Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
illum | Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Ittri 20 L-istorja vera tat-titular ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid ta' Ġanni Bonnici P.Bonnici KIEN il-21 ta' Lulju tal- 1993 meta Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħareġ il-permess biex issir statwa titulari ta' Kristu Re għall- parroċċa ta' Raħal Ġdid. Il-Kappillan ta' dak iż-żmien Dun Anton Cassar għamel rikors biex issir l-istatwa skont id-digriet li kien ingħata mill-Kurja. Bejn is- sena 1995 u tul is-sena 1996, sitt artisti Maltin u barranin ġew mitluba biex jagħmlu disinn dwar l-istatwa skont prinċipji gwida li kienu ġew formulati mill-parroċċa. Id-disinni tagħhom ġew studjati iżda ma nstabx li kienu jissodisfaw il-prinċipji gwida li kienu mitluba minnhom. Għalhekk, fl-1997 ġie kkuntattjat l-iskultur Ġanni Bonnici biex jagħmel abbozz u jekk jingħoġob, jiġi skolpit fl-injam barra minn Malta. Meta kien lest l-abbozz, intwera l-ewwel lill-Kunsill tal-Parroċċa. Imbagħad, f 'Marzu tal-istess sena, l-abbozz intwera wkoll lin-nies tal-Parroċċa fis-sala parrokkjali u dawn esprimew l-approvazzjoni tagħhom permezz ta' kwestjonarju li wieġbu għalih dak il-ħin stess bil-miktub. L-abbozz ingħoġob. Ġie preżentat rikors mill-kappillan il-ġdid Dun Noel Vassallo biex jiġi approvat mill-Kummissjoni Arti Sagra tad-Djoċesi. Din il-Kummissjoni approvat l-abbozz fis-7 ta' Lulju 1998. L-abbozz sar kbir tal-fibre glass, (il-mudell tal-fibre glass żammitu l-parroċċa), fejn intbagħat Ortisei l-Italia fis-26 ta' Marzu 1999 u ġie skolpit fl-injam (fuq kopja ta' dak li għamel l-iskultur Bonnici) mill-iskultur Matteo Insam. L-iskultur Bonnici kien mar Ortisei biex isegwi x-xogħol. L-istatwa u l-abbozz il-kbir waslu Malta fid-19 ta' Ottubru 1999. Ġiet imbierka fis-16 ta' Novembru 1999, b'entużjazmu u ferħ kbir mill-folol Pawlisti. Il-Knisja ma kellhiex il-ħsieb li lil Kristu Re tippreżentah b'ilbies ta' xi monarka Ewropew, bi stil Barokk. L-istatwa riedet tirrappreżenta lill-Ġesù fiż- żmien wara li għeleb il-mewt u qabel ma tela' s-sema. Dan it-tagħrif hu meħud mill-fuljett li l-Parroċċa Kristu Re ħarġet fis-16 ta' Novembru 1999 li jismu 'Il- Wasla tal-Vara Titulari'. Huwa ċar li l-istatwa titulari ta' Kristu Re magħmula minn Ġanni Bonnici kienet saret bl-approvazzjoni tal-Kurja u skont il-linji gwida li kienet imponiet l-istess Knisja, għalhekk l-istatwa ta' Ġanni Bonnici ma ħadet post ebda statwa oħra, imma kienet dik ikkummissjonata u approvata mill-Parroċċa stess. L-istess statwa giet approvata wkoll mill-Kummissjoni tal-Arti Sagra tad-Djoċesi, kuntrarjament għal dik li issa se tieħu post l-istatwa ta' Ġanni Bonnici. Mhux minnu li l-istatwa ta' Ganni Bonnici ma ġietx milqugħa tajjeb mill-Pawlisti meta saret titular, u dana kif jirriżulta mit-tagħrif li jinsab fil-librett maħruġ mill-istess parroċċa. L-istatwa ta' Ġanni Bonnici kienet ġiet approvata mill-Kurja kif xtaqtet hi u kienet tirrappreżenta lil Kristu Re, 'Maestuż fis-sempliċità' u mhux liebes ta' monarka Ewropew ta' żmienna, kif issa l-Kurja donnha tridu, u dana kontra l-ispirtu u t-tagħlim tal-Papa preżenti. Fl-aħħar nett, jidher li l-Kurja u l-Knisja issa bdew prattika ġdida ta' bdil ta' statwi, għax ma jingħoġbux, u lesti li jwarrbu statwa artistika u niċċa li sew eluf kbar ta' Liri Maltin minn flus il-parruċċani biex jitfgħuha f 'maħżen, u dan sabiex jakkomodaw lil xi ħadd li ilu jistinka biex l-istatwa tal- każin issir it-titular minflok ta' Ġanni Bonnici. L-istatwa tneħħiet fis-17 ta' April 2016 mill-Mons. Arcisqof Charles J. Scicluna bl-iskuża biex jingħaqad il- poplu ta' Raħal il-Ġdid. L-iskultur Ġanni Bonnici jaħdem fuq l-istatwa ta' Kristu Re L-istatwa titulari ta' Kristu Re maħduma minn Ġanni Bonnici Iċ-Ċittadella – saret biċċa xogħol bil-għaqal! Kav Joe M Attard, Victoria Għawdex DAWN il-jiem mort inżur iċ-Ċittadella fil-belt Victoria wara x-xogħol kbir ta' restawr professjonali li kien ilu sejjer is-snin bil-għajnuna ta' fondi li l-Gvern ġab mill-Ewropa; (imbagħad tisma' li r-Renju Unit