Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Għawdex 15 Sport? - Taħlita tat-tnejn L-Istorja bdiet hekk: It-tiġrija tal-bhejjem f 'Santa Marija ta' nofs Awwissu, taf il-bidu tagħha fl-1587, meta fl-10 ta' Lulju ta' dik is-sena, il-membri tal-Universitas jew Gvern Lokali ta' Għawdex iddeċidew li jagħtu tliet paljijiet ħalli jingħataw bħala premjijiet għal din it-tiġrija li kellha ssir fil-15 t'Awwissu, 1587. Dawn il-paljijiet kellhom ikunu wieħed tal-bellus, l-ieħor tad-damask u l-ieħor tal-ħarir. Il-ġurati Għawdxin qatgħuha li joħorġu l-flus ħalli jinxtraw dawn it-tliet paljijiet biex jingħataw bħala premjijiet fit-tiġrijiet taż-żwiemel ta' Santa Marija. Biex din it-tiġrija sservi bħala inċentiv ħalli iżjed nies jitħajru jżommu ż-żwiemel u bhejjem oħra li jservu wkoll għad-difiża tal- gżira u għad-dejma, il-ġurati tal-Universitas daħħlu wkoll sett ta' regolamenti fosthom li l-bhejjem li jieħdu sehem kellhom ikunu tal-Għawdxin biss u jekk xi ħadd minn Malta ried idaħħal xi żiemel għat- tiġrija, wara kellu jħallih għall- użu tal-kavallerija, (Bezzina, 1993). Kienu għaddew iktar minn 50 sena fuq din it-tiġrija, meta fis-sena 1647, Ġan Franġisk Abela, ħareġ il-ktieb tiegħu Della Descrittione di Malta. Meta jitkellem dwar il-gżira ta' Għawdex, fost affarijiet oħra, hu jgħid hekk: "Hawn (f 'Għawdex), insibu knisja ddedikata lill-Beatissima Verġni Assunta, Matriċi ta' din il-fortizza jew Kastell u tal- gżira kollha… Fil-festa titulari tal-imsemmija Matriċi, li tiġi ċċelebrata fil-15 ta' Awwissu, issir tiġrija tad-dwieb u taż- żwiemel tad-Dejma li jitkabbru f 'dik il-gżira. Dawn il-bhejjem xejn inqas mhuma aħjar minn dawk li jitkabbru f 'Malta, anzi kultant issibhom isbaħ u aħjar għax-xogħol tal-Milizzja, l-aktar kaġun l-għelieqi ħodor u għammiela ta' Għawdex." Tagħrifa oħra dwar din it- tiġrija nsibuha fis-sena 1738 fid-djarju ta' Dun Ġużepp Agius, ħu Agius de Soldanis. "Fil-jum (tal-15 ta' Awwissu), ikun hemm fiera f 'din il-gżira ta' Għawdex, bil-frott kollu li wieħed jista' jixtieq u bi ħwejjeġ oħra ta' ġugarelli u xejxi. Filgħaxija jsiru t-tlielaq tal-ħmir, tal-bgħula u tal- fliewi, u ż-żwiemel iħalluhom għall-Vitorja. Jingħataw palji sbieħ ħafna." Agius (1738) Mela hawnhekk għandna indikazzjoni li bdiet issir tiġrija oħra, dik tal-Vitorja, b'tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir. U jidher li kien hemm bidla fil-parteċipazzjoni tal-bhejjem fit-Tiġrija ta' Santa Marija. Ma ninsewx ukoll li fit-tiġrija, dari kienu jieħdu sehem ukoll in- nies li kienu jingħataw oġġetti utli minflok paljijiet. Fl-istorja ta' Għawdex ta' Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis, insibu msemmi li fil- 15 ta' Awwissu, 1746, il-Gran Mastru ta' Malta, Fra Manoel Pinto de Fonseca, qassam il-paljijiet tat-Tiġrija ta' Santa Marija mill-barrakka, l-istess post minn fejn jitqassmu llum. Jidher li l-ewwel tiġrija tal- festi fl-irħula kienet dik tan- Nadur. Fin-Nadur, it-tiġrija tal-bhejjem saret għall-ewwel darba madwar is-sena 1720 u l-kappillan Ġann Indri Falson kien ħallas l-ispejjeż mill-ġbir tal-poplu, iżda mbagħad talab lill-Gran Mastru Vilhena biex jagħtih biċċiet ta' art pubblika fl-inħawi ta' bejn Daħlet Qorrot u Wied ir-Riħan biex mir-renti tagħhom jitħallsu l-ispejjeż għat-tiġrijiet tal- Imnarja fin-Nadur. Fix-Xewkija, it-tiġrija saret għall-ewwel darba fl-24 ta' Ġunju, 1756. Tax-Xewkija wkoll kienu talbu lill-Gran Mastru għal biċċa art biex mill-flus tagħha jinxtraw il- paljijiet. Sal-lum għad m'għandniex tagħrif meta saret l-ewwel darba