Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Intervista 12 'Malta tkun parteċipi fil-massakru I d-diskussjoni dwar il- liċenzjar u d-disponibbiltà tal-kontraċettiv ta' emerġenza, magħrufa bħala l-morning aer pill, issa tinsab fil-quċċata tagħha wara li matul il-ġimgħa li għaddiet 102 mara ressqu protest ġudizzjarju sabiex din il-pillola ssib ruħha fis- suq lokali. Minkejja li kien hemm dawn il-102 mara u bosta għaqdiet u organizazzjonijiet favur, hemm diversi oħrajn 'pro-life' li qed isostnu li din m'għandhiex tibda tidħol f 'pajjiżna, bir-raġuni ewlenija għal dan tkun li din hija abortifikant għaliex twaqqaf it-tqala tal-mara li tieħu tali pillola. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Miriam Sciberras li hija ċ-chairperson tal-Life Network Foundation, fejn tkellmet dwar ir-raġunijiet għalfejn temmen li din il-pillola m'għandhiex tiddaħħal fis- suq lokali u dak li taħseb li se jkunu l-konsegwenzi fuq is-soċjetà jekk din tkun disponibbli faċilment fis-suq bl-istess mod li huwa faċli takkwista kaxxa aspirina. 'Is-soċjetà tagħna, qatt ma rat il- ħajja bħala żejda' Kien hemm diversi għaqdiet li esprimew l-opinjoni tagħhom fuq x'jaħsbu li se jkun l-effett li l-kontraċettiv ta' emerġenza se jkollu fuq is-soċjetà u l-attitudnijiet lejn diversi oqsma tal-ħajja, u Miriam Sciberras mhux b'inqas. Meta mistoqsija dwar x'taħseb li se jkun qed jinbidel fis-soċjetà jekk tiddaħħal din il-pillola, Sciberras insistiet li "jekk tasal fil-punt li soċjetà ma tibqax tirrispetta dawn id-drittijiet u ma tibqax tirrispetta l-ħajja mill-konċepiment, inkunu qbadna n-niżla li se nibdew naraw il-ħajja bħala oġġett. U dan huwa xaqq kbir l qed naraw fis-soċjetà. Għandna l-pajjiżi tal-Ewropa kollha madwarna, ma nitgħallmux aħna?" iżżid tgħid, u anke jekk il-mistoqsija titkellem dwar il-morning after pill, Sciberras tkompli tinsisti, "Hemm għalfejn indaħħlu l-abort biex nindunaw li qed nabbużaw miż- żgħażagħ u mill-innoċenti?" Sciberras tkompli tisħaq li l-fatt li hemm min hu interessat li japplika għal liċenzja sabiex din il-pillola ta' kontraċettiv ta' emerġenza, "jiena tixgħelli bozza ħamra li s-soċjetà Maltija tinsab f 'punt deċiżiv." Iċ-chairperson tal-Life Network Foundation tkompli tispjega li minn dejjem kellna soċjetà li l-ħajja qatt ma ratha żejda, u spiss tara nanniet li jgħinu liż-żgħażagħ meta joħorġu tqal, u jieħdu ħsiebhom b'imħabba kbira u jaraw kif, "il-'problema', issa saret it-teżor tal-familja." Kollox jiddependi mid-definizzjoni ta' meta tibda t-tqala? Wieħed mill-effetti li jista' jkollha l-morning after pill hija li tipprevjeni milli bajda fertilizzata taqbad mal- utru tal-mara biex hemmhekk, tkompli bil-vjaġġ li jwassal għal tarbija. Hawnhekk, Sciberras tgħid li, "aħna preokkupati ħafna għaliex l-effetti primarji tal-morning after pill hi li meta int diġà għandek ħajja konċeputa, din il-ħajja ma titħalliex taqbad mal-ġuf u titħalla tintilef, u għalhekk għandha effett abortiv." Miriam Sciberras tkompli tgħid li l-argument ta' dawk li huma favur din il-pillola, huwa "logħba sħiħa fuq id-definizzjoni ta' meta tibda l-ħajja u meta tibda t-tqala." Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi jekk hux qed tgħid li bajda fertilizzata mingħajr ma tkun qabdet mal-ġuf, hix ikkunsidrata bħala ħajja, minħabba li jekk din ma taqbadx, m'għandha l-ebda ċans ta' ħajja. Dlank, Sciberras tgħid li, "dan mhux aħna ngħiduh imma tgħidu x-xjenza. Inkella għalfejn ellna dawk l-argumenti kollha fuq l-iffriżar tal-embrijuni, u dwar il-valur tal-ħajja sa mill-konċempiment? Hemmhekk għandek diġà ħajja ġdida. Għandek dak kollu li se jagħmel lill-bniedem: għandek id- DNA kollu, taf diġà jekk hux tifel jew tifla... Hemmhekk għandek il-kodiċi ġenetika ta' bniedem uniku ġdid. U din mhux qed ngħiduha aħna bħala fondazzjoni favur il-ħajja, imma jgħiduha l-kotba kollha tax-xjenza u tal-embrijoloġija." Għalhekk, din il-gazzetta tistaqsi, allura, kif f 'ċerti kotba u skont diversi assoċjazzjonijiet mediċi id-definizzjoni mhix l-istess? Sciberras tgħid li, "konvenjentament, l-American College of Gynecologists, fl-1965 biddlet id-definizzjoni tagħha ta' tqala u għamlitha tgħid li t-tqala minn