Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum SPORTSillum 27 Hamilton ikompli jimpressjona u jikseb il-pole ta' pajjiżu l-Ingilterra IS-SEWWIEQ Ingliż ta' Mercedes, Lewis Hamilton, kompla jimpressjona u rebaħ il-pole position ta' pajjiżu l-Ingilterra, fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone, fejn għadda bi ftit lil sieħbu iżda rivali kbir fuq Mercedes, Nico Rosberg, li temm fit-tieni post kif ukoll lil Max Verstappen fuq Red Bull li temm fit-tielet post. Għal darb'oħra, iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrrari, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel, reġgħu ddiżappuntaw hekk kif temmew biss fil- ħames u fis-sitt post rispettivament. Intant, f 'din il-pole position, is-sewwieq ta' Sauber, Marcus Ericsson, kien involut f 'inċident ikrah iżda fortunatament għalih ma sofra l-ebda injury. B'hekk, illum huwa se jkun qed jibda mill-aħħar post tal-gradwatorja. Dawn huma l-postijiet li temmew fihom, kif ukoll il-ħinijiet li rnexxielhom jiksbu lbieraħ is- sewwieqa kollha, fil-pole position fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra: Sewwieq Tim Ħin 1. Lewis Hamilton Mercedes 1:29.287 2. Nico Rosberg Mercedes 1:29.606 3. Max Verstappen Red Bull 1:30.313 4.Daniel Ricciardo Red Bull 1:30.618 5. Kimi Raikkonen Ferrari 1:30.881 6. Sebastian Vettel Ferrari 1:31.490 7. Valtteri Bottas Williams 1:31.557 8. Nico Hulkenberg Force India 1:31.920 9. Carlos Sainz Toro Rosso 1:31.989 10. Fernando Alonso McLaren 1:32.343 11. Sergio Perez Force India 1:31.875 12. Felipe Massa Williams 1:32.002 13. Romain Grosjean Haas F1 1:32.050 14. Esteban Gutierrez Haas F1 1:32.241 15. Daniil Kvyat Toro Rosso 1:32.306 16. Kevin Magnussen Renault 1:37.060 17. Jenson Button McLaren 1:32.788 18. Jolyon Palmer Renault 1:32.905 19. Rio Haryanto Manor Racing 1:33.098 20. Pascal Wehrlein Manor Racing 1:33.151 21. Felipe Nasr Sauber-Ferrari 1:33.544 22. Marcus Ericsson Sauber-Ferrari L-ebda ħin Lewis Hamilton fl-azzjoni fil-pole position tal-bieraħ fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra Serena Williams tirbaħ it-22 titlu Grand Slam u tilħaq lil Steffi Graf F'FINALI tassew ekwilibrata, Serena Williams, rebħet it- tournament ferm prestiġjuż fid-dinja tat-tennis, dak ta' Wimbledon, meta fil- finali tas-singles tan- nisa għelbet lit-tennista Ġermaniża iklassifikata fir-raba' post fil-klassifika mondjali tan-nisa, Angelique Kerber. Dan kien is-seba' titlu ta' Wimbledon għat-tennista klassifikata fl-ewwel post fir-rankings mondjali, kif ukoll it-22 wieħed Grand Slam, biex b'hekk laħqet ir-rekord tal-ekstennista leġġendarja, Steffi Graf. Din tista' titqies bħala tpattija sportiva għal Williams fuq Kerber, hekk kif lura f 'Jannar ta' din is-sena, kienet Kerber li ħarġet rebbieħa kontra Williams fil-finali tal- Australian Open. Fil-finali tal-bieraħ, it-tennista Amerikana għelbet lil dik Ġermaniża fis-Centre Court ta' Wimbledon, f 'żewġ settijiet bl-iskor ta' 7-5, 6-3. Il- futur jidher wieħed mill- isbaħ għal din it-tennista Amerikana li għandha 34 sena u f 'Settembru li ġej tagħlaq 35 sena. Serena Williams tifraħ wara li rebħet is-seba' titlu ta' Wimbledon fil-karriera illustri tagħha