Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

L -għażla tal-Brittanniċi fir-Referendum tal-Ħamis li għadda tat verdett ċar: dak li l-Brittanniċi jaraw il-futur tagħhom barra mill-Unjoni Ewropea u mhux ġewwa. Id-deċiżjoni tal-popli nirrispettawha anke meta personalment ma naqblux magħha. Dik hi regola fundamentali tad-demokrazija u ċertament mhuwiex se nkun jien li ngħaddi ġudizzju fuq deċiżjoni tal-elettorat Brittanniku. Biss, mil-lat ta' bniedem li jemmen li l-proġett Ewropew huwa wieħed pożittiv għad li mhux perfett, bżonnjuz għad li jista' jitjieb, it-tluq minn għaqda ta' wieħed mill-membri l-iktar distinti, żgur li hija aħbar li tnissillek sens ta' dwejjaq. Biss, bħal kull ħaġa oħra fil-politika, issa li kien hemm deċiżjoni u direzzjoni politika ċara huwa obbligu ta' kulħadd li jara li fid-divorzju li se jiġri dan ikun divorzju responsabbli u li jagħmel kemm jista' jkun ġid, fiċ-ċirkostanzi, għan-naħat kollha li se jinġabru madwar il-mejda. Kruċjali f 'dan kollu, il-mod ta' kif se jintlaqat pajjiżna mill-BREXIT meta dan eventwalment jiġri. Infakkar li bid-deċiżjoni tal-Brittanniċi li tħabbret sbieħ il-Ġimgħa, il-Gran Brittanja ma ħarġitx ħesrem mill-Unjoni Ewropea, iżda l-Gvern ingħata mandat biex jibda l-proċess biex eventwalment toħroġ. Dan il-proċess, ħabbrilna l-Prim Ministru attwali David Cameron, jibda jidħol fis- seħħ hekk kif 'tingħafas il-buttuna' skont kif irid il-famuż artiklu 50 li bħala fatt se tingħafas mill-Prim Ministru l-ġdid tal-Gran Brittanja li se jinħatar madwar tlieta jew erba' xhur oħra. Dan għaliex il- Prim Ministru Cameron għamilha ċara li se jirriżenja mill-kariga u b'hekk hu mhu se jkollu x'jaqsam xejn mal-proċess, li mistenni jieħu mill-inqas sentejn u possibbilment sa ħames snin. Interessanti kemm hu interessanti li nitkellmu dwar il-Gran Brittannja, għalina l-Maltin hemm pajjiż ieħor Ii jinteressana iktar: Malta. Kif għidt, hu kruċjali l-mod ta' kif pajiżna se jintlaqa' mill-BREXIT. Bħala Ministru tal-Kabinett ta' Joseph Muscat, nista' forsi nixhed iktar minn ħaddieħor il-livell ta' preparazzjoni li mexxa 'l quddiem il-Prim Ministru Muscat sa minn żmien qabel ir- referendum innifsu. Taħt il-gwida tiegħu, kull Ministeru kien preparat sa snienu bl- effetti settorjali ta' din id-deċiżjoni. Fis- seduta tal-Kabinett u grupp parlamentari li kellna dakinhar stess li tħabbar ir-riżultat u li għaliha ġew mistiedna l-esperti ewlenin ta' pajjiżna ddiskutejna b'mod iffukat, kostruttiv u fit-tul, kemm ix-xenarju minn issa sal-ħruġ effettiv tal-Gran Brittanja u sew ix-xenarju wara l-ħruġ innifsu tal-Gran Brittanja mill- Unjoni Ewropea. Bħala Malti, ħassejt sens qawwi u konvinċiment b'saħħtu li Joseph Muscat, bit-track record eċċellenti tiegħu fil- qasam ekonomiku u saħħa politika, huwa l-persuna ideali li jagħti s-serħan il-moħħ f 'dan il-perjodu importanti għal Malta u għall-Ewropa. Qatt daqs dan iż- żmien ma ħassejt li l-oqsma ekonomiċi huma, u se jkunu kruċjali u Malta, iktar minn qatt qabel, għandha f 'Joseph Muscat mexxej li l-immaġini tiegħu biss tagħti sens ta' preparazzjoni ekonomika u tmexxija politika b'saħħitha. M'għandi ebda dubju li, frott l-għaqal u l-ħidma tiegħu, Joseph Muscat se jara kif pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem u jkompli jissaħħaħ f 'dawn iż-żminijiet ftit jew wisq ta' prova għall-Ewropa kollha. Nemmen li hu kruċjali li f 'dawn iż-żminijiet, pajjiżna jingħaqad u jiġbed ħabel wieħed għall-ġid tal-ekonomija u s-setturi li ħdimna tant biex jimxu 'l quddiem. Il-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra B'mod immedjat, kif ħarġet l-aħbar, il-ħsibijiet tagħna marru lejn il-ħafna Maltin li jgħixu fl-Ingilterra u partijiet oħra tal-Gran Brittanja. Mill-ewwel intbagħtu sinjali ċari ta' serħan il-moħħ li fl-immedjat, meta lanqas biss se tkun