Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Sports 30 Storja tal-Kampjonati Ewropej Ir-Raba' u l-Aħħar Parti minn Gianluca Lia Kampjonati Ewropej tal- 2000 Organizzaturi: Belġju u Olanda Rebbieħa: Franza Il-Belġju u l-Olanda kienu l-protagonisti ewlenin f 'din l-edizzjoni, għaliex huma organizzaw dan it-turnew bejniethom, biex għall-ewwel darba, dawn il-kampjonati ġew milgħuba f 'żewġ pajjiżi b'mod kontemporanju. Għall- ewwel darba, wara l-inċidenti fatali u drammatiċi ta' Heysel lura fl-1985, l-istess grawnd ġie utilizzat fl-istess turnew, wara xogħol ta' rikostruzzjoni li sar fuqu. Sadanittant, għat-tieni darba, dawn il- kampjonati ġew deċiżi grazzi għas-sistema tal-'golden goal', fejn wara t-trijonf Ġermaniż erba' snin qabel, din id-darba kienu l-Franċiżi li gawdew minn din is-sistema. L-istess Franċiżi li sentejn qabel ġrew bil-Brażiljani ġewwa Stade De France sabiex għollew it-Tazza tad- Dinja, ħarġu rebbieħa anke fil-Kampjonati Ewropej, wara li b'mod drammatiku, għelbu lit-tim nazzjonali Taljan. Finali inkredibbli. Inspjegabbli għaż-żewġ naħat tista' tgħid. Min-naħa, għandek lis-sapporters Franċiżi li żgur ħa jgħidulek li tirbaħ finali hekk, huwa pjuttost emozzjonanti u impensabbli, filwaqt li għat- Taljani, żgur li għadhom ma jafux x'ġara f 'dawk il-minuti fatali għalihom. L-Italja kienu qegħdin imissu t-trofew b'idejhom sat-93 minuta, meta gowl ta' Marco Delvecchio kien tefagħhom fil-vantaġġ. Ċansijiet li jirduppjaw l-iskor kellhom ħafna, iżda ma rnexxielhomx, u ta' dan pattew qares għaliex xutt ta' Sylvain Wiltord propju fl-aħħar azzjoni tal-partita kien tefa' din il-partita fil-ħin barrani, fost id-diżappunt kbir fuq wiċċ il-kontinġent Taljan. David Trezeguet issiġġilla r-rebħa fil-103 minuta, b'volley stupend li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Francesco Toldo u poġġa ċ-ċirasa fuq il- kejk għal dan iċ-ċiklu Franċiż. It-triq ta' Franza ma kinitx waħda komda, għaliex wara li għaddew bit-tieni post fil- grupp, flimkien mal-Olanda, fil-kwarti tal-finali sabu lit-tim ta' Spanja u kellhom jitħabtu sabiex għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. L-istess andament irrepeta ruħu fis- semifinali kontra l-Portugall fejn għaddew għall-ħin barrani, grazzi għall-penalti ta' Zinedine Zidane fil-117-il minuta. Min-naħa l-oħra, l-Italja spiċċaw fil-quċċata tal-grupp wara tliet rebħiet konsekuttivi u fil-kwarti tal-finali sabu lir-Rumanija, li għelbuhom b'mod komdu bl-iskor ta' 2-0. Is-sofferenza li kienu għadhom ma daqux iżda, daquha sal-aħħar fis- semifinali kontra l-Olanda. Partita li l-organizzaturi ma jafux kif tilfu. 0-0 sal- 120 minuta, bl-Olandiżi jfallu żewġ penaltis ukoll u r-rebbieħ kellu jiġi deċiż grazzi għall-għoti tal-penaltis. Is-saħta tal-Olandiżi kompliet hawnhekk ukoll, bit-Taljani joħorġu rebbieħa grazzi għal Francesco Toldo li salva żewġ penaltis, mentri Francesco Totti kien protagonist bil- famuż cucchiaio. Fi grupp fejn forsi deher possibbli l-akkwist ta' xi punt, Malta spiċċat il-fażi preliminari tagħha ta' dan it-turnew mingħajr punt. Fost l-avversarji, Malta affrontat lit-tim nazzjonali tal-Jugoslavja, li għamluha sal-kwarti tal-finali tat- tournament, fejn imbagħad kienu ġew eliminati permezz tal-umiljazzjoni ta' 6-1 kontra l-Olanda. Fiż-żewġ konfronti, Malta ħarġet telliefa, fejn fil- konfront barra minn darha, kien irnexxielha anke tiskorja permezz ta' Nicky Saliba. