Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
illum Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Sports 28 Iċ-Ċilì jikkonfermaw ruħhom bħala forza -Amerika t'Isfel minn Gianluca Lia DÉJÀ vu għall-Arġentina u ewforija għaċ-Ċilì. 'La Roja' kif inhuma iktar magħrufin iċ-Ċilì, ikkonfermaw ruħhom bħala champions tal- Amerika t'Isfel għat- tieni darba konsekuttiva meta fil-finali tal-Copa América Centenario, ġewwa New Jersey, għelbu lill-Arġentina bl-għoti tal-penaltis, sabiex niżżlu isimhom bħala champions għat-tieni darba fl-istorja tagħhom, wara li l-ewwel trijonf tagħhom kien propju fis-sajf li għadda ġewwa Santiago għas-spejjeż tal-istess Arġentina. Iżda l-mistoqsija hija waħda bħalissa: Kif iċ-Ċilì sar tim daqshekk b'saħħtu fi ftit żmien? Lura fl-2006, iċ-Ċilì kienu pjuttost tim irrelevanti fil-futbol. Ma kinux għaddew għall-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad- Dinja u fl-edizzjoni riċenti tal-Copa América kienu ppakkjaw il-bagalji kmieni mingħajr ma rebħu partita. Bażikament, lanqas kienu mal-ewwel 60 pajjiż fir- rankings uffiċjali tal-FIFA. Iżda f '10 snin, il-folja nbidlet ta' taħt fuq. Iċ-Ċilì saru tim potenti, b'talenti eċċezzjonali li jħabbtuha mal-aqwa pajjiżi fid-dinja u qegħdin mal-ewwel ħames postijiet fir-rankings tal-FIFA, filwaqt li rebħu żewġ edizzjonijiet tal-Copa América. Dan kollu grazzi għal skwadra mimlija b'talent impressjonanti. Alexis Sanchez għamel id-debutt tiegħu fl-2006, flimkien ma' Gonzalo Jara u Humberto Suarez filwaqt li Arturo Vidal iddebutta sena wara, fejn fl-istess sena, daħlu fit-tim plejers bħal Mauricio Isla, Gary Medel u Francisco Silva filwaqt li Claudio Bravo kien ġie maħtur captain tat-tim. Tista' tgħid li minn hemm, iċ-Ċilì bdew l-avventura ta' ħajjithom. Fil-Copa América tal- 2007, waslu sal-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni kontinentali filwaqt li fl-2010, għamlu ħoss fit-Tazza tad-Dinja fejn anke għaddew mill-fażi tal-gruppi, fejn wara nqalgħu mat-tim tal-Brażil. Iżda, l-era kienet għadha qiegħda tibda. Fis-sajf ta' wara, plejers bħal Alexis Sanchez u Arturo Vidal kienu ngħaqdu ma' Barcelona u Juventus rispettivament biex sakemm waslu sat-Tazza tad-Dinja tal- 2014, iċ-Ċilì kellhom grupp impressjonanti. Irnexxielhom jgħaddu mill- grupp, fejn anke għelbu lit- tim ta' Spanja, iżda kellhom ibaxxu rashom għal sfortuna kontra l-Brażil, meta lasta ta' Mauricio Pinilla ċaħdet lil 'La Roja', milli jiktbu kapitlu glorjuż fl-istorja tagħhom. Meta deher li ċ-Ċilì ma setgħux iniżżlu isimhom fl-istorja b'dan il-fulkru ta' plejers, wasal it-trijonf ġewwa darhom fil-Copa América tal-2015, fejn impressjonaw mill- bidu sal-aħħar bi plejers bħal Eduardo Vargas u Mauricio Isla jkunu fost il-protagonisti minkejja li f 'livell ta' klabb, forsi mhux dejjem laħqu l-aspettativi tagħhom. Ovvjament, ma nistghux ma nsemmux il-kowċis li kienu parti minn dan iċ-ċiklu rebbieħ ta' La Roja', li ironikament kienu kollha Arġentini. Kollox beda minn idejn Marcelo Bielsa, li vvalorizza plejers bħal Jorge Valdivia, meqjus bħala 'El Mago', li vera li qatt ma lagħab fl-Ewropa, iżda għal min għandu għajn għall- futbol Sud Amerikan, jaf kemm hu plejer allinejat mad-dixxiplina tattika u kemm jaf jaqsam il-logħob meta hu neċessarju. Wara Bielsa, ġie Sampaoli, fejn tista' tgħid li dan rawwem il-'La Garra', li għaċ-Ċilì tfisser rabja u adrenalina u li probabbilment kienet l-aħħar parti mill-formula sabiex jaslu t-tazzi. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas, naslu għal Juan Antonio Pizzi, li wara l-bidu xejn feliċi maċ-Ċilì, fejn rebaħ logħba waħda mill-ewwel ħamsa, sab saqajh ma' dan it-tim u rnexxielu jwassal trofew ieħor lejn iċ-Ċilì, propju l-pajjiż minn fejn Pizzi kien beda l-karriera ta' kowċ ma' Universidad Catolica. Plejers u u ċjali taċ-Ċilì ji rħu bil-kbir wara r-rebħ tal-'Copa América Centenario'