Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

200 ġurnata leave u aħna tlabniehom li joħduhom ħalli ma ntellfuhomlhomx, iżda dan mhux 'forced leave'. Sadanittant, biex ix-xogħol jibqa' għaddej qabbadna kuntrattur biex iħaddem għaxar ħaddiema hu biex jorbtu l-vapur sa ma jidħlu lura l-oħrajn." Iċ-chairman qal ukoll li jrid li l-kumpanija ddaħħal kunċett li jkun hemm flessibbiltà fil-ħaddiema biex il-kumpanija tkompli miexja 'l quddiem. Anke dwar il-kaptana li mal-lejl qed ikollhom erba' sigħat li fihom jibqgħu fuq il- vapur mingħajr vjaġġi, qalilna li dawn ikollhom diversi rapporti x'jiktbu u dan hu l-ħin adattat biex jiktbu r-rapporti li jkun hemm bżonn u jduru dawra l-vapur għall-manutenzjoni neċessarja. Dan l-aħħar, wieħed seta' jinnota wċuħ ġodda fost dawk li jaqtgħu l-biljetti għal min jivjaġġa bil- karozzi. "Ħriġna sejħiet interni, u kien hemm minn dawk li kienu jaħdmu fil-kafetterija li applikaw biex jaqtgħu l-biljetti. Ma kien hemm bżonn l-ebda kwalifika, u dawn huma diġà mdorrijin mal-konsumatur. Aħna żidna n-nies u mhux neħħejna lil min kien hemm, biex b'hekk inlaħħqu iżjed u nagħtu servizz aħjar." Cordina qalilna wkoll li l-kaffetterija ngħatat lill- kuntrattur biex iħaddem in-nies iżda l-qligħ tal- kafetterija hu tal-Gozo Channel. "Il-kuntrattur jieħu ħsieb in-nies biss. Għandna tliet kuntrattturi jaħdmu mal-Gozo Channel li t-tlieta li huma, huma Maltin għax Għawdxin ma kienx hawn li jagħtu dan is- servizz, iżda dawn iħaddmu ħaddiema Għawdxin." Staqsejnieh jekk hux minnu li l-vapuri mhux qed jingħataw il- manutenzjoni. Filwaqt li ħares lejja b'mod kemxejn sarkastiku qalli, "taħseb li dawk il-vjaġġi kollha tista' taħdimhom b'vapuri mingħajr manutenzjoni? Bqajna nagħtuhom l-istess manutenzjoni bl-istess skeda li kienet tintuża dejjem. Ħallejna l-istess skeda għaddejja." Cordina ma jaqbilx mal-iskeda ta' filgħodu tas-sajf fejn jkun hemm erba' vapuri mill-Imġarr u tlieta miċ-Ċirkewwa bejn is-6 ta' filgħodu u s-7.30 am, li minflok kull tliet kwarti, jitilqu kull nofs siegħa. Fil-fatt dawn qatt ma jżommu l-ħin għax ma jlaħħqux jagħmlu l-vjaġġ, jitbattlu mill-passiġġiera, u jgħabbi f 'nofs siegħa. "Xbajt nipprova nwaqqaf dawn il-ħinijiet għax hi impossibbli li tlaħħaq vjaġġ f 'nofs siegħa. Dan qed jitfa' pressjoni kbira fuq l-istaff li jridu jgħaġġlu biex in-nies ma jgergrux. U dan għad iwassal għal xi diżgrazzja bħalma ġara ftit tal-ġranet ilu, meta minħabba l-għaġla żejda, ir-rampa ma niżlitx sew u nirringrazjaw 'l Alla li ma saritx diżgrazzja. Irrid li dan it-tferfix jispiċċa, għax biex vapur jagħmilha minn naħa għal oħra, jrid tliet kwarti bilfors." Xi ħaġa li ddejjaq ħafna lil dawk li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer hu l-fatt li l-'martial areas' fejn jistennew il- karozzi ma fihomx kenn, u fis-sajf, in-nies jinkaljaw ruħhom waqt li jkunu qed jistenned. "Qed naħdmu dwarha," wieġeb Cordina, "fil-fatt qed naraw biex nieħdu finanzjament forsi anke mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu tined miksijin bil-pannelli solari." Dan l-aħħar deher ritratt fuq blog partikolari fejn intqal li l-membru parlamentari Nazzjonalista, Chris Said ma telax fuq ir-rampa u stenna biex joqgħod isfel wara li mtliet ir-rampa. Staqsejnieh jekk din hix prassi li ssir minn membri parlamentari. Cordina qalilna li l-membri parlamentari għandhom prijorità li jaqbżu l-kju, "iżda jekk jitilgħux fuq ir- rampa jew le hi prerogattiva tal-kaptan jew l-first officer. Hu l-kaptan li jikkmanda l-vapur u d-deċiżjonijiet hu jeħodhom. Jien qatt ma ndħalt u m'iniex se nindaħal fid-deċiżjonijiet u r-raġuni għad-deċiżjonijiet tiegħu." Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum Għawdex 15 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA "L-impjieg ta' Teddy Bajada kien l-aqwa investiment li għamlet il- kumpanija" "Mijiet ta' turisti qed jaqsmu lejn Għawdex b'xejn u jmorru lura b'dgħajjes oħra lejn Malta bl-iskuża li jgħadduhom Kemmuna" Il-Gozo Channel għamel 968 vjaġġ iktar din ix-Xitwa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016