Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135
illum Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 Sports 32 Daniel Tanti magħżul bħala l-aqwa plejer fil-handball lokali għar-raba' darba FL-AĦĦAR jiem tħabbar kif il-goalkeeper taċ- champions tal-handball lokali, Luxol Handball Club, Daniel Tanti, kien ġie vvutat bħala l-aqwa Plejer tas-Sena għar-raba' darba fil-karriera tiegħu. Dan kien unur tassew mistħoqq mirbuħ minn dan il-goalkeeper ta' klassi liema bħalha, hekk kif permezz tas-saves tiegħu, xi drabi tassew spettakolari, ċaħħad għal diversi drabi lill- avversarji ta' Luxol milli jsibu x-xibka. M'hemmx dubju li l-esperjenza ta' staġun sħiħ li Daniel Tanti għamel jilgħab fid-Danimarka fil- passat riċenti, xprunat u għenet bis-sħiħ lill- istess goalkeeper sabiex ikompli jtejjeb il-livell tiegħu f 'dan l-isport li tant iħobb. Intant, din il- gazzetta, għamlet kuntatt ma' Daniel Tanti fejn tana dawn il-kummenti esklussivi kemm rigward l-istaġun eċċezzjonali li kellhom Luxol Handball Club li wassalhom biex huma jsiru champions kif ukoll rigward l-aħħar staġun mill-aqwa li huwa kellu li wassal biex bl-aktar mod meritat jiġi vvutat bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena. Tanti sostna li l-istaġun 2015-2016 kien staġun memorabbli għal-Luxol Handball Club biex bħala tim rebħu l-kampjonat lokali tal-handball għall- ewwel darba. Saħaq kif dan l-istaġun kien kumbattut ħafna bejn diversi timijiet. Fis-serata tal-MHA Awards, it- timijiet u l-individwi li ddistingwew ruħhom ġew ippremjati għall-wirjiet tagħhom matul l-istaġun. "L-ikbar sodisfazzjon kien meta ġejna rikonoxxuti bħala tim għar-rebħ tal- kampjonat. Madanakollu, is-serata kompliet u fil-premijiet individwali kien fadalli xi sorpriżi x'nistenna. Wara li ġejt magħżul bħala l-aqwa goalkeeper fl-'All Star Team', ġejt magħżul ukoll bħala l-aqwa plejer Malti. Dan kien ta' unur kbir għalija għax wara nuqqas ta' sentejn, irnexxieli nerġa' nikseb dan is- suċċess għar-raba' darba fl-aqwa kategorija tal- handball Malti. Dan is- suċċess, għalkemm ingħata lili bħala persuna, huwa riżultat ta' ħafna sagrifiċċji u ta' ħidma sħiħa minn diversi nies u persuni, kemm familjari, fil- handball u barra mill-qasam sportiv. Din is-sena it-talent Malti kien ta' livell fejn saħansitra ħames plejers mill-'All Star Team' kienu Maltin u tnejn biss kienu barranin. Dan juri b'mod ċar li l-livell Malti kien wieħed għoli u dan ġie muri wkoll f 'kompetizzjonijiet li kellna bħala tim nazzjonali matul l-istaġun." Daniel Tanti qal li din is- sena, kienu kkonċentrati bħala skwadra tul il- logħob kollu. "Għalkemm, kien hemm xi mumenti fejn waqqajna l-punti, konna qed nemmnu l-ħin kollu li dis-sena stajna nagħmlu dak li kien ilna naħdmu għalih, jiġifieri r-rebħ tal-kampjonat. Naħseb dis-sena l-fattur ewlieni biex nirbaħ dan l-unur individwali kien il-fatt li kien hemm konsistenza fil-wirjiet tiegħi, filwaqt li fil-logħob deċisiv kelli xi 'saves' li għenu bis-sħiħ lit-tim. Il-fatt li kellna skwadra b'saħħitha u rebbieħa, nemmen li għen ħafna wkoll biex jien ksibt dan is-suċċess individwali. Jien inqis dan l-unur mhux biss bħala premju imma wkoll bħala dmir u responsabbiltà li nkompli nagħti l-massimu tiegħi fil-handball ma' Luxol Handball Club, kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti tal-handball. L-ambizzjonijiet jibqgħu dawk li dejjem kienu, jiġifieri li nkompli ntejjeb il-livell tiegħi kemm jista' jkun, biex b'hekk nibqa' nkun ta' servizz għall- klabb u għat- tim nazzjonali, kif ukoll, inkun ta' eżempju għal ħafna tfal li jilagħbu dan l-isport li jekk jistinkaw, jagħmlu sagrifiċċji u jemmnu fihom infushom, huma wkoll għandhom il-kapaċità li jiksbu s-suċċessi tagħhom. Minn hawnhekk nixtieq insellem ukoll lill-avversarji tagħna li wkoll jistħoqqilhom mertu għal dak li wettqu matul l-aħħar staġun. Wara dan l-unur, issa jmiss li nħarsu lejn il-futur b'ottimiżmu. Fil-futur qarib, eżattament f 'Ġunju tas-sena d-dieħla, hemm il-probabbiltà kbira li ħa nkunu qed nieħdu sehem fil-'Euro Qualifiers'. Dan ifisser li ma nistax nieqaf naħdem biex intejjeb il-livell tiegħi. Dawn il- kampjonati jridu jservu ta' stimolu għal kull plejer Malti biex l-istaġun li gej jagħti l-aħjar tiegħu biex b'hekk jirrapreżenta u jagħmel unur lil pajjiżna. L-opportunitajiet personali huma varji u wieħed irid jara u jqis kif jista' jkompli jtejjeb il-livell tiegħu. Wara l-esperjenzi li kelli barra minn Malta fi staġuni passati, wieħed irid jara u jqis kif jista' jkompli jtejjeb il-livell tiegħu. Dan l-unur nixtieq niddedikah speċjalment lit-tfajla tiegħi li għalkemm kellna ħafna appuntamenti kemm individwali kif ukoll taż- żwieġ tagħna li se jseħħ f 'Awwissu li ġej, hi dejjem issapportjatni u imbuttatni biex nagħti l-aħjar tiegħi kemm fil-court u anke barra minnu. Barra minn hekk ma rridx ninsa nirringrazzja lil ħafna nies oħra li kollha jafu min huma tas-sapport kontinwu tagħhom," temm jgħid Daniel Tanti. Daniel Tanti jifraħ bil-kbir wara li kien strumentali biex Luxol Handball Club rebħu l-ewwel Kampjonat fl-istorja tagħhom Daniel Tanti bit-trofew tal- aqwa plejer tal-handball lokali fil-Kampjonat tal-Irġiel għall- istaġun 2015/16 Ritratt : Brian Agius Photography