t-tiġrija tal-festa tal- Bambina fix-Xagħra, imma aktarx dan kien ukoll fi żmien il-Kavallieri. L-ewwel tiġrija li qatt saret għall-festa ta' Santa Margerita ta' Ta' Sannat kienet dik ta' nhar il-Ħadd, 22 ta' Lulju, 1810 fi żmien l-ewwel snin tal-Ingliżi. Din it-tiġrija kienet organizzata mill-kappillan Dun Sidor Mizzi u l-ispejjeż ħarġithom kollha l-Knisja. Jidher li tal-inqas mis-sena 1842, il-Gvern beda jħallas 24 skud (£2) biex jagħmel tajjeb għall-parti mill-ispejjeż. Fl- 1903, il-Gvern kien iħallas £2 għat-tiġrija ta' Santa Margerita ta' Sannat u £24 għat-tiġrija ta' Santa Marija. "San Koloġru bit-tiġrija!" jgħidu l-Għawdxin. Sal-bidu tas-snin tletin kienet għadha ssir it-tiġrija ta' San Kaloġeru li l-festa tiegħu kienet tiġi ċċelebrata fil-knisja tal-Patrijiet Konventwali ta' San Franġisk fir-Rabat ta' Għawdex. Din it-tiġrija kienet issir f 'Awwissu, Ħadd fuq Santa Marija, jew fit-tieni Ħadd tal-istess xahar, u għalhekk kienu jieħdu sehem l-istess bhejjem li kienu jieħdu sehem f 'Santa Marija. San Kaloġeru kien eremit, u patrun għan-nies tar-Rabat. Il-Fratellanza ta' San Kaloġeru twaqqfet fl-1797, mill- Isqof ta' Malta u Għawdex, Mons Vincenz Labini. F'San Kaloġeru kienet issir purċissjoni bil-vara u t-tiġrija tal-bhejjem. Fl-1827, kienet mistiedna banda ċkejkna minn Malta. Għat-tiġrija, li x'aktarx saret għall-ewwel darba dik is- sena, kien hemm erba' paljijiet li swew 17-il skud, (Bonnici). Tiġrija oħra kienet issir fil-Festa Nazzjonali tal- Otto Settembre li kienet issir fir-Rabat wara l-festa tal-Vitorja. Illum din it- tiġrija m'għadhiex issir. Tiġrijiet oħra tal-imgħoddi kienu dawk okkażjonali biex jikkommemoraw xi avveniment kbir. Tiġrija kbira saret fit-28 ta' April 1946, meta nġabet Għawdex l-istatwa ta' San Ġorġ fuq iż-żiemel, xogħol ta' Xandru Mallia ta' Ħal Qormi. Dakinhar tqassmu disa' tazzi u seba' paljijiet. Imma t-tiġrija ta' San Ġorġ bdiet issir b'mod regolari fis-snin ħamsin tas-seklu XX meta l-festa ġiet trasferita għat-tielet Ħadd ta' Lulju. Illum tista' tgħid li t-tiġrija tal-bhejjem sabet postha fil- festi titulari kollha ta' Għawdex u meta ma jsirux, dan jiġri minħabba xi diffikultajiet li malli jingħelbu, jerġgħu jagħtu lok għat-tiġrijiet tal-festi. Dan l-artiklu hu meħud mill-kitba u riċerka li għamel l-istoriku Għawdxi Anton F. Attard ħalli jitnaqqas dan ir-riskju. Dan kollu jista' jwassal għal marketing tajjeb li mhux biss iġib lejn Għawdex turiżmu intern, iżda wkoll dawn it-tiġrijiet jiġu publiċizzati għat-turisti li żgur li jgħoxew ikunu preżenti għal dawn l-avvenimenti tradizzjonali. Għandu jkun hemm aktar insistenza mill-animal welfare li jkun hemm assistenza ta' veterinarju f 'kull avveniment. Forsi wkoll anke li jinqata' l-frustin li jdejjaq ħafna lil organizazzjonijiet favur id- drittijiet tal-annimali u ma naħsibx li jagħmlu daqshekk sabiħ mat-tfal li jkunu preżenti, għalkemm f 'ħafna tiġrijiet dan qed jinqata'. Forsi huma tiġrijiet li joħolqu l-kontroversja, iżda joħolqu wkoll interess qawwi mhux biss mid-dilettanti taż-żwiemel iżda wkoll mill-pubbliku li jattendi bi ħġaru jara kull tip ta' tiġrija, speċjalment dawk l-aktar spettakolari fuq id-dahar ta' diversi bhejjem. Tiġrijiet li jdumu sigħat sħaħ u jimlew ir-raħal kollu b'attività kummerċjali mill-aqwa. Huma tradizzjoni li ġejja minn żmien il-Kavallieri, tradizzjoni li kważi impossibbli taqtagħha mill-gżira Għawdxija li għalihom dan l-avveniment hu parti mill-festa tagħhom. L-ewwel waħda li saret fir-Rabat fl-1967

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016