Illum previous editions

ILLUM 10 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/702135

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 10 ta' Lulju 2016 | illum jistennew wisq għat-tabib żaruh. Għalkemm Birkirkara hija meqjusa bħala l-akbar lokalità f 'Malta u ċ-ċentru hawn ikopri bosta lokalitajiet fil-madwar, fl-istħarriġ li sar fl-2014 jirriżulta li żaruh 8% biss ta' dawk li pparteċipaw. ...imma tabib privat jibqa' l-favorit Anke jekk iċ-ċentri tas- saħħa jibqgħu parti integrali mis-sistema kollha, jidher li l-maġġoranza assoluta jippreferu li jmorru għand tabib privat fil-klinika tiegħu. Iktar minn sitta minn kull għaxar persuni li ħadu sehem qalu li jippreferu tabib privat. Dan ilaħħaq għal kalkolu ta' 181,300 persuna li jużaw il- klinika privata. Apparti mill-istorja medika tal-pazjent, bosta jippreferu lit-tabib privat tagħhom minħabba li issa draw jużaw is-servizzi tiegħu. Il-ħin ta' stennija jista' jilgħab parti importanti fl-għażla tal- Maltin, tant li 12% ta' dawk li jmorru għand tabib privat jagħmlu dan minħabba l-ħin li wieħed jagħmel jistenna. It-tobba qed jagħtu ħafna aktar milli mistenni Għalkemm tqum il- kwistjoni tad-dewmien, l-istess rapport tal-Awditur juri kif fil-fatt, it-tobba fiċ- ċentri tas-saħħa qed jagħtu aktar sigħat milli fil-fatt huwa mistenni li jagħtu biex jaqdu d-domanda. Fil-każ tal-bereġ, f 'ġimgħa matul Ġunju meta sar dan l-istess studju kien hemm bżonn ta' 230 siegħa b'kollox mit-tobba biex tintlaqa' d-domanda ta' 2,616 pazjent. Iżda fir-realtà, it-tobba f 'daqqa ħadmu 338-il siegħa. Fl-istess ġimgħa, it-tobba għamlu madwar 430 siegħa aktar minn dak maħdum biex jilqgħu 7,475 pazjent għall-konsultazzjoni fuq medja ta' 19-il minuta għal kull konsultazzjoni. Matul din il-ġimgħa, it- tobba qattgħu iktar ħin fuq il-post tax-xogħol mal- pazjenti kif ġej: 48 siegħa aktar fiċ-ċentru ta' Bormla, 114-il siegħa fil-Furjana, 31 siegħa aktar f 'Ħal Qormi u 177 siegħa aktar fiċ-ċentru tal-Mosta. Ir-rapport tal-Awditur jikkonkludi li fil-qasam tal-kura primarja hemm in-numru meħtieġ ta' tobba biex jilqgħu għad-domanda matul il-ġimgħat li fih sar l-istħarriġ. Jikkonkludi wkoll li għad hemm ħafna xi jsir u sfidi xi jkunu megħlubin biex it-tabib tal-familja jkollu r-riżorsi u l-ħin x'jinnvesti fil-kura għat-tul. Il-Maltin kuntenti bit-tobba tagħhom dwejjaq, imma jien dejjem kont naqra ta' mara fuq tiegħi u kull meta kont f 'sitwazzjoni diffiċli dejjem iġġilidt." Carmen tgħid li l-kura li qed tingħata issa, permezz ukoll tal-eżerċizzju li qed tagħmel mal-fiżjoterapisti qed jgħin ħafna biex tkun b'saħħitha, tiltaqa' man-nies u terġa tieħu saħħitha lura. 