Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 31 Plejers tal-Italja mmexxija mill- captain leġġendarju Giacinto Facchetti jiċċelebraw wara li Kampjonati Ewropej tal- 1980 Organizzaturi: Italja Rebbieħa: Ġermanja tal- Punent Is-sitt edizzjoni tal- Kampjonati Ewropej ħaditna lura fl-Italja, hekk kif il-peniżola Taljana saret l-ewwel pajjiż li organizzat dan it-turnew għat-tieni darba fl-istorja tagħha. Iżda għall- kuntrarju tal-1968, l-Italja ma rnexxilhiex tispiċċa rebbieħa hekk kif kellha tikkuntenta biss bit-tielet post. Għall-ewwel darba fl- istorja ta' dan it-turnew, tmien timijiet ikkontestaw din it-tazza u barra minn hekk, kienet l-ewwel darba fejn l-organizzaturi tat-turnew ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali, għall-kuntrarju tal- edizzjonijiet preċedenti. Tibdila oħra kienet dik tal-format tat-turnew. Żewġ gruppi b'erba' timijiet kull wieħed, bl-ewwel tnejn jgħaddu direttament għall-finali filwaqt li ż-żewġ runners- up ikkontestaw il-partita tat-tielet u r-raba' post. Format li ma tantx ħalla l-impatt mixtieq u nfatti, mill-edizzjoni ta' wara, il-proċedura tat-turnew inbidlet. Sfortunatament, dan it-turnew ma kienx wieħed ta' suċċess lanqas mil-lat loġistiku, hekk kif l-attendenzi tat- telespettaturi kien baxx ħafna għajr għall-partiti tal-'Azzurri'. Waħda mir-raġunijiet kienet minħabba l-fatt li t-timijiet kienu qegħdin jilagħbu difensiv ħafna, sa ċertu punt simili għall-partiti li rajna fl-ewwel ħarġiet tal- UEFA Euro 2016. Simili għall-edizzjoni ta' dan is-sajf, kien hemm problema relatata mal- ġlied barra l-grawnds bil-protagonisti jkunu sapporters mill-Ingilterra u l-Belgju, fl-okkażjoni tad-draw ta' 1-1 fl-ewwel ħarġa tagħhom fil-fażi finali. Ir-rebbieħa ta' din l-edizzjoni kienu l-Ġermanja tal-Punent, fejn bi plejers bħal Bernd Schuster, Karl Heinz Rummenigge u Horst Hrubesch kienu f 'livell ieħor f 'dan it- turnew. Madankollu, kien hemm forza oħra f 'dan it-turnew: il-Belġju, li kienu l-finalisti telliefa f 'dak is-sajf. L-istilla tat- tim ma kien ħadd ħlief Jan Ceulemans li ħa fuq spallejh ir-responsabbiltà tat-tim sabiex jasal għall- ewwel trijonf tiegħu - trijonf li iżda ma wasalx għaliex fil-finali raw lill-avversarji Ġermaniżi jirbħu dan it-trofew b'gowl minn Hrubesch żewġ minuti mit-tmiem tal- konfront. Ir-rebbieħa kellhom triq pjuttost faċli sal- finali, hekk kif fil-grupp huma rreġġistraw żewġ rebħiet fuq l-Olanda u ċ-Ċekoslovakkja, mentri fl-aħħar partita tagħhom spiċċawf 'parità ta' 0-0. Min-naħa l-oħra, il-Belġju għaddew għall-finali b'rebħa u żewġ draws, bl- unika rebħa tasal kontra Spanja, rebħa li għenithom jgħaddu minn fuq l-Italja grazzi għad-differenza tal- gowls. Intant, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għal din l-edizzjoni, Malta kienet fi Grupp 7, fejn fost ir-riżultati li ġabet, kien hemm minnhom pożittivi ħafna u oħrajn ftit inqas. Pajjiżna taħt il-gwida ta' Victor Scerri rnexxielu jirreġistra riżultat prestiġjuż ħafna. Fil-25 ta' Frar tal-1979, Malta spiċċat f 'parità ta' 0-0 kontra l-Ġermanja tal-Punent, quddiem attendenza ta' kważi 10,000 persuna ġewwa l-Gżira. Ftit ġranet wara, Malta kienet marret tilgħab kontra t-Turkija quddiem attendenza ta' 40,000 persuna, u ħarġet telliefa bl-iskor ta' 2-1 biss, minkejja li t-Turkija kienet qiegħda tħabbatha mal-Ġermanja sabiex tikkwalifika bl- ewwel post. Il-gowl Malti f 'dak il-konfront kien ġie skurjat minn Ernest Spiteri Gonzi, li kien ġab id-draw momentarju qabel il-Maltin spiċċaw fuq in- naħa telliefa. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Dino Zoff (Italja) Difensuri: Claudio Gentile (Italja), Gaetano Scirea (Italja), Karl-Heinz Forster (Ġermanja tal- Punent) u Hans-Pieter Briegel (Ġermanja tal- Punent) Midfielders: Marco Tardelli (Italja), Jan Ceulemans (Belġju), Bernd Schuster (Ġermanja tal- Punent) u Hansi Müller (Ġermanja tal-Punent) Attakkanti: Karl-Heinz Rummenigge (Ġermanja tal-Punent) u Horst Hrubesch (Ġermanja tal- Punent) Kampjonati Ewropej tal- 1984 Organizzaturi: Franza Rebbieħa: Franza Għadna biss fis-seba' edizzjoni ta' dan it- turnew, u diġà qegħdin nassistu għal tibdila oħra fil-proċedura ta' dan it-turnew. Din id-darba, it-tibdila kkonċernat il-passaġġ lejn il-finali, għaliex għall-kuntrarju tal-edizzjoni preċedenti, din id-darba kien hemm żewġ logħbiet tas-semifinali, jiġifieri ż-żewġ runners-up tal- grupp jibqgħu biċ-ċans li jittamaw għall-post fil-finalissima. Apparti din it-tibdila, minn din l-edizzjoni ma baqgħetx tintlagħab il-partita għat-tielet u r-raba' post, meqjusa bħala waħda 'żejda' għal turnew ta' dan il-livell. Fl-1960, Franza ma rnexxilhiex tittrijonfa f 'darha fl-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, iżda din id-darba, mmexxija anke minn ċertu Michel Platini li fi spazju ta' ftit logħbiet, irnexxielu jiskorja disa' gowls, rekord li għadu jreġġi sal-lum, irnexxielha tirbaħ l-ewwel Kampjonat Ewropew fl- istorja tagħha. Fil-finali li kienet intlagħbet fil-Parc Des Princes, Franza għelbet lit-tim ta' Spanja bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls jaslu minn Michel Platini u Bruno Bellone, biex niżżlu isimhom bħala rebbieħa għall-ewwel darba fl-istorja ta' dawn il-kampjonati. Interessanti huwa l-fatt, li l-gowl ta' Bellone kien l-uniku gowl mill-14 skurjati minn Franza li ġie rrealizzat minn attakkant. Dan jindika kemm it-tim ta' Franza kien jilgħab b'mod kollettiv u mingħajr punt ta' referenza, iżda fl-istess ħin jitfa' d-dawl fuq it- talent ta' Michel Platini, li minn dawk l-14-il gowl, huwa kien niżżel ismu f 'disgħa minnhom. Madankollu, fis- semifinali, it-tim nazzjonali Franċiż kien sab għadma iebsa hekk kif kellu bżonn tal-ħin barrani sabiex jegħleb l-isfida tal-Portugall bl-iskor ta' 3-2. Anke Spanja sabu avversarju iebes fid-Danimarka, fejn irnexxielhom jaċċertaw minn post fil-finali kontra l-organizzaturi wara l-għoti tal-penaltis, fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 5-4. Ta' min isemmi iżda, li Spanja rnexxielhom jaslu sal-finali anke bis-saħħa tal-famuża rebħa ta' 12-1 fuq Malta lura fil-21 ta' Dicembru tal-1983, f 'dik li hija meqjusa bħala waħda mill-iżjed paġni mudlama u kontroversjali tan-nazzjonal Malti. Però, għall-kuntrarju ta' dak il-kapitlu negattiv, nistgħu nsemmu t-telfa rispettabbli kontra l-istess Spanja ġewwa darna, bl- iskor ta' 2-3, it-telfa kontra r-Repubblika Irlandiża bl-iskor ta' 0-1, b'gowl li wasal fid-89 minuta, iżda fuq kollox ir-rebħa fl-ewwel ħarġa tagħna fil-grupp kontra l-Iżlanda, bl-iskor ta' 2-1. Din il-partita kienet intlagħbet ġewwa Sqallija, propju fil-grawnd ta' Messina quddiem attendenza ta' mhux iżjed minn 2,000 ruħ. Dakinhar kienu niżżlu isimhom bħala skorers Ernest Spiteri Gonzi u Emanuel Fabri qabel ma Marteinn Gersson kien naqqas id- distakk għall-Iżlandiżi. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Harald Schumacher (Ġermanja tal-Punent) Difensuri: Joao Pinto (Portugall), Karl-Heinz Forster (Ġermanja tal- Punent), Morten Olsen (Danimarka) u Andreas Brehme (Ġermanja tal- Punent) Midfielders: Fernando Chalana (Portugall), Alan Giresse (Franza), Jean Tigana (Franza), Frank Arnesen (Danimarka) u Michel Platini (Franza) Attakkanti: Rudi Voller (Ġermanja tal-Punent) Tkompli l-ġimgħa d-dieħla... Plejers tal-Ġermanja tal-Punent ji rħu wara r-rebħ tal-Kampjonati Ewropej -1980 Plejers ta' Franza ji rħu wara r-rebħ tal-Kampjonati Ewropej -1984

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016