meta l-bajda ffertilzzata tkun ġiet impjantata fil-ġuf. Ma' dik id-daqqa ta' pinna, setgħu jiġu kklasifikati dawn it-tip ta' pilloli kollha bħala li mhumiex abortivi; mhux għax inbidel il-mod kif jaħdmu, imma għaliex inbidelt id-definizzjoni. Illum, il-logħob tal-kliem kollu hekk qiegħed: dak li huwa ħażin, irridu ngħidulu tajjeb billi nbiddlu dak li jfisser, u imbagħad, billi nbiddlu d-definizzjoni, nispiċċaw nillegalizzawh," tkompli tisħaq Sciberras. Miriam Sciberras tgħid kif għall- konvenjenza, "inbidlu d-definizzjoni u nibdew ngħidu li l-ħajja għandha valur skont jekk il-bniedem jarahiex bħala onvenjenti jew le. U dan huwa l-istess argument li jġibu għall-abort." Għal dan, il-gazzetta tirrimarka li l-pillola tal-morning after pill hija differenti minn dik abortiva li tittieħed fi stadju ferm iktar avvanzat. Sciberras, hawnhekk tirrifjuta din ir-rimarka u tgħid li dawn il-pilloli huma l-istess fil-mod ta' kif jaħdmu. "Jekk għandek embrijun li jinbeżaq 'il barra intenzjonalment, il-mod ta' kif jaħdmu huwa l-istess." 'L-iktar kreatura mhedda fis- soċjetà hi t-tarbija' B'ċerta determinazzjoni, Miriam Sciberras tkompli tisħaq li huwa "ingann meta jkollna t-tip ta' raġunament li nippruvaw ngħattu u li taparsi m'aħna qed nagħmlu xejn ħażin, u nippruvaw inbellgħuha li mhux vera li dawn il-pilloli għandhom effett abortiv. Aħjar tgħid mill-ewwel li int favur l-abort u favur il-ħajja biss meta hi komda għalik, għax iktar tagħmel sens. Imma li tisipiċċa tgħid li għandek sitwazzjoni diffiċli, u minn dik is-sitwazzjoni ħarġet ħajja, u tibda tara żejda dik il-ħajja, hemmhekk, aħna mhu se naqblu qatt." Tkompli tisħaq li jiġri x'jiġri, huma bħala għaqda se jibqgħu jitkellmu dwar dan u tispjega kif tħoss li, "meta tasal f 'punt li ħajja taraha żejda, ġiet minn fejn ġiet il- ħajja, ikun rigress u mhux progress fis-soċjetà." Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi jekk hux qed jipprevedu li jkun hawn xi tip ta' taqlib drastiku jew xi tip ta' kollass tal-moralità fis-soċjetà, ġaladarba jkun hawn din il-pillola fis-suq. Għal dan, Miriam Sciberras tgħid li, "r-riżultat għal dan ikun li tibdew niżvalutaw lil xulxin, niżvalutaw l-imħabba. Ara fejn kien hemm il-gwerer u affarijiet koroh li ġraw u tara jekk hux hekk bdew. L-ewwel bdew ineħħu min-nofs dawk li kienu ta' piż fuq is-soċjetà, imbagħad neħħew lil dawn li ma kinux mentalment stabbli għax dehrilhom li dawk kienu piż fuq is-soċjetà. Imbagħad min jifdal biex jiddefendi l-morali?" Għalhekk, din il-gazzetta tistaqsi lil Sciberras jekk hux qed tgħid li l-introduzzjoni tal-pillola ta' kontraċettiv ta' emerġenza se tkun qed twassal għal xi gwerra. "Le, m'iniex qed ngħid hekk," pront twieġeb Sciberras. "Jien qed ngħid li meta tibda tara dawn it-tip ta' sinjali fil-fibra tas-soċjetà - li għalina huma bozoz ħomor – meta tibda tara n-nuqqas ta' rispett lejn il-ħajja sa mill-konċepiment jew iktar u iktar logħob bil-kliem li tipprova tidħak bix-xjenza u tipprova tbiddel id-definizzjoni ta' x'inhi ħajja, int tinduna li l-valur tal-ħajja umana, m'għadhiex prijorità, u dik tpoġġina kollha fil-periklu," tkompli tisħaq Sciberras. "Għax l-ewwel nibdew naraw il-ħajja mill-konċepiment bħala ostaklu, imbagħad nibdew naraw dawk in-nies b'diżabbiltà u allura nabortixxuhom bħalma qed jagħmlu barra minn Malta, imbagħad jekk persuna jkollha inċident, tispiċċa bħala piż. Jekk it-tbatija ma jibqax ikollha valur, li xi ħadd jieħu ħsieb xi ħadd ieħor, mela allura nispiċċaw biex lil dawn nibagħtuhom kollha għall-ewtanasja u għas-suwiċdju assistit." Tinsisti li b'dan il-mod, il-valur tal-ħajja jispiċċa. "Ħares madwarek u tara x'inhu jiġri fl-Ewropa...l-iktar kreatura mhedda llum fis-soċjetà, hija t-tarbija." Iżżid tgħid li jekk tidħol din it-tip ta' mentalità, "ikun punt fejn Malta titkaxkar mal-kumplament tad- dinja, u tkompli mal-massakru tal- innoċenti." Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Huwa rigress u mhux progress fis-soċjetà, li tasal f 'punt li ħajja taraha żejda " " Mhix kwistjoni tad- definizzjoni ta' meta tibda t-tqala, għax din hi sempliċiment argument ta' konvenjenza li qed jipprova jinganna n-nies, kif fil-fatt qed jagħmel " "