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Francesco Toldo (Italja) Difensuri: Laurent Blanc (Franza), Fabio Cannavaro (Italja), Paolo Maldini (Italja) u Lilian Thuram (Franza) Midfielders: Patrick Vieira (Franza), Zinedine Zidane (Franza), Luis Figo (Portugall) u Edgar Davids (Olanda) Attakkanti: Patrick Kluivert (Olanda) u Francesco Totti (Italja) Kampjonati Ewropej tal- 2004 Organizzaturi: Portugall Rebbieħa: Greċja Jekk it-trijonf tad- Danimarka fl-1992 fl-Iżvezja, kien sorpriża minħabba l-mod ta' kif ikkwalifikaw, ir-rebħa finali tal-Greċja f 'din l-edizzjoni, kienet għaxar darbiet iżjed mhux mistennija għaliex, apparti l-fatt li l-Griegi kienu qegħdin ikunu involuti f 'dan it-turnew wara nuqqas ta' 24 sena, ftit li xejn kienu famużi madwar id-dinja, b'ħafna mill-plejers jilagħbu ma' timijiet ta' nofs il-klassifika. L-allat Griegi għamlu xogħolhom sew, għaliex ixxukkjaw lid-dinja tal-futbol b'dan is-suċċess Ewropew, fejn fil-finali huma kienu għelbu lill- organizzaturi tal-Portugall bl-iskor minimu ta' 1-0, wara li fil-partita inawgurali ta' din l-edizzjoni, l-istess żewġ timijiet kienu diġà ltaqgħu, bil-Griegi jniżżlu isimhom bħala rebbieħa grazzi għal rebħa ta' 2-1. Il-ġurnata minn filgħodu turik, u dik il-partita tassew uriet li dan it-turnew kien se jieħu xejra kemxejn sorprendenti u anke drammatika. Fil-finali, minkejja l-imsemmija telfa, il-Portugall dehru favoriti fuq il-karta, kemm minħabba l-element tekniku għoli li kellhom, kif ukoll għax l-elementi individwali tagħhom dehru biżżejjed u wisq b'saħħithom fuq dawk Griegi. Barra minn hekk, huma kienu ggwidati minn kowċ li sentejn qabel kien għadu kif rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Brażil, jiġifieri Luiz Felipe Scolari. Min- naħa l-oħra, il-Griegi kienu mmexxija mill-Ġermaniż, Otto Rehhagel, li rebaħ qlub id-dilettanti tal-futbol permezz tas-sistemi ta' kowċing partikolari li kellu. Angelo Charisteas kien l-eroj tal-Griegi f 'din il-finali, hekk kif permezz tad-daqqa ta' ras tiegħu, ta l-opportunità lil Theodoris Zagorakis jgħolli t-tazza f 'isem il-Greċja għall-ewwel u l-unika darba fl-istorja. Din l-edizzjoni kienet waħda kumbattuta ferm, biż-żewġ finalisti jaffaċċjaw sfidi iebsa f 'kull rawnd qabel telgħu fil-finali. Wara r-rebħa fuq il-Portugall, il-Greċja kienu żammew lil Spanja f 'parità fit-tieni ħarġa tagħhom filwaqt li fl-aħħar partita huma sfaw megħluba mir-Russi bl-iskor ta' 2-1, iżda l-Griegi xorta waħda għaddew grazzi għad- differenza fil-gowls għas- spejjeż ta' Spanja. Fil-kwarti tal-finali, huma għelbu b'mod sorprendenti lil Franza, li kienu d-detenturi tat-titlu biex fis-semifinali, daqqa ta' ras ta' Traianos Dellas fil-ħin barrani, tat rebħa lill-Griegi fuq ir-Repubblika Ċeka. Min-naħa l-oħra, il-Portugall irkupraw sew wara t-telfa mal-Greċja, fejn ikkwalifikaw bl-ewwel post wara żewġ rebħiet konsekuttivi. Fil- kwarti tal-finali, huma ltaqgħu mal-Ingilterra, fejn wara draw kumbattut, penalti ta' Ricardo għaddiehom għas-semifinali. Hemmhekk, sabu għadma iebsa fl-Olanda iżda grazzi għall-prestazzjoni maestuza ta' Maniche, il- Portugall għamluha għall- finali. Naturalment, Malta pparteċipat fil-fażi preliminari ta' din il-kompetizzjoni, fejn fost l-avversarji li kellha fil-grupp, affaċċjat lit-tim ta' Franza li kienu għadhom kif rebħu l-edizzjoni preċedenti tas-sena 2000. Plejers bħal Zinedine Zidane, Thierry Henry u Sylvain Wiltord kollha kienu involuti fiż- żewġ konfronti kontra Malta, bil-Franċiżi dejjem joħorġu rebbieħa. L-unika punt miġbur minn Malta, kien mirbuħ kontra l-Iżrael, barra minn darna, fejn gowls minn Michael Mifsud u David Carabott kienu biżżejjed biex Malta tikseb draw prestiġjuż ta' 2-2. L-aqwa 11 tat-tournament: Goalkeeper: Petr Cech (Repubblika Ċeka) Difensuri: Traianos Dellas (Greċja), Ricardo Carvalho (Portugall), Giourkas Seitaridis (Greċja) u Gianluca Zambrotta (Italja) Midfielders: Maniche (Portugall), Pavel Nedved (Repubblika Ċeka), Theodoros Zagorakis (Greċja) u Cristiano Ronaldo (Portugall) Attakkanti: Milan Baros (Repubblika Ċeka) u Wayne Rooney (Ingilterra) Kampjonati Ewropej tal- 2008 Organizzaturi: Awstrija u Żvizzera Rebbieħa: Spanja Dan kien it-turnew li nissel il-bidu tar-renju Spanjol. Fit- Plejers ta' Franza jifirħu wara li saru champions Ewropej fl-2000

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016