Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Aħbarijiet 3 36% jriduh quddiem il-Parlament... 29% lura f 'Pjazza San Ġorġ IL-MONUMENT tas-Sette Giugno tal-iskultur Malti Anton Agius se jitneħħa mill-ġnien Hastings, fejn tpoġġa wara li kienet irranġata l-pjazza ta' quddiem il-Palazz tal- Gran Mastru biex jitpoġġa f 'post aktar prominenti u li jagħti lil dan il-monument li jfakkar l-avvenimenti ta' Ġunju 1919 aktar ġieħ. Wara kritika minn diversi bnadi għall-fatt li dan il-monument tressaq miċ- ċentru għall-periferija tal- belt kapitali, il-Gvern fetaħ perjodu ta' konsultazzjoni li matulu qed jistaqsi lill-pubbliku biex jagħti l-preferenza tiegħu dwar fejn jixtieq li jara l-istess monument. Is-sit illum.com. mt staqsa lill-qarrejja tiegħu biex jagħżlu minn ħames siti differenti fil-Belt Valletta, fejn jixtiequ li jaraw dan il- monument. Ftit iktar minn 36% tal- qarrejja tagħna huma tal- fehma li dan il-monument għandu jitpoġġa fid-daħla tal-Belt quddiem il- Parlament. Fost dawk li ħallew kummenti u qalu li jippreferu li dan il- monument ikun rilokat hawnhekk, kien hemm Josephine Attard illi sostniet li l-pjazza ta' quddiem il- Parlament huwa l-iktar post prominenti fil-Belt Valletta. Min-naħa l-oħra iżda, 28.8% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ tas-sit tagħna huma tal-fehma li l-monument għandu jerġa' jitpoġġa fi Pjazza San Ġorġ, fejn kien qabel tneħħa u fejn seħħet il-ġrajja storika, illum rappreżentata permezz ta' Festa Nazzjonali. Bosta qarrejja li jixtiequ jaraw xogħol Agius lura fi Pjazza San Ġorġ ħallew kummenti u sostnew illi dan għandu jitpoġġa fejn seħħet il-ġrajja. John. M. Cassar qal illi l-monument għandu jmur fi Pjazza San Ġorġ "fejn seħħew il-ġrajjiet, li bis- saħħa tagħhom il-poplu ngħata d-dritt li jkollu l-kostituzzjoni tiegħu." Cassar sostna li min prova "jaħbi" l-monument ma kellux lill-ħaddiema u lill-poplu fl-interess tiegħu." Rose Cassar Casingena hija tal- istess fehma u fil-kummenti li ħalliet fuq is-sit sostniet li huwa "ta' għajb għal min warrab dan il-monument f 'Hastings." Post inqas popolari, għalkemm xorta l-preferut ta' 15% tal-qarrejja tagħna, huwa fil-pjazza ta' quddiem il-Bibjoteka, minflok il- Monument tar-Reġina Victoria. Huma bosta li jħossu illi l-monument tal-monarka għandu jitneħħa u titpoġġa xi ħaġa li tissimbolizza aktar lil pajjiżna, anke jekk fil-fatt il-monarka tissimbolizza l-perjodu twil li pajjiżna għamel kolonja tal-Gran Brittanja. L-inqas post popolari fost il-qarrejja tagħna hija Pjazza Kastilja, fil-fatt kienu biss 7.8% tal- qarrejja tagħna li jħossu li l-monument tas-Sette Giugno għandu jitpoġġa hawnhekk. Ftit iktar minn 12% tal-qarrejja tagħna jħossu li l-monument għandu jibqa' fi Ġnien Hastings. Is-Sindku tal-Belt iridu ħdejn il-Parlament "L-AKTAR post xieraq fejn għandu jiġi rilokat il-monument tas-Sette Giugno huwa, bla dubju viċin tal-Parlament," tenna s-sindku tal-Belt Valletta, Alexiei Dingli. Hu saħaq kif il-monument ifakkar ġrajja importanti fl- istorja ta' pajjiżna, assoċjata direttament mal-parlament, "u għalhekk żgur jistħoqlu post aktar prominenti minn dak fejn qiegħed bħalissa, appuntu viċin tal-parlament il-ġdid." Is-Sindku tal-Belt jemmen li mhux se tkun ħaġa faċli li jinstab dan il-post, peress li l-ispazji ġewwa l-Belt huma pjuttost limitati, b'medja ta' iżjed minn 300 monument fi spazju tant żgħir. Fil-fehma tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, żewġ postijiet fejn jista' jitpoġġa l-monument huwa ħdejn it-taraġ ta' maġenb il-Parlament jew fl-aħħar ta' Triq l-Ordinanza (bejn