Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Opinjoni 20 'Il-Ġnien tiegħi' Brexit: Vi jew va għall-Britannja Ħ afna huma tal-fehma li x-xjenza mhux biss toffri tweġibiet għal ħafna mistoqsijiet li jqumulna ta' kuljum iżda li dak li tgħid ix-xjenza huwa fatt sagrosant li ma jistax jiġi kkontestat sakemm mhux (forsi) permezz ta' żvilupp xjentifiku aktar avvanzat minn dak li kien hemm s'issa. F'dan is-sens, ħafna jifhmuha li x-xjenza toffri l-għarfien dwar il-ħwejjeġ tad-dinja u mhux sempliċiment impressjoni jew opinjoni dwarhom. Għaldaqstant issib min biex iressaq il-punt u jipprova jikkonvinċi bl-argument tiegħu jikkwota sorsi xjentifiċi bil-premessa li se jkun diffiċli, anzi impossibbli, li dak l-argument jiġi sfidat. Ix- xjenza hija awtomatikament il-quod erat demonstrandum tal-ħsieb li dak li jkun ikun qiegħed iressaq. F'dan ir- rigward jibdew jissemmew studji u sondaġġi, perċentwali u esperimenti, tabelli u numri – fuq kollox numri għax, nemmnu, li hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li sitta u sitta jagħmlu tnax. Din hija waħda mill- attitudnijiet li jidher li qegħdin jittieħdu fil-kwistjoni tal- pillola tal-għada filgħodu. Kemm dawk li huma favur l-aċċess għal din il- pillola, kemm dawk kontra, qegħdin iġibu argumenti xjentifiċi, mediċi f 'dan il-każ, li jippruvaw l-argument tagħhom pro jew contra. Fost l-artikli li qrajt matul il-ġranet kemm ilha li tfaċċat il-kontroversja kien hemm dak tan-newrologu Patrick Pullicino li fih iressaq argument li huwa taħlita ta' xjenza u twemmin Kattoliku, żewġ fenomeni li mhux dejjem wasslu għal żwieġ feliċi. Pullicino jagħmel premessa li l-kontraċettivi użati min-nisa (mhux il- kondom) qegħdin jibdlu lin-nisa u jimplika, permezz ta' referenzi akkademiċi jew kważi li jagħmel, li dawn qegħdin jinbidlu fi rġiel. Fost dawn il-bidliet, il-kontraċettivi jagħmlu lin-nisa iktar għajjurin (preżumilment aktar milli għamlithom in-natura) u jibżgħu inqas (preżumilment inqas milli jibżgħu di natura) u qegħdin jeskludu 'l Alla mill-proċess ta' ħolqien (preżumilment kif mibdi minnu). In-newrologu jirreferi wkoll għal xi studju ta' ċertu Robert Michael mill-Università ta' Stanford li jipprova permezz ta' statistika ("statistically linked") li ħamsa u erbgħin fil-mija taż-żieda fin-numru ta' divorzji fl-Istati Uniti (preżumilment il- verità trid bilfors toħroġ mill- Istati Uniti) huma dovuti għall- użu tal-pillola kontraċettiva. F'dan l-artiklu tissemma wkoll Melanie Phillips, artikolista fuq it-Times tal-Ingilterra, magħrufa għall-fehmiet leminin tagħha li fost l-oħrajn jinkludu ċ-ċaħda li l-bidla fil-klima hija kkawżata mill-bniedem, pożizzjoni antigay u antifemminista u l-premessa li l-politika ta' Obama għandha aġenda Iżlamista. Pullicino jirreferi għal Phillips bil-premessa li l-pillola kontraċettiva timmina l-bijoloġija u allura l-femminilità tal-mara. Artiklu bħal dan jagħmel numru ta' devjazzjonijiet li faċilment ifixklu d-diskussjoni