Illum previous editions

ILLUM 17 July 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/704283

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Lulju 2016 Intervista 12 'Il-kura primarja trid tkun iċ-ċentru 65% tal-pazjenti li jagħmlu użu miċ-ċentri tas-saħħa matul l-2015, huma sodisfatti bis-servizz li jirċievu. Dan ħareġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali li permezz ta' stħarriġ li sar, analizza s-servizz tat-tabib, magħruf aħjar bħala t-tabib tal- familja, fiċ-ċentri tas-saħħa mxerrda ma' pajjiżna. Dan ma wasalx b'ċikka, iżda b'ħidma sfiqa kemm mill- Ministeru għas-saħħa, kif ukoll mid-dipartiment tal-kura primarja. Dan iktar u iktar meta tikkunsidra li bħala total ta' visti bejn iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ, f 'sena waħda kien hemm iktar minn 1.6 miljun vista. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja, Renzo Degabriele sabiex tifhem aħjar il-ħidma li saret f 'dawn l-aħħar snin, u anke l-pjanijiet ta' dak li mistenni naraw fil-futur. 'Il-Bereġ irridu nkomplu nsaħħuhom' Il-bereġ tas-saħħa tal-lokalitajiet huma estensjoni taċ-ċentri tas-saħħa, bil-firxa tagħhom tkun iktar wiesgħa. Fil-preżent, pajjiżna għandu 54 berġa li prattikament ikopru s-servizz madwar Malta kollha. Minkejja dan, din il-gazzetta tibda billi tistaqsi dwar ir-relevenza u l-funzjoni li dawn għandhom fil-qasam tas-saħħa llum il-ġurnata. Immedjatament, Renzo Degabriele juri statistika tal-ammont ta' visti li saru fil-bereġ matul is-sena li għaddiet, li jaqbżu l-106,000 vista. Dan jixhed l-ammont ta' nies li jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri u għaldaqstant għandhom fiduċja fihom, minflok imorru mill- ewwel fiċ-ċentri tas-saħħa prinċipali jew saħansitra fl-isptar. Degabriele jsostni li prattikament, hawn berġa f 'kull lokalità ta' Malta, u filwaqt li saħaq li l-affarijiet dejjem jinbidlu, u għalhekk wieħed irid jagħraf l-utilità ta' dawn il- postijiet, qal ukoll li, "l-qafas tal- kura primarja huwa li jkun viċin il-pazjent fil-komunità tiegħu. Dan is-servizz mifrux, definittivament m'għandux jieqaf, anzi hija xi ħaġa li trid tissaħħaħ." Ikompli jsemmi dwar il-fatt li l-bereġ, illum il-ġurnata qed jieħdu dinamika kemxejn differenti bid-deċentralizazzjoni tagħhom, u jingħaqdu mal- kunsilli lokali. "Qegħdin nagħtu iktar servizzi fil-komunità, biex nevitaw li wieħed imur għall-kura sekondarja. Għalhekk bdejna proċess ta' rinovar ta' dawn il-bereġ, u qed nintroduċu l-lifestyle clinics, biex inkomplu nsostnu fuq l-importanza tal-prevenzjoni. Fil-fatt, waħda mill-pilastri tal-kura primarja hi li inti ma timradx, u mhux li tibda l-proċess tal-kura meta jkun tard wisq." Il-kap tat-taqsima tal-kura primarja tenna li l-iskop tal-bereġ qiegħed jinbidel biex ikun iktar immirat lejn il-prevenzjoni, waqt li xorta waħda tkun tista' tinqeda jekk tiġi bżonn ta' tabib jew infermiera. "Qabel, kien hemm l-idea li l-berġa hi għall-anzjani biex jinkitbulhom ir-riċetti u jiċċekkjaw il-pressjoni, imma issa qed nibdlu l-idea biex nagħtu servizzi iktar moderni." Dwar il-futur, Degabriele qal li l-pjan huwa li jiġu rinovati l-bereġ kollha sabiex kollha jkunu fi stat tajjeb u joffru iktar servizzi ta' kwalità. 'Iċ-ċentru tas-saħħa ta' Schreiber se jkun state of the art' Mill-istatistika tas-servizzi li ngħataw matul l-aħħar sena, iċ- ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid kien l-aktar wieħed li kellu attività fih. Dan minħabba n-numru kbir ta' persuni li jgħixu fiż-żona u anke minħabba l-fatt li l-lokalitajiet li jaqgħu taħt dan iċ-ċentru, jinsabu verament qrib ta' Raħal Ġdid, u għaldaqstant tkun faċli biex wieħed jilħqu. Il-proġett maġġuri fejn tidħol il-kura primarja, huwa l-bini ta' ċentru tas-saħħa ġdid f 'Raħal Ġdid, minflok dak preżenti, li sar żgħir wisq għall-ħtiġijiet li jrid jaqdi. Degabriele jispjega li s-sit preċenti m'għadux vijabbli, "għaliex qegħdin ippakkjati qisna sardin hemmhekk." Imma fis-sit il-ġdid, "anke se jkun hemm sular għall-'operating theatre' għall-każijiet tad-'day surgeries', biex nagħmlu ċertu operazzjonijiet li bħalissa qegħdin isiru Mater Dei. Prattikament, se jkun qisu mini Mater Dei." Renzo Degabriele spjega kif dan il-proġett huwa wieħed maġġuri, bl-ispiża mistennija tlaħħaq id- €39 miljun. "Fi żmien erba', ħames snin, nittamaw li nkunu qegħdin fil-fażi li nkunu se niftħu dan iċ- ċentru." Preżentement, ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx għaliex il- Gvern għadu qed jistenna l-iva, min-naħa tal-Unjoni Ewropea fejn jirrigwrdaw il-fondi. "Issottomettejna l-applikazzjoni għall-fondi Ewropej f 'April, hekk kif fetħu, u qed nistennew risposta li nittamaw li tkun pożittiva għal bejn wieħed u ieħor Ottubru ta' din is-sena. Ix- xogħol għalih, fis-sens ta' pjanar diġà saru għaliex nafu kemm għandu jiswa u kif se jkun imqassa. Anke t-tenders diġà qegħdin lesti u allura meta ningħataw l-approvazzjoni min-naħa tal-UE għall-applikazzjoni, jinħarġu t-tenders u nibdew il- proġett mill-ewwel, u sal-2020-2021 ikollna ċentru tas-saħħa 'state of the art' kif konna ngħidu għal Mater Dei." Degabriele spjega li f 'dan il- 'hub' il-ġdid tas-saħħa, minbarra li se jkun hemm is-servizzi li diġà qed jingħataw, "se jiżdiedu ħafna u ħafna servizzi." Ma tistax tinvesti fl-Isptar u tinjora ċ-ċentri tas-saħħa Dwar l-infrastruttura taċ-ċentri tas-saħħa l-oħrajn, Degabriele saħaq li l-pjan kien li jiġi rinovat ċentru ċentru, "għaliex ma stajniex inħallu dik is-sitwazzjoni kif kienet." Fil-fatt, iċ-ċentri tal-Mosta u tar-Rabat diġà sarulhom ix-xogħlijiet ta' tisbieħ. "Dawn iċ-ċentri ġew sbieħ ħafna, u kulħadd ifaħħar is-servizzi li hemm. U s-sena d-dieħla għandu jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid ta' Ħal Kirkop, li se jkun fl-istess livell ta' kwalità taċ- ċentri tal-Mosta u r-Rabat." Spjega wkoll li fil-każ taċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, li l-istat tiegħu mhuwiex ideali, kien hemm każ fil-Qorti li ma ppermettewx li jibdew xogħlijiet ta' tisbieħ fuqu. "Issa li sar qbil mas-sidien, ix-xogħol jista' jsir u se jibda wara li jitlesta ċ-ċentru ta' Ħal Kirkop, biex isiru xogħlijiet radikali fuqu," kompla Degariele. Żied jgħid li jekk kollox jimxi mal-pjanijiet, iċ-ċentru għandu jibda jopera sal- bidu tal-2018. Wara x-xogħlijiet f 'tal-Gżira, imbagħad l-attenzjoni ddur fuq dak ta' Ħal Qormi. "Fl-istess waqt, ma nistgħux ninjoraw iċ-ċentri l-oħra, u nħallu żmien twil sakemm nagħtuhom l-attenzjoni. Għamilna investiment kbir anke fl-apparat taċ-ċentri, bħal apparat tal-għajnejn għal min ibati biz-zokkor, apparat tal-fiżjoterapija." "Minbarra r-rinovar drastiku ta' kull ċentru," kompla jispjega Degabriele, "qed ikun hemm xogħlijiet minuri fiċ-ċentri l-oħra, li jifilħu ftit ieħor għal xogħlijiet ikbar, imma jsiru dan biex ma jaqgħux lura." Għaldaqstant, din il-gazzetta tistaqsi lil kap tad-dipartiment tal- kura primarja jekk jaħsibx li kienet kwistjoni ta' mmaniġġjar ħażin meta r-riżorsi u l-enerġija kollha ġew iffukati fuq il-proġett maġġuri ta' Mater Dei, u fl-istess waqt ġew prattikament injorati ċ-ċentri tas- saħħa l-oħra. Għal dan, Degabriele jwieġeb li din it-tip ta' prattika tmur kontra dak li ħaddnet id-dinja kollha, li ħadd m'għandu jinvesti fil-kura sekondarja qabel ma tinvesti fil-kura primarja. "Ikollok sistema sostenibbli meta jkollok servizz ta' kwalità għolja, bl-ispiża tkun waħda baxxa. Dik se ssibha biss fil-kura primarja, għaliex meta tmur l-isptar, mill- ewwel se tmur fuq MRIs, u affarijiet li se jtellgħu l-ispejjeż. Imma jekk inti se tipprevjeni milli n-nies jimirdu, mhux se jkollok għalfejn tikkurahom iktar 'il quddiem." Is-servizzi qed jiżdiedu...imma n-nies jafu bihom? Renzo Degabriele elenka numru kbir ta' servizzi mediċi li jiġu offruti fid-diversi ċentri tas-saħħa, u sostna li f 'diversi mill-każi, ħafna persuni jistgħu jinqdew minn dawn iċ-ċentri minflok wieħed ma jmur direttament fl-Isptar, bil-konsegwenza li jinħoloq dewmien żejjed, u telf ta' ħin imprezzabbli. "Mir-rapport tal-NAO, deher kif 23% ta' dawk il-persuni li marru biex jinqdew l-emerġenza ta' Mater Dei, setgħu jinqdew miċ- ċentri tas-saħħa. Jiġifieri nafu li hija importanti mmens li nagħmlu kampanja ta' reklamar tas-servizzi tagħna, u dan diġà bdejna nagħmluh permezz ta' reklamar fil-gazzetti, fit-televiżjoni u permezz tal-media soċjali." Kompla jsostni li bħala dipartiment jinsabu konxji li jeħtieġ li jitkabbar l-għarfien dwar is-servizzi li qed jingħataw sabiex tonqos iktar id-dipendenza fuq Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt 23% ta' dawk il- persuni li marru biex jinqdew l-emerġenza ta' Mater Dei, setgħu jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa " " Definittivament m'għandniex inwaqqfu l-bereġ, anzi huma xi ħaġa li trid tissaħħaħ " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2016