjoni ta' kastig jew ta' status quo. Il-kastig jista' jidher loġiku. L-istess Boris Johnson ammetta li se jkun hemm xi kastig jekk pajjiż joħroġ mill- Unjoni. Il-kelma mhix waħda feliċi, iżda tesprimi tajjeb is-sentiment li jista' jkollom uħud mill- gvernijiet Ewropej fix- xewqa u l-intenzjoni tagħhom li jassiguraw li l-ħruġ tar-Renju Unit ma jsirx ta' ispirazzjoni qawwija żżejjed għal pajjiżi oħra. Din it-tip ta' dinamika rajnieha tiġri fil-Kunsill drabi oħra fil-kuntest tal-ewro mal- Greċja u ma' Ċipru. Iżda ż-żelu u l-bżonn tal-kastig mhux se jkun l-uniku sentiment fil- Kunsill. Hemm diversi pajjiżi li tant huma integrati ekonomikament mar-Renju Unit li diffiċli ma jkunux jixtiequ li jżommu l-istatus quo, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni u esportazzjoni. Minbarra l-pajjiżi b'bilanċ kummerċjali b'saħħtu mar-Renju Unit bħal Malta, l-Olanda, Franza u l-Ġermanja, għandek ukoll l-Irlanda li qiegħda prattikament imdawra bit-territorju tar-Renju Unit. L-istatus quo jista' jkun għaldaqstant objettiv mixtieq ħafna kemm mir- Renju Unit fil-qasam tas- suq intern iżda wkoll minn diversi pajjiżi membri oħra. Jekk ikun hemm vot għal Brexit, nistennew perjodu ta' negozjati biex jiġi mfassal l-ewwel trattat tal-ħruġ. L-Unjoni għandha ħafna esperjenza fuq trattati ta' adeżjoni iżda xejn fuq trattati ta' ħruġ. Inżommu f 'moħħna wkoll li sakemm joħorġu formalment mill-Unjoni, ir-Renju Unit jibqa' madwar il-mejda tal- Kunsill u l-MEPs jibqgħu fil-Parlament Ewropew. L-influwenza importanti, u li donnhom ftit jafu biha l-Brexiteers, li għandha d-delegazzjoni tar-Renju Unit u l-kapaċità tas- servizzi tagħhom, se tibqa' għaldaqstant fil-kamra tan- negozjati. U fuq perjodu fit-tul? X'se jkun l-effett fuq l-Unjoni? Jiena naħseb li l-Unjoni mhix proġett fraġli daqskemm naħsbuh kultant. Minkejja dak kollu li nisimgħu, l-Unjoni hija b'saħħitha politikament u istituzzjonalment għax hija mogħnija bi proċess demokratiku doppju li għalkemm mhux perfett, jassigura rabta mill-qrib bejn il-vot fuq il-liġijiet Ewropew u l-votant, b'mod dirett fil-Parlament Ewropew u b'mod indirett fil-Kunsill tal-Ministri. Għaldaqstant, naħseb li l-Unjoni terġa' toħroġ b' saħħitha anke fil-każ ta' Brexit. Evidentement, mingħajr Brexit ikollna aktar enerġija biex nikkonċentraw flimkien fuq is-soluzzjonijiet li għandhom bżonn iċ- ċittadini, inkluż dawk fir-Renju Unit. Segwi l-ħidma tal- Parlament Ewropew fuq facebook.com/ parlamentewropew Peter Agius huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew PETER AGIUS "L-istati Membri madwar il-mejda tal-Kunsill se jkollom isaqsu jekk mar- Renju Unit hux se jadottaw pożizzjoni ta' kastig jew ta' status quo. Il- kastig jista' jidher loġiku" "Min-naħa tal- Brexit għandek lil Boris Johnson u Nigel Farage, li evidentement għandhom ħafna x'jiggwadanjaw jekk tgħaddi tagħhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016