ingħafset l-exit button sa Ottubru li gej mill-inqas, mhu se jinbidel xejn għalihom. S'intendi iktar mhu se jgħaddi ż-żmien, u jibdew jittieħdu d-deċiżjonijiet u l-affarijiet jiġu f 'posthom, sħabna l-Maltin ikunu jistgħu jaraw l-affarijiet tagħhom aħjar u b'iktar attenzjoni. F'kull stadju, sħabna l-Maltin se jaraw Gvern Malti spalla ma' spalla qrib tagħhom biex jismagħhom u jagħti l-attenzjoni li hemm bżonn. David Cameron Ma tistax ma tħossx għal David Cameron, il-bniedem li ħadem tant b'determinazzjoni kontra l-kurrent tal-Partit tieghu stess biex il-Gran Brittanja tibqa' fl-Unjoni Ewropea. David Cameron huwa l-istess bniedem li sejjaħ għal dan ir-referendum wara li kien wiegħdu fil-kampanja tal- elezzjoni ġenerali li għaddiet biex iżomm il-partit tiegħu magħqud fl-aħħar elezzjoni ġenerali li spiċċa rebaħ b'mod konvinċenti. Bla ma trid, taħseb fit-tmiem alternattiv ta' x'kien jiġri kieku flok il-Partit Konservattiv rebaħ il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, imma lkoll nafu li fil-politika l-kieku m'għandhiex post. Jibqa' l-fatt li l-mistoqsija dwar il- futur tal-Gran Brittanja ilha tiġi posposta ż-żmien u f 'kuntest fejn il-Partit Konservattiv għandu saħħa kruċjali fil- Gran Brittanja, xi darba din id-domanda kellha tigi ffaċċjata. Insellem minn qalbi lil David Cameron li fiż-żmien li serva lill-Gran Brittanja kien ħabib ġenwin u sinċier ta' Malta. Michael Gove Waqt li lil David Cameron nafu bħalma jafu kulħadd permezz tax-xena pubblika, lil Lord Chancellor (Ministru tal-Ġustizzja) Michael Gove nafu bħala kollega tiegħi fil-Kunsill Ewropew dwar il-Ġustizzja u, terġa' fiżikament, inkunu bilqiegħda wieħed fejn l-ieħor waqt il-Kunsill. Kont naf ferm iktar lil-Lord Chancellor ta' qablu Chris Grayling li kien veteran fiċ-ċrieki Ewropej u ma kienx jitlef Kunsill wiehed, iċda fiż- żmien li ħdimt ma' Michael sibtu bħala bniedem li għad li għandu riżervi kbar dwar il-proġett tal-Unjoni Ewropea, għandu wkoll simpatija kbira lejn Malta u dak kollu li qed nagħmlu f 'pajjiżna. Michael huwa wkoll bniedem li għandu sens kbir ta' ġustizzja u sibtu preparat ħafna f 'kull fajl li nkunu qed niddiskutu fil-qasam tal-ġustizzja fuq livell Ewropew. S'intendi Michael Gove kien fuq quddiem nett jimbotta biex il-Gran Brittanja toħroġ mill-Unjoni Ewropea. Qiegħed jissemma wkoll li Michael Gove qiegħed fiċ-ċans sewwa li jiġi elett Kap tal-Partit Konservattiv u Prim Ministru. S'intendi qed jissemma wkoll – forsi b'iktar qawwa - l-eks-Sindku ta' Londra Boris Johnson. It-tielet persuna li qed tissemma hija l-Ministru tal- Intern Ingliż Theresa May, persuna ohra li nzertajt ħdimt magħha meta jsiru l-laqgħat tal-Ġustizzja u l-Intern flimkien. Theresa hija persuna li wkoll għandha sens qawwi ta' ġustizzja u dejjem imxiet b'rispett kbir magħna meta ħdimna flimkien. Jien konvint li Brexit u mhux, jilħaq min jilħaq fit-tmun tal-Gran Brittanja, Malta u l-Gran Brittanja se jibqgħu jgawdu relazzjonijiet eċċellenti u tal- aqwa livell fil-qasam tal-koperazzjoni tal-ġustizzja li huwa wieħed delikat u bżonnjuż ħafna. Ir-Renju Unit M'iniex se nidħol fl-ispekulazzjoni jekk ir-Renju Unit huwiex se jibqa' Unit wara dak li ġara nhar il-Ġimgħa li għadda. L-Iskoċċiżi u l-Irlandiżi ta' Fuq qalu mod, waqt li n-nies ta' Wales u tal-Ingilterra qalu l-oppost. Dik hija xi ħaġa interna tar-Renju Unit. Nawgura biss li dan il-perjodu, partikolarment minn issa sa meta jilħaq il-Prim Ministru l-ġdid, jgħaddi b'wiċċ il-ġid. Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Opinjoni 19 OWEN BONNICI Joseph Muscat: kredenzjali ekonomiċi b'saħħithom "Konvint li Brexit u mhux, jilħaq min jilħaq fit-tmun tal- Gran Brittanja, Malta u l-Gran Brittanja se jibqgħu jgawdu relazzjonijiet eċċellenti u tal-aqwa livell"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016