il-Parlament u Pjazza Teatru Rjal). Is-Sindku spjega li "fiż-żewġ postijiet iridu jsiru interventi sabiex il- monument jiġi integrat mal- estetika tal-madwar. Iż-żewġ postijiet jagħtu prominenza tajba ħafna lill-monument, li jkun viżibbli minn kull min jidħol il-Belt." "Sfortunatament huma ftit in-nies li jgawdu dan il-monument mill-isbaħ u huma ferm anqas dawk in-nies li jiftakru fl-istorja li jirrapreżenta," kompla jispjega Dingli, li saħaq ukoll kif għandu jsir sforz biex jiġi mfakkar dak li għaddew minnu missirjietna sabiex wasalna hawn illum. "Hija tal-biki li anniversarju tant importanti fil-ġrajja ta' pajjiżna jiġi mfakkar minn ftit nies. Rilokat f 'dan il-post aktar xieraq, il-qalbiena Maltin li taw ħajjithom għal pajjiżna jkunu qegħdin iħarsu l-Parlament tagħna għal dejjem," temm jgħid mal-ILLUM Dingli. Alexiei Dingli, Sindku tal-Belt Tifel jew tifla minn ħamsa, vittmi ta' vjolenza sesswali MINN statistika miġbura mill-Kunsill tal-Ewropa rriżulta li tifel jew tifla minn ħamsa fl-Ewropa huma vittmi ta' xi forma ta' vjolenza sesswali. Huwa stmat ukoll li bejn 70% u 85% ta' dawn il-każijiet, dak li jabbuża jkun xi ħadd li t-tifel jew it-tifla jafu u jafdaw. B'reazzjoni għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, il-Kummissjoni Ewropea stqarret li l-istrument ewlieni tal-Unjoni Ewropea bħala prevenzjoni għall- vjolenza sesswali kontra t-tfal hija d-Direttiva dwar l-Esplojtazzjoni Sesswali tat- Tfal. Fi kliem il-Kummissjoni, din id-Direttiva tistabbilixxi livelli minimi għall-pieni kriminali u tiffaċilita r-rappurtar, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. "Bil-għan li kull stat membru jimxi mad-Direttiva msemmija, kull stat membru jrid jadotta miżuri ta' prevenzjoni differenti. Biex jiġi evitat ir-reċidiviżmu, dawk li jikkommettu r-reati jridu jiġu soġġetti għal evalwazzjoni ta' riskju, u jkollhom aċċess għal programm ta' intervent speċjali," qalet Dalli. Il-Membru Parlamentari Maltija, li hija wkoll il-kelliema tas-Soċjalisti u Demokratiċi dwar ir-rapport tal-abbuż tat-tfal u l-internet, ġiet mgħarrfa li ċ-Ċentru Ewropew tas-Cybercrime fil-Europol inkluda l-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal fuq l-internet bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu. Il-Kummissjoni tippromwovi sistemi integrati għall- protezzjoni tat-tfal u tiffinanzja proġetti biex jiġġieldu l-abbuż sesswali u l-vjolenza fuq it-tfal, b'programmi bħall- 'Internal Security Fund Police' u 'id-Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza.' "Kull inizjattiva biex tindirizza l-abbuż tat- tfal, partikolarment dak sesswali għandha tkun maħsuba fid-dettall biex verament tipproteġi lit-tfal li huma l-aktar vulnerabbli. L-inizjattivi m'għandhomx ikunu fuq livell Ewropew biss imma anke l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaraw li jkollhom il-miżuri meħtieġa biex dan il-ksur lampanti ta' liġi jiġi indirizzat. Meta nitkellmu dwar l-internet imbagħad għandna bżonn li l-Istati Membri kollha jikkordinaw b'mod effettiv l-azzjoni tagħhom permezz taċ-ċiklu tal-politika annwali li jinvolvi l-Europol u l-Kummissjoni," qalet Miriam Dalli. Intant, minn informazzjoni parlamentari mogħtija fil- Parlament Malti rriżulta li fuq medda ta' ħames snin, 33 persuna ntbagħtu l-ħabs fuq abbuż ta' minorenni. Mill- informazzjoni mogħtija mill- Ministru għall-Intern Carmelo Abela rriżulta li mill-perjodu msemmi, kien fl-2012 l-iktar li ntbagħtu l-ħabs b'rabta ma' reati simili. L-iktar sentenza twila ngħatat fl-2012, bl- imputat jibda jiskonta sentenza ta' għaxar snin ħabs.