'Il-kanċer iħalli marka, aħna qed nikkumbattula' L-ILLUM titkellem ukoll mal-Kap tas-Servizzi ta' Appoġġ Kliniku fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, Raymond Attard Previ li jispjega kif din it-tip ta' kura li qed jingħataw Juliet u Carmen hija differenti, għax minflok qed tħares lejn il-persuna bħala pazjent li tista' tgħin ladarba tkun l-isptar, qed tħares lejn il-persuna nnifisha, lil hinn mill-mard. Fil-fatt, jgħidilna Attard Previ dawn il-klassijiet li bdew f 'Novembru tas-sena l-oħra jgħinu biex pazjent jirkupra kemm fiżikament, permezz ta' mmaniġġjar tal-għejja u kontroll tal-piż, fost l-oħrajn imma wkoll psikoloġikament. Fil-fatt, l-għan ewlieni ta' din it-tip ta' kura tgħin għax iżżid ir-rati ta' nies li jgħixu l-kanċer, tnaqqas ir-rikorrenza tal-istess mard u tnaqqas ukoll riskji relatati mal-qalb, obeżità u dimensja. Imma apparti dan, din it-tip ta' kura qed tgħin ukoll biex persuna tissoċjalizza ma' nies li għaddew minn esperjenzi simili u terġa' tibni ħajjitha mill-ġdid. "Il-pazjent jibqa' mmarkat mill-esperjenza tal-kanċer, għax jibqa' jkollu ċerti biżgħat. U din il-kura qed tikkumbatti proprju dan," jgħid Attard Previ. 'Iħossuhom siguri meta jiġu hawn' Intant, l-ILLUM tkellmet ukoll ma' waħda mill- fiżjoterapisti li jmexxu l-klassi, Corinne Fiorini li spjegat kemm dawk li jiġu, iħossuhom siguri meta jiġu għall-klassijiet. 'Imma tiltaqħu ma' sfidi?' tistqasi din il-gazzetta bir- riposta pronta ta' Fiorini tkun, "iva, kellna sfidi u kellna sfidi kbar, imma llum qed ikunu l-pazjenti bil-kanċer stess li qed jiġu u jitolbu l-għajnuna." Filwaqt li tikkonferma l-kambjament li jaraw il- pazjenti, Fiorini titkellem ukoll dwar "sinerġija bejn il-pazjenti." 'Staff eċċellenti...jekk dak hu aġġettiv biżżejjed' Juliet u Carmen, li ġentilment aċċettaw it-talba ta' din il-gazzetta u qasmu l-esperjenzi tagħhom magħna, kellhom kliem mill-isbaħ għall- istaff kollu taċ- ċentru. "Eċċellenti," qalet Juliet, "lanqas hemm kelma biex tiddeskrivi kemm jagħmlu xogħol tajjeb," saħqet Carmen. Huma appellaw għal aktar fiżjoterapisti biex b'hekk tonqos xi naqra t-tgħabija li għandhom fuqhom. Qabel tlaqna, iż-żewġ nisa komplew jisħqu dwar l-importanza tal- apprezzament tal-ħajja. "Kemm hu importanti li l-ħajja napprezzawha. Meta jiġri bħal ma ġara lilna, il-ħajja tibda tapprezzaha dejjem aktar." Fearne: Qed naħdmu aktar fuq il-kunċett ta' riabilitazzjoni Intant, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f 'kumment lill-ILLUM qal li għalkemm qed naraw aktar każijiet ta' kanċer, ir-rata ta' nies li jfiequ fl-aħħar snin żdiedet ħafna. "Il-kunċett ta' riabilitazzjoni għal min ikun fieq mil-kanċer huwa wieħed li qed naħdmu fuqu. L-infrastruttura ta' sptar ġdid, apparat u mediċini ġodda huma importanti, imma l-attenzjoni individwali li nagħtu lill- pazjenti hija importanti ukoll. Dan iseħħ waqt il-kura tal-marda, u issa qed isseħħ wara wkoll. Nagħti prosit lill-professjonisti tax-xogħol u dedikazzjoni tagħhom u nagħmel qalb lill- pazjenti u l-familji tagħhom għax jafu li fuq dan il-vjaġġ diffiċli mhumiex waħedhom," temm jgħid il-Ministru Fearne. Corinne Fiorini Juliet u Carmen mal-fiżjoterapisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2016