Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Intervista 12 'Inqis lili nnifsi bħala mejda tal-qubbajt I t-tabib tal-familja Godfrey Farrugia, barra li hu politiku, whip u sieħeb Marlene Farrugia hu dilettant kbir tal-festi fejn iqis ruħu bħala, "mejda tal-qubbajd, 'Iż- Żebbuġi hawn'," għax f 'ħajtu dar il-festi kollha anke dawk żgħar li jiġu ċċelebrati minn kappelli li jissejħu bħala festi filjarji. Qed jaħdem qatigħ biex il-festi Maltin jkunu l-unur ta' wirt dinji intanġibbli tal-UNESCO, għax huma dawn il-festi li jagħmluna uniċi fid- dinja. "Għax il-festa Maltija għandha karatteristiċi li mhux biss jiddistingwuna minn ħaddieħor iżda wkoll hi marbuta mal-identità tagħna. Nazzjon jintagħraf minn ieħor permezz tal-lingwa, kultura u l-ġens tiegħu. Lingwa għandna l-ilsien Malti, u meta tiġi għall-kultura mill- ewwel tiġi quddiemek il-festa. Dejjem xtaqt li l-festa Maltija napplikaw għaliha biex tkun wirt intanġibbli tal- UNESCO. Il-Ħindu u l-Musulmani għandhom il-festi tagħhom bħala wirt dinji, għaliex tagħna l-Maltin m'għandhomx ikunu magħrufa b'dak il-mod ukoll?," saħaq Farrugia. "Sena u nofs ilu kien twaqqaf kumitat u ħejjejna rapport għal UNESCO li ngħata lill-Ministru tal-Kultura u qiegħed f 'idejh biex janalizzah. Ix-xogħol irid isir minn tliet ministeri: tal-Kultura, Edukazzjoni u tal-Affarijiet Barranin permezz tal-ambaxxatur tal- UNESCO, Monsinjur Gauci. Sar- Rebbiegħa tas-sena d-dieħla tkun lesta l-applikazzjoni u nemmen u nixtieq li sa tmiem il-leġislazzjoni jew fil-bidu ta' li jmiss, il-festi tagħna jkunu parti mill-wirt dinji tal- UNESCO flimkien mal-ilsien Malti." Iżda kif bdiet din l-imħabba lejn il-festi? "L-ewwel esperjenza tiegħi fil-festi, niftakar kont ċkejken ħafna, u mort ma' missieri li ried imur jara kif sejjer l-andament tan-nar tal-festa ta' San Filep, Ħaż-Żebbuġ. Ħadni l-għalqa u ħallieni ma' ħabib tiegħu wara ħajt tas-sejjieħ u jien bdejt narahom jaħarqu l-kaxxa infernali bejn ix-xquq tal-ħajt tas-sejjieħ u nipprova nixxabbat biex nara aħjar. Il-festa għalija hi parti mill- formazzjoni tiegħi bħala żagħżugħ għax trawwimt fil-festi. Il-festa hi dak kollu li tagħmilna Maltin. Tant hu hekk li anke l-emigranti Maltin tagħna ħadu l-festa tal-irħula tagħhom f 'pajjiżi u komunitajiet li emigraw fihom. Il-festa għandha tliet dimensjonijiet: dik reliġjuża, dik kulturali u dik soċjali. Għandek ċelebrazzjoni fejn il-komunità qed tiċċelebra l-patrun/a tagħha, iżda fl-istess waqt, il-komunità qed tiċċelebra lilha nnifisha. Għalhekk, il-festa mhix tal-Knisja biss iżda tal-lokalità wkoll. Il-festa hi tan-nies. Huwa veru li hemm l-armar, il-knisja sabiħa, il-baned u n-nar, iżda huma n-nies li jagħmlu l-festa. Il-festa tressaq lura lejn ir-raħal lil dawk li jkunu marru joqogħdu barra r-raħal u anke dawk li jkunu marru jgħixu barra minn xtutna." It-tabib Farrugia qalilna wkoll li fil- jum tal-festa huma l-ħafna li jistiednu lill-ħbieb tagħhom għall-ikla tal- festa u hi ġimgħa fejn il-poplu kollu tal-komunità jisoċjalizza flimkien. "Huwa dan li jagħmel il-festa Maltija differenti minn festi oħra barra x-xtut tagħna. Il-festi f 'Malta mhux bħal dawk Sqallin li jiġu organizzati mis- sindku, iżda hawn għandek gruppi tal-armar, nar, baned, fratellanzi u Knisja li joffru l-ħin tagħhom u jibdew jaħdmu għall-festa eżatt ġimgħa wara li tgħaddi l-festa. U l-flus iġibuhom bil-ġbir u attivitajiet soċjali matul is-sena u anke jieħdu imbuttattura minn diversi fondi bħal 'good causes funds' u anke mill- Unjoni Ewropea." L-istorja tal-festa u l-bidu tagħha għal Godfrey hi xi ħaġa li jirrakuntaha b'mod ferventi u b'entużjasmu kbir. L-istorja tal-Festa: Minn saħħa għal iktar saħħa "Il-Festa aħna naqsmuha f 'żewġ kapitli. Il-festa interna u dik esterna. Il-Festa hi barrokka. L-oriġini