Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum jew konferma taż-żwieġ? INTANT, fid-dawl tar- referendum li se jsir din il-ġimgħa l-ILLUM għamlet tliet mistoqsijiet lil erba' persuni differenti. L-ILLUM staqsiet dwar l-iswing li kien hemm fl-aħħar jiem lejn il-kampanja li tiffavorixxi t-tluq tar-Renju Unit mill-UE, il-fattur tal- immigrazzjoni u kif dan qed jimpatta fuq kif se jivvota l-poplu Ingliż u r-reazzjoni tal-UE jekk kemm-il darba l-vot imur għal Brexit. Hawnhekk qed nirriproduċu t-tweġibiet tal- MPE Alfred Sant u Therese Comodini Cachia. Tistgħu ssegwu wkoll dak li qalulna l-opinjonista Joe Ellis u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta Peter Aguis fuq is-sit illum.com.mt M'iniex konvint li l-maġġoranza huma favur Brexit Jidher li kien hemm swing favur Brexit. Kemm taħseb li dan l-iswing se jkun sostnut u fil-fatt iwassal għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE? Ma nistax naqra l-futur imma jidher li d-deċiżjoni dwar jekk ir-Renju Unit hux se jibqa' jew joħroġ fl-Unjoni Ewropea se tkun meħuda b'maġġoranza ċkejkna. Ir- rankatura favur Brexit li rajna dan l-aħħar naħseb li se tibqa' sal-aħħar; m'iniex konvint li hi maġġoritarja madankollu. L-immigrazzjoni jidher li kienet fattur kruċjali ta' fejn kienet qed tmur l-opinjoni pubblika. Kemm taħseb li hu ġustifikat li d-dwejjaq ta' ħafna Ingliżi fuq l-immigrazzjoni qed ikun direzzjonat lejn l-UE? Fil-politika, ftit jiswa jekk ħaġa tkunx ġustifikata jew le. Jekk il-poplu jħoss li hi ġustifikata, il-problema trid tiġi ffaċċjata. L-immigrazzjoni qed tinħass minn ħafna nies bħala l-aktar ħaġa li turi x'sejjer ħażin f 'ħajjithom: bidliet fis-soċjetà li ma jistgħux jikkontrollaw u li qed iwasslu għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja, qgħad, awsterità eċċ. Il- globalizzazzjoni skont politika neo-liberali hi l-pedament ta' dan kollu u l-Unjoni Ewropea tidher bħala aġent tal-globalizzazzjoni għax tibdel il-qafas tat-tmexxija minn wieħed nazzjonali għal wieħed kontinentali. Hawn min qed jitkellem dwar 'kastigi' fil-każ ta' Brexit. Kemm taħseb li dan huwa ġust u kif tara li l-UE tista' tirritalja biex dak li jkunu għamlu l-Ingliżi ma jagħmlux ħaddieħor? Fil-każ li jgħaddi Brexit, mhux se tkun kwistjoni ta' x'inhu ġust jew le, imma ta' x'jaqbel jew le. L-UE u r-Renju Unit m'għandhom l-ebda interess li jikkonfrontaw lil xulxin. Wara d-dwejjaq tal-bidu, in-negozjati nistħajjel li jfittxu soluzzjoni bħal dik tan-Norveġja, li għandha access sħiħ għas-suq wieħed Ewropew imma tħallas għal dan l-aċċess. Kumplikazzjoni tqum jekk il-Brittaniċi jkunu jridu jżommu kontroll sħiħ fuq il-moviment tal-persuni bejn is-suq wieħed Ewropew u pajjiżhom. Bħalma ġara meta l-Iżvizzeri vvutaw biex jirrestrinġu l-movement tal- persuni, l-UE ssibha diffiċli ħafna li taċċetta ħaġa bħal din. Jidher li kien hemm swing favur Brexit. Kemm taħseb li dan l-iswing se jkun sostnut u fil-fatt iwassal għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE? F'dawn l-aħħar ġranet, kien hemm ftit ċaqliq fiż-żewġ naħat. Kien hemm deputat mill-grupp favur Brexit li rrinunzjat il-kampanja bħala waħda bbażata fuq fatti li mhux minnhom iżda fl- istess ħin rajna wkoll ċaqliq favur Brexit. Forsi għadu ftit kmieni biex wieħed jgħid li l-konklużjoni ta' dan ir- referendum digà fatta. Iż-żewġ naħat għandhom esponenti b'personalitajiet b'saħħithom, però jidher li kull naħa qed tiffoka fuq it-tfigħ ta' ħafna informazzjoni fil-pubbliku mingħajr ma jkun hemm biżżejjed żmien biex dawk li se jivvutaw jixtarru din l-informazzjoni. Qed ikun hemm ukoll argumenti mmirati lejn l-emozzjoni aktar milli lejn ir-raġuni. Jekk din il-mewġa ma tiġix megħluba minn dawk kontra l-Brexit, allura r-referendum jispiċċa jkun favur Brexit. L-immigrazzjoni jidher li kienet fattur kruċjali ta' fejn kienet qed tmur l-opinjoni pubblika. Kemm taħseb li hu ġustifikat li d-dwejjaq ta' ħafna Ingliżi fuq l-immigrazzjoni qed ikun direzzjonat lejn l-UE? Ir-Renju Unit ilu żmien twil jirċievi immigranti, u saħansitra hemm familji li ġejjin minn antenati immigranti. Ma naħsibx li tispiċċa l-immigrazzjoni jekk ir-riżultat ikun favur Brexit. Ir-Renju Unit xorta se jibqa' pajjiż żviluppat fi stadju avvanzat soċjo-ekonomiku li jibqa' jattira l-immigrazzjoni kemm mill-pajjiżi Ewropej kif ukoll minn pajjizi 'l barra mill-Ewropa. Hemm setturi ekonomiċi li għandhom bżonn ħaddiema barranin, għandhom setturi fejn l-investiment barrani huwa qawwi u miegħu jġib ukoll ħaddiema immigranti. Forsi l-kwistjoni hija aktar dwar l-integrazzjoni jew kif se jlaħħqu bid-diversità fis- soċjetà Ingliża. Iżda f 'dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea tista' forsi tgħin u mhux taghmel is-sitwazzjoni agħar. Hawn min qed jitkellem dwar 'kastigi' fil-każ ta' Brexit. Kemm taħseb li dan huwa ġust u kif tara li l-UE tista' tirritalja biex dak li jkunu għamlu l-Ingliżi ma jagħmlux ħaddieħor? Kastigi u vot demokratiku ma jmorrux flimkien. Dak li huwa żgur hu li hekk kif stat membru jitlob li ma jibqax membru, iridu jinħallu l-obbligi u r-responsabbiltajiet reċiproċi u f 'dan is-sens iridu jsiru l-kontijiet. Dan ifisser li wieħed imbagħad irid jara x'tip ta' relazzjoni se jkun hemm bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, f 'liema setturi u taħt liema kundizzjonijiet. Dan ikun proċess twil li jħalli effetti negattivi kemm fuq ir-Renju Unit kif ukoll fuq l-Unjoni Ewropea fi żmien fejn it-theddid li qed niffaċċjaw huwa wieħed globali u li allura huwa aħjar li nindirizzaw flimkien. Ma narax li Brexit għandu jwassal sabiex ikun hawn numru ta' pajjiżi oħra li joħorgu mill-Unjoni, iżda jista' jagħti opportunità lil xi stati jużaw din bħala theddida. Hawnhekk se jkun importanti ħafna kemm huma b'saħħithom il-Prim Ministri tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-immigranti se jibqgħu jmorru r-Renju Unit, Brexit jew le