aktar milli jsostnuha. L-ewwel nett Pullicino ma jagħmilx differenza bejn il-pillola kontraċettiva (jiġifieri dik li mara tieħu biex ma tinqabadx tqila) u l-pillola tal-għada filgħodu. It-tieni, is-sorsi li jirreferi għalihom, filwaqt li mhumiex identifikati, għandhom kwalitajiet politiċi li jpoġġuhom f 'kuntest partikolari u allura żgur mhux newtrali kif ħafna drabi d-diskors xjentifiku jippoża li jkun. Il-punt l-ieħor li jintrigani huwa kif kemm l-artiklu ta' Pullicino kif ukoll id-diskors maħluq mill-kamp li jopponi l-kontraċettiv, jidentifika lill- mara bħala problema. Dan ma jidhirx biss fil-pożizzjoni li tiskansa l-kontraċettiv użat mir-raġel minn 'problemi' u devjazzjonijiet bijoloġiċi, imma wkoll fil-ħsieb li jħares lejn il-mara, l-ewwel u qabel kollox, bħala ġisem li jilqa' ġo fih l-isperma, jiffekonda, iżomm u finalment jiled l-ulied. Fl-2016 għad hawn numru ta' nies, inkluż akkademiċi u xjentisti, li jħarsu lejn il-mara bħala reċipjent, magna li tixħtilha l-fuel biex tipproduċi u taħdem. L-idea li s-sess huwa primarjament mezz għall- prokreazzjoni tiġi mgiddba mhux mill-bniedem modern tas-seklu wieħed u għoxrin imma mill-bniedem ta' kulturi antikissimi. Kulma wieħed irid jagħmel biex jara kemm huwa l-gost fiżiku l-funzjoni primarja tas-sess huwa li jħares lejn id-disinni, l-iskulturi u l-letteraturi ta' ċiviltajiet antiki li ppreċedew lil dawk moderni u kontemporanji biex appuntu juru dan. Biżżejjed wieħed jaqra l-istqarrijiet erotiċi tal-maħbubin fl-Għanja tal-Għanjiet biex jara kemm il-ġibda sesswali hija impuls primarju fil-bniedem li għad hawn min jibża' minnu. Kuntrarju għall-annimali – jew aħjar għal ħafna annimali għax lanqas l-annimali kollha mhuma hekk – il-bniedem għandu ħtieġa sesswali li tmur lil hinn, u lil hinn sew, mid- dmir għall-prokreazzjoni. Il-gwerra kontra l-gost, imbagħad, tiħrax fil-konfront mal-mara. Il-mara kienu u għadhom jgħidulna xi wħud, m'għandha ebda dritt għax- xewqa u għall-gost. Il-gost minnu nnifsu huwa dnub u l-gost tal-mara huwa dnub li jisboq id-dnubiet l-oħra kollha. Il-battalja kontra l-pillola tal-għada filgħodu, fl-aħħar mill-aħħar, mhijiex battalja kontra l-qtil tat-trabi iżda tentattiv antik biex titrażżan il-mara. Minkejja d-diskors fuq il-femminilità u l-bijoloġija femminili, l-argumenti kontra l-pillola tal-għada filgħodu dejjem se jwasslu għal qagħda li trid tliġġem u tissupera l-istess bijoloġija femminili li jsir tant tpaċpiċ irħis dwarha. Din hija battalja biex l-Għarusa fil-Kotba Mqaddsa ma tibqax tgħid lir-riħ: "onfoħ fuq il-ġnien tiegħi, ħalli s-siġar tal-balzmu tiegħu jqattru!" (Għanjiet 4:16). IMMANUEL MIFSUD "Fl-2016 għad hawn numru ta' nies, inkluż akkademiċi u xjentisti, li jħarsu lejn il-mara bħala reċipjent, magna li tixħtilha l-fuel biex tipproduċi u taħdem" "Il-battalja kontra l-pillola tal-għada filgħodu, fl- aħħar mill-aħħar, mhijiex battalja kontra l-qtil tat-trabi iżda tentattiv antik biex titrażżan il- mara"