tal-festa bdiet meta l-Knisja bdiet tiċċelebra l-festa tal-patrun li hi stess tkun iddedikata għalih, imbagħad mill-artali tal-ġnub ħarġu l-festi sekondarji. Fi żmien il-kavallieri li kienu magħrufa għall-pompa tagħhom, il-festa kibret u ngħatat aktar pompożità. Il-purċissjoni kienet tkun akkumpanjata bil-baned ċkejkna bil-fifri u t-tnabar. Bis-saħħa tal-militar Ingliż li daħal fil-bidu tas-seklu 19, il-baned bdew jikbru. Fil-fatt jien ġej minn każin li skont kif hemm dokumentat għandu l-ewwel banda f 'Malta. Jiġifieri l-aktar banda antika għax baqgħet bl-istess isem mill-1851. Fl-istess waqt, il-baned daħlu f 'era politika ta' dak iż-żmien fejn hemm baned li taw l-isem lil ċerti rejiet, oħrajn lil xi qaddis partikolari u hemm min kellu konnozzjoni politika tagħhom. "Anke l-liġi tan-nar bdiet fl-1921 u din saret wara li fl-1904 kien tar il-każin ta' Ħal Balzan fejn kienu jaħdmu n-nar fil-każin stess u wara kien tar razzett fiż-Żejtun, u b'hekk beda jkun hemm kmamar tan-nar bil-liċenzja." L-armar: il-libsa tal-festa Godfrey Farrugia kien il-persuna li waqqaf l-għaqda tal-armar tal-festi fit-toroq u għalhekk huwa espert anke fl-armar. "L-armar hi l-libsa tal-festa. Fiż-żmien it-tletinijiet kien hemm il-kwistjoni bejn l-armar tal- festi titulari u dawk sekondarji, fejn il-festi sekondarji bdew jingħataw inqas dritta li jarmaw mhux biss fil-knisja iżda anke fit-toroq ta' barra. Fis-sebgħinijiet, bis-saħħa tal-każini tal-festi sekondarji, bil- każin ta' Lourdes tal-Qrendi fuq quddiem kienu pprotestaw ħafna u rnexxielhom iġibuha żewġ bl- għajnuna tad-deputat Prim Ministru Ġużè Cassar li tant kien iħobb lil dan il-każin li ħalla d-dar tiegħu stess biex issir każin. "Fis-seklu 20, issaħħet ħafna il-banda Maltija li qed tħalli teżor kbir ta' mużika minn surmasti Maltin li fiha hemm l-istil tagħna l-Maltin. Anke l-mużika tal-Knisja hi komposta minn Maltin li għandna biex niftaħru sew biha." Il-festa interna Godfrey irrakunta wkoll kif taħdem il-festa interna li tibda mill-ħruġ tal-istatwa min-niċċa sad-dħul tiegħu lura fin-niċċa. Fl-ambitu ta' dik il- ġimgħa hemm it-tridijiet li jwassal il-ħajja tal-qaddis biex il-fidili jimxu fuq il-passi ta' ħajtu. Is-Sibt ikun hemm it-translazzjoni u l-Ħadd, il- purċissjoni. Il-Knisja f 'din il-ġimgħa tintrama' bl-isbaħ mod fejn toħroġ it- teżori kollha u tiżżejjen bid-damask. Minkejja dan, għad hawn fejn għall-festa sekondarja, il-Knisja ma tgħixx u tintrema bħat-titolari, "u din għandha tinbidel avolja jien ġej minn festa tat-titular." Hawn Godfrey semma kif Ħal Qormi inqasam b'żewġ titulari fejn qalilna li dak li hu l-każin ta' San Bastjan, qabel kien ta' San Ġorġ. "Dan li jagħmel sabiħ fil-festa Maltija, għaliex dejjem tevolvi u tikber." It-tabib Farrugia b'entużjasmu kbir beda jkellimna fuq il-festa esterna, fejn qalilna li fi żmien il-Kavallieri, il-purċissjoni kienet toħroġ bil- relikwa u mhux bl-istatwa. Qalilna wkoll li t-toroq minn fejn tgħaddi l-purċissjoni tiġi mżejna u armata bl-aqwa armar. "Fi żmien il-festa, anke d-djar fl-irħula jżejnuhom bil- fustuni, bl-istatwa tal-qaddis patrun, ibajdu d-djar għal dik il-ġimgħa tal-festa, jarmaw l-arbli fuq il-bjut mixgħulha bil-kulur tal-festa u fuq, ipoġġu l-bandiera tperper xbiha tal- qaddis nnifsu, minbarra li l-persjani li jkunu magħluqa matul is-sena kollha, jinfetħu f 'dik il-ġimgħa u anke jħallu l-bieb fuq l-antiporta biex jilqa' lill-ħbieb li jiltaqa' magħhom matul il-festa. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt L-aħmar hu tat- titulari, il-blu tas-sekondarja u l-aħdar meta jkun hemm żewġ festi titulari " " Fejn jidħol in-nar tal-art, ħadd ma jħabbatha magħna ħlief il-Messiku " " Godfrey Farrugia jiċċelebra fil-festa ta' San Filep

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016