Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

minn Albert Gauci Cunningham MID-DISA' deputati Parlamentari nisa, ħadd m'esprima ruħu favur il-legalizzazzjoni tal- morning after pill, jew pillola meħuda mill-mara bħala forma ta' kontraċettiv wara l-att sesswali. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' kull deputata Parlamentari, erbgħa min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, tlieta mill- Partit Laburista u waħda indipendenti u staqsiethom jekk jaqblux li din il-pillola tkun legalizzata. Minn dawn, erba' deputati wieġbu li ma jaqblux, tnejn illimitaw ir-risposta tagħhom għall-abort biss u d-deputati nisa min-naħa tal-Gvern, jew ma weġbux jew qalu li għadhom indeċiżi. L-iktar deputata assertiva u inekwivoka fir-risposta tagħha kontra l-legalizzar tal-morning after pill kienet Claudette Buttigieg li għall-mistoqsija tal- ILLUM, pronta qalet li, "jien kontra kull ħaġa li għandha x'taqsam mal- abort." Mistoqsija imma biex twieġeb speċifikament dwar il-pillola, Buttigieg qalet "iva jien kontra ħafna," u temmet tispjega kif "dwar din il-kwistjoni ma nħossx li għandi bżonn l-ebda forma ta' gwida." Deputata oħra li esprimiet ruħha kontra, hija l-eks-Ministru tal-PN għal Għawdex Giovanna Debono li mal-ILLUM sostniet li, "din il-pillola tista' tkun abortiva u allura, la m'hemmx ċertezza, inħoss li ma nistax nieħu r-riskju." NEWSPAPER POST Nr 505 • 19 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Victor Sciriha Ara paġni 34 u 35 L-ebda deputata mhi favur Mal-ILLUM l-ebda waħda mid-disa' deputati nisa ma tesprimi ruħha favur il-morning after pill Tkompli f 'paġna 5 Ġewwa jew barra? Ara analiżi f 'paġni 6 u 7 Ara wkoll opinjonijiet f 'paġni 17, 18, 20 u 21 Il-ħaddiema se jibqgħu fuq il-kotba tal-Gvern L-1,600 persuna li bħalissa jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u fl-Isptar Karin Grech se jibqgħu kollha fuq il-kotba tal-Gvern. Dan ifisser li minkejja li l-maniġment ta' dawn iż-żewġ sptarijiet se jgħaddi għand il-Vitals Global Healtcare (VGH) fiż-żmien li ġej, se jkun il-Gvern li jibqa' joħroġ il-paga ta' dawn l-1,600 ħaddiem u dawk il-ħaddiema kollha li jidħlu bħala sostituti tagħhom. F'kummenti lill-membri tal- media l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega kif minkejja li l-operazzjonijiet se jimxu għand il-VGH, "il-Gvern se jkompli jkun hu li jaħdem direttament mal-għaqdiet tal-ħaddiem," filwaqt li r-rappreżentant tal- VGH Ram Tumuluri qal li "tul il-konċessjoni ta' 30 sena se nirrispettaw kull deċiżjoni li tkun konkluża bejn il-Gvern u l-ħaddiema." B'kollox il-VGH se tinvesti €220 miljun fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, l-Isptar Karin Grech u f 'dak li kien l-Isptar San Luqa u mistennija toħloq 800 impjieg ġdid, 600 minn dawn se jkunu f 'Għawdex. Tkompli f 'paġna 36

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016