ħareġ minn dan is-suq ta' tant miljuni ta' nies! Mur ifhem id-dinja!) Huwa mertu taż-żewġ Gvernijiet, kemm dak tal-PN kif ukoll dak tal-Labour li issa ċ-Ċittadella tinsab fi stat tant tajjeb. Għalkemm ma kontx mistieden għall- Inawgurazzjoni li saret mill-Prim Ministru l-Ħamis wara nofsinhar, inzertajt f 'ħanut qed nixtri u stajt insegwi parti mill-ftuħ fuq it- televiżjoni; ħadt gost nisma' lill-Monsinjur Joe Vella Gauci juri l-apprezzament tiegħu lejn l-eks-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono li fi żmienha tat ukoll is- sehem tagħha f 'dan ix-xogħol ta' restawr. Bla dubju issa ngħidu prosit lill-Gvern preżenti, b'mod speċjali lill-Ministru għal Għawdex li wassal fi tmiemha opra bħal din. Min bħali jiftakar liċ-Ċittadella fi żminijiet imgħoddija, jista' issa jxebbah u janalizza x-xogħol kbir li sar biex dan l-imkien jissokta jiġbed lejh għadd kbir ta' barranin. Personalment ħadt gost li dik l-arkata li kienet infetħet fil-ħamsinijiet (fi żmien Agata Barbara) issa reġgħet ingħalqet b'mod u manjiera li tkun tista' tinfetaħ biss f 'okkażjonijiet speċjali biex b'hekk iċ-Ċittadella tista' żżomm il-karattru uniku u l-identità singulari tagħha. Xi darba xi ħadd biċ-ċajt kien irrimarkali "li dak li ma għamlux il-Barberi għamlitu Barberina!" Imma kemm hawn ilsna ħżiena hux! Il-pubbliku issa jista' jżur iċ-Ċittadella billi jidħol mid- daħla l-qadima u oriġinali tagħha u b'hekk iħoss is- seħer li toħloq dil-ġawhra storika tagħna. Importanti li issa nibżgħu għaliha wara dawn l-ispejjeż kollha li saru u nuru r-rikonoxximent tagħna lejn dawk kollha li ħadmu f 'dan il-proġett tas-seklu! Għeżież Maltin u Għawdxin toqogħdux lura milli tmorru żżuruha issa li għandha ħafna iżjed x'toffri; għaddu mid-dell u gawdu l-fewġa u tistgħu anke tistrieħu intom u telgħin għax issa sar ukoll 'railing' tassew sabiħ u komdu li qatt ma eżista qabel. Żuru l-irkejjen kollha u ifhmu xi swietlu lill-Gvern Malti li reġa' tana lura dan il-post storiku li jħaddan fih ukoll il-Knisja Kattidrali li fil-15 t'Awwissu jiffesteġġja bil-kbir l-Għid tal-Assunta! Ritratt: Paul Falzon Fil-każ, x'inhi l-loġika f 'dan ir-rigward? Lino Ellul , San Ġwann ALTRU li huma interesanti dawk l-intervisti, kif ukoll dawk il-kummenti kollha fl-ILLUM, dwar il- morning after pill! Iżda biex nissustanzja l-argumenti tiegħi f 'dan ir-rigward nibda biex ngħid, li jiena nemmen li l-ewwel tliet rigali li Alla ta lill-bniedem huma: l-intelligenza umana, bl-ewwel kompjuter f 'moħħ il-bniedem, l-att sesswali għall-kontinwità tal-kreazzjoni tal-ulied, kif ukoll il-libertà limitata mal-liġi tiegħu, bħala salvagwardja għall- istess bniedem maħluq minnu! Min-naha l-oħra, jiena nemmen ukoll, li malli l-Verġni Marija qalet 'Iva' lill-Anġlu Gabrijel, beda l-proċess, bl-opra tal-Ispirtu s-Santu u mhux bl-opra tal-bniedem, għal bidu tal- embrijun, li kellu jwassal għall-inkarnazzjoni ta' Alla fl- iben fil-ġuf tal-verġni Marija! Mela kontra ħafna dubji dwar il-bidu tal-konċepiment, jiena għandi nemmen li l-bidu tal- konċepiment ta' kull tarbija, jibda eżatt malli l-isperma tar-raġel tiltaqa' mal-bajda tal-mara! Issa jekk għalija hija verità assoluta li Alla ta l-libertà lill-bniedem, u jekk allura b'kawża ta' din il-libertà, kemm il-mara, kif ukoll ir-raġel, biex ma jkollhomx ulied, dawn jistgħu jisfidaw lil Alla b'kull xorta ta' kontraċettivi, inkluża kull xorta ta' pill qabel l-atti sesswali, altru li dan ma jfissirx li aħna m' għandniex dritt li niddefendu dak li aħna nemmnu dwar il-morning after pill. Għax jekk appuntu skont dak li qed nifhem jien, l-after pill trid tittieħed wara li jkun sar l-att sesswali u mhux qabel l-att sesswali, iżda skont xi wħud li jaqblu mal-after pill, dawn isostnu li f 'dan l-istadju, il-konċepiment tat- tarbija ma jkunx beda jseħħ fil-ġuf tal-mara? Tgħid allura x'inhu l-iskop ewlieni tal-after pill, jekk mhux biss biex din tkun tista' tiddistruġġi l-bidu tal-proċess li jkun sejjer jibda bil-bidu tal-embrijun, wara li l-isperma tar-raġel tkun diġà ltaqgħet mal-bajda tal-mara? Għax fil-każ, x'inhi l-loġika f 'dan ir-rigward?