Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 33 minn Euro 2016 Stade Municipal, Toulouse Dan huwa l-akbar stadium li jintuża għal sport differenti tal-football u tar-rugby fil- belt Franċiża ta' Toulouse. Inbena fl-1937 biex jiġi użat fit-Tazza tad-Dinja tal-1938 u kellu żewġ rinovazzjonijiet estensivi - waħda fl-1949 u l-oħra fl-1997. Ospita wkoll sitt logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tal-1998 kif ukoll mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tal-2007. Fih saru wkoll kunċerti kbar tal-mużika fosthom dak mill-mibki iżda qatt minsi, Michael Jackson, lura fis-16 ta' Settembru tal-1992 quddiem 40,000 spetatur. Iżda, wara li ġie rinovat u mmodernizzat, illum dan l-istadium m'għadux jilħaq din il-kapjenza, fejn l-ikbar ammont ta' spettaturi li jista' jesa' huwa dak ta' 33,150. Stade Bollaert-Delelis Dan huwa l-istadium prinċipali fil-belt Franċiża ta' Lens u li nbena fl-1933. Jesa' 41,229 spettatur li jfisser kważi 4,000 persuna iktar mill-popolazzjoni ta' din il-belt. Oriġinarjament, ingħata l-isem ta' Stade Bollaert, minħabba Felix Bollaert li kien direttur ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Compagnie des Mines de Lens, li kellu l-ambizzjoni li jippromwovi l-iżvilupp ta' klabbs sportiv fil-belt ta' Lens. Beda jinbena fl-1931, iżda Felix Bollaert miet propju ftit qabel l-inawgurazzjoni ta' dan il-ground. Imbagħad fl-2012, ingħata l-isem ta' Stade Bollaert- Deleleis, wara l-mewt ta' Andrè Delelis, li kien politiku li serva bħala Ministru tal-Kummerċ, taħt il-President Franċiż, Francois Mitterrand. Allianz Riviera Dan huwa stadium b'użu multiplu fil-belt Franċiż ta' Nice, iżda l-iktar li jintuża għall-football, fejn huwa l-home ground tal-club Franċiż ta' OGC Nice. Jintuża wkoll okkażjonalment għal-logħob tar-rugby mill-club ta' Toulon. Jesa' 35,624 spettatur u ħa post l-eks stadium tal-belt ta' Nice, Stade Municipal du Ray. Beda jinbena fl-2011 u x-xogħlijiet fuqu tlestew sentejn wara. Ġie nawgurat nhar it-22 ta' Settembru tal-2013 għal- logħba bejn OGC Nice u Valenciennes. Kien pjanat li jkun lest sal-2007, iżda minħabba xi spejjeż ulterjuri u ħlasijiet b'lura marbuta mal-istrutturi tal-ground, dan kellu jitlesta biss sitt snin wara, fejn sewa s-somma ta' €245 miljun. Stade Geoffroy-Guichard Dan huwa stadium li bħal bosta stadia li se jintużaw waqt din il-kompetizzjoni, jintużaw primarjament għall-football, iżda ġieli jintuża wkoll biex jintlagħbu fih logħob tar-rugby. Huwa l-home ground tat-team Franċiż ta' Saint Etienne. Infetaħ fit-13 ta' Settembru tal-1931 u jesa' 42,000 spetettur. Illum il-ġurnata jinsab fi stat verament tajjeb u lest biex jilqa' diversi logħbiet minn Euro 2016. Iżda, biex dan seta' jseħħ, l-istess stadium relattivament antik sarulu bosta rinnovazzjonijet u li damu għal perjodi ta' snin, fosthom bejn l-1983 u l-1984, bejn l-1996 u l-1998, u bejn l-2011 u l-2014. Parc des Princes M'hemmx dubju li dan l-istadium flimkien ma' Stade de France u forsi Stade Velodrome, huwa l-iktar stadium majestuż u popolari li se jkun qed jospita logħbiet importanti minn din il-kompetizzjoni. Huwa jesa' 48,712 spettatur bilqiegħda u ilu jospita logħbiet taċ- champions Franċiżi, Paris Saint-Germain, sa mill- 1973. Huwa l-iktar stadium antik mill-istadia kollha ta' din il- kompetizzjoni, fejn inbena lura fl-1897 u nfetaħ fit-18 ta' Lulju tal-istess sena. Iżda, imbagħad, ġie rinovat fl-1932 u speċjalment fl-1972 fejn fl-4 ta' Ġunju ta' din is-sena ġie miftuħ b'mod uffijċali għas- somma ta' 90 miljun Frank Franċiż, li jammontaw għal €13-il miljun. Jintuża wkoll biex jospita kunċerti kbar tal-mużika. Stade de France (Pariġi) Parc des Princes Stade Geoffroy-Guichard Allianz Riviera għalija' - Cristiano Ronaldo tim nazzjonali Portugiż qal li wieħed irid jiftakar li huwa kien għadu ġej minn staġun sħiħ mimli logħbiet kemm fuq livell lokali għalih kif ukoll dak Ewropew, u għalhekk huwa naturali li player ikun tajjeb kemm ikun tajjeb jibda jħoss xi ftit tal-għejja. Iżda huwa kkonkluda li l-iktar importanti huwa l-fatt li hu ta l-massimu tiegħu u li t-tim tiegħu finalment ħareġ rebbieħ. Cristiano Ronaldo fadallu sentejn oħra fuq il-kuntratt preżenti tiegħu, iżda mill-kummenti tiegħu, kollox qed jindika li l-futur tiegħu se jkun wieħed esklussivament mal-Galacticos, hekk huwa qal li jinsab verament kuntent ma' dan il-klabb bi storja glorjuża u jixtieq li jkompli jikser kull rekord immaġinabbli ma' dan it- tim mill-kapitali Spanjola. Intant, mistoqsi rigward il-lotterija tal-penalties li kkaraterizzat il-finali, u jekk kienx eċitat qabel ta l-aħħar penalty li kien strumentali għat-tim tiegħu, huwa qal li kien ferm kunfidenti li kien se jirnexxilu jsib ix-xibka kif fil-fatt għamel. Fil-fatt, huwa stqarr li kien hu stess li talab lill-kowċ Franċiż, Zinedine Zidane, biex ikun propju hu li jagħti l-aħħar penalty għat-tim tiegħu, għax kien ċert li kien se jirnexxielu jiskorja. Spunt interessanti rigward dan huwa l-fatt li fil-finali tal-2008, propju Cristiano Ronaldo falla mill-11-il metru kontra Chelsea, meta dak iż-żmien kien jilgħab ma' Manchester United, għalkemm xorta waħda fl-aħħar mill-aħħar kienu r-Red Devils li spiċċaw biex ħarġu rebbieħa. Iżda l-istorja tinbidel u wieħed jitgħallem mill-iżbalji li jkun għamel fil-passat - Cristiano Ronaldo huwa tabilħaqq xhieda ċara ta' dan kollu! II-fenomenu Portugiż Cristiano Ronaldo fl-azzjoni bil-flokk ta' Real Madrid