Illum previous editions

illum 14 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/714705

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 513 • 14 ta' Awwissu 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista esklussiva mal- President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Iżlandiża Geir þorsteinsson Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 4 Tbassir għal xitwa sħuna b'riperkussjonijiet gravi fuq Malta minn Albert Gauci Cunningham "RESQIN biex insiru deżert'. Dan sostnieh mal-ILLUM l-eks Assistent Direttur fid- Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent fil-MEPA Alfred Baldacchino b'reazzjoni għal tbassir li juri kif għat- tieni sena konsekuttiva hemm probabilità reali li pajjiżna u ż-żona tal- Mediterran jerġgħu jiffaċċjaw temperaturi ogħla min- normal matul l-ewwel tliet xhur tal-istaġun xitwi li jmiss. Mal-ILLUM, l-eks Kap tal-Uffiċċju Metereoloġiku u r-Rappreżentant Permanenti tal-Gvern Malti fl- Organizzazzjoni Dinjija tal- Metereoloġija Charles Galdies jispjega kif it-tbassir mill- Istitut Internazzjonali tar- Riċerka fil-Klima u s-Soċjetà fl-Università ta Kolumbja għax-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar tas-sena d-dieħla juru illi Malta mistennija, għal darb'oħra, tiffaċċja tempertauri li huma "ogħla min-normal". Fil-fatt, jgħid illi l-previżjonijiet għax-xitwa 2017 "juru probabilità ta' bejn 40% u 50% ta' temperaturi li huma ogħla min-normal. Jekk dan il-persentaġġ huwa korrett," kompla jgħid Galdies mal-ILLUM, "allura huwa probabbli ħafna li nistennew temperaturi li huma simili għal dawk osservati matul ix- xitwa li għaddiet." Baldacchino ma jomgħodx kliemu u jgħid li Malta riesqa lejn "diżastru ekoloġiku, u xitwa oħra xotta se jkollha riperkussjonijiet kbar fuq pajjiżna għax se tgħaġġel il-proċess li bih qed jispiċċa l-ilma, qed imutu s-siġar, l-agrikoltura qed tmut u l-għelieqi jitħallew żdingati. Resqin biex insiru deżert bla ilma." Tkompli f 'paġni 8 u 9 1,000 applikazzjoni għall-bini f 'xahar wieħed biss minn Albert Gauci Cunningham LAWTORITÀ tal-Ippjanar, bħalissa fl-aħbarijiet minħabba d-deċiżjoni dwar il-proġetti ta' Townsquare f 'Tas-Sliema u proġett ieħor ta' bini għoli fl-Imrieħel, qed tiffaċċja pressjoni qawwija immens minn numru staordinarju ta' applikazzjonijiet għall-bini. L-ILLUM tinsab infurmata illi fl-aħħar xahar biss l-awtorità ġew quddiemha xejn inqas minn 1,000 applikazzjoni ġdida ta' bini mingħand individwi jew kumpaniji differenti. B'riżultat ta' dan l-awtorità qed tiffaċċja problema, bir-riżorsi tagħha jiġġebbdu sal-massimu. L-ILLUM hija infurmata li din l-'isplużjoni' fin-numru ta' applikazzjonijiet tiġi wara attività iktar kajmana fl- industrija tal-konstruzzjoni sforz l-inċertezza li ħolqot il-kwistjoni politika tal- Panama. Fil-fatt, l-ILLUM hija infurmata illi matul dan il- perjodu l-Awtorità tal-Ippjanar rat in-numru t'applikazzjonijiet għall-bini jaqa' b'madwar 400. Tal-Housing jinvestigaw LAWTORITÀ tad-Djar qed tinvestiga l-każ soċjali li kien irrapurtat fuq din il-gazzetta bħal-lum ġimgħa. Wara li l-ILLUM irraportat kif mara qed tgħix mal-erba' wliedha f 'żewġt ikmamar issa tinsab infurmata li dan il-każ qed ikun investigat u jingħata l-attenzjoni meħtieġa "flimkien ma' applikazzjonijiet oħra li jaqgħu fil-kriterji ta' homeless." Fil-fatt l-Awtorità tad-Djar infurmat lil din il-gazzetta kif l-investigazzjoni fuq fil-każ ta' Joanne* beda lura f 'Mejju li għadda l-ispettur "mar jagħmel spezzjoni fir-residenza u sab lil Joanne f 'dan il-post li jikkonsisti minn żewġt ikmamar u li ma kienx fi stat li jgħixu ħames persuni fih." * Joanne huwa isem fittizju Tkompli f 'paġna 11 Se nsiru deżert

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 August 2016