Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
NEWSPAPER POST Nr 508 • 10 ta' Lulju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva ma' Steve D'Amato Ara paġni 34 u 35 Baħar bnazzi għall- Gozo Channel minn John Busuttil IX-XITWA li għaddiet kienet l-ewwel waħda li fiha l-kumpanija Gozo Channel għamlet qligħ. Fil-fatt, il- kumpanija rreġistrat qligħ ta' €395,000 fil-perjodu ta' bejn Jannar u Mejju, b'kuntrast qawwi mat-telf ta' €1.7 miljun li kienet qed tagħmel fl-istess perjodu sa' tliet snin ilu. Fl-istess perjodu ta' żmien saru 8,682 vjaġġ li jimmarka żieda qawwija ta' 727 vjaġġ mis-sena l-oħra u żieda ta' 968 vjaġġ minn tliet snin ilu. Dan jiżvelah iċ-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina li f 'kummenti mal-ILLUM jispjega wkoll kif bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex il-biljetti jibdew jinqatgħu miċ-Ċirkewwa, minflok minn Għawdex. Huwa jiċħad rapporti fuq sezzjoni tal-midja dwar ordnijiet ta' leave sfurzat u jispjega kif il-kumpanija talbet biss li jittieħdu sigħat twal ta' leave li kienu ilhom jakkumulaw. Cordina jgħid li kien hemm ħaddiema b'saħansitra 200 siegħa leave akkumulati. Ara paġni 14 u 15 Mhux ta' jdejna Il-PN 'jaħsel idejh' mill-morning after pill – Simon ma jgħidx hux favur jew kontra minn Albert Gauci Cunningham MITLUB minn din il-gazzetta għall- pożizzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dwar jekk il-morning after pill għandhiex tkun aċċessibbli għan-nisa jew le f 'pajjiżna, il-PN ma tax tweġiba diretta. Minflok, il- PN tefa' r-responsabbiltà fuq "l-awtoritajiet tal-Gvern." Fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja bħalissa u fid-dawl tad- dikjarazzjonijiet tal- Prim Ministru Joseph Muscat li ma jsib ebda problema li l-istess pillola tinbiegħ fis-suq, l-ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Partit Nazzjonalista. Din il-gazzetta staqsiet jekk il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għandux opinjoni fuq din il- kwistjoni u jekk iva, din l-opinjoni x'inhi. Minkejja dan, bqajna mingħajr tweġiba diretta, anke jekk kelliem tal-PN qalilna li l-Partit iħoss li din mhux kwistjoni tal-politiċi u li jeħtieġ ikunu "l-awtoritajiet tal-Gvern li jiddeterminaw dan il-prodott jistax jinbiegħ Malta jew le." Mal-ILLUM, il-PN ikompli jgħid li "l-liċenzjar tal-morning after pill f 'Malta m'għandux jiġi determinat mill-politiku imma mill-awtoritajiet kompetenti." Fil-fatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern permezz ta' Anthony Serracino Inglott bħala chairman tal-Awtorità tal-Mediċini, diġà qalu li f 'Malta hawn pillola aċċessibbli u għall-bejgħ mill- ħwienet, li għandha eżatt l-istess effett tal-morning after pill u li għalhekk, l-oppożizzjoni għall- pillola hija inutli. Minkejja li x'jaħseb il-Kap tal-PN ma nafux eżatt, numru ta' deputati nisa mill-istess partit ma ddejjqu xejn jesprimu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni ta' din il-pillola mal-ILLUM. Tkompli f 'paġna 4 'Għad fadlilna futur quddiemna' Żewġ nisa jitkellmu dwar il-ħajja wara l-kanċer Ara paġni 8 u 9 84% sodisfatti bis-servizz taċ-childcare b'xejn Ara paġni 10 u 11