Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Ittri 20 Liema direzzjoni għall- futur tat-turiżmu? J. Bonnett Balzan, Balluta 100 bniedem 100 fehma jgħid il-qawl, u minkejja li kkalkulajt li kien hemm madwar dak in-numru għal 'Business Breakfast' li sar f 'sala ta' stabbiliment ewlieni fl-aħħar ta' Lulju, kien hemm ftit ideat varji dwar liema direzzjoni għandu jsegwi t-turiżmu u l-Air Malta. Kompartamentalizzazzjoni u frammentazzjoni: Pereżempju d-deputat kap ta' waħda mill- entitajiet tat-turiżmu wara li kkwota diversi ċifri u daħal fid-dettall, stqarr li t-turiżmu ma jistax jittieħed f 'iżolament. Osservazzjoni naturali wieħed għandu jifhem għaliex l-ekonomija tajjeb taħdem b'ingranaġġ bejn id-diversi setturi. Però sfortunatament dawk preżenti aktarx li kienu ġejjin minn settur omoġenju. L-organizzaturi u l-isponsors nedhew laqgħa tassew akkoljenti u la mort kmieni stajt nara l-aħħar irtokki professjonali qabel bdiet. In-nuqqas ta' interess minn setturi oħra ma jawgurax tajjeb. Stennejt li ser nara jekk mhux xi student tal-ITS, xi għalliem tagħhom. Kif ukoll xi ekonomisti, periti, ħaddiema tal-finanzi, soċjologi. Mid- diskussjoni li żviluppat wara li l-kelliema taw l-opinjoni fil- qosor, moderata mill-ġurnalista tal-organizzaturi ta' The Malta Business Weekly tal-iStandard Publications, ħarġu ż-żewġ ideat diverġenti dwar il-futur tal-Air Malta. Il-ħin kien limitat u dak li jkun wara l-kolazzjon ħtieġlu jmur fuq il-lant tax-xogħol li jikkonkludi l-ġimgħa. Personalment l-intervent li xtaqt nagħmel naħseb jinftiehem iżjed minn dawn il-paġni. Naqbel ma' min jgħid li d-deċiżżjonijiet dwar assi strateġiċi għandhom jibqgħu jittieħdu hawn Malta. Issemmiet il-ħeffa li wieħed jieħu deċiżjoni ta' self kbir minn bank lokali u l-estazzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħha minn band'oħra. Jien immur oltre minn hekk. Wieħed għandu jqabbel kemm żviluppa Marsaxlokk li hu lokalità tas-sajd f 'pajjiż żgħir imma indipendenti bħal Malta u Marsamemi fi Sqallija, lokalità oħra tas-sajd, 60 mil fit-Tramuntana tagħna f 'reġjun f 'pajjiż ġgantesk ħdejn Malta, b'tant problemi li 'jinsa' l-periferiji u komunitajiet żgħar. Marsamemi li naħseb għadu rieqed ir-raqda bin-nuqqas ta' żvilupp tal-Medju Evu li jieħu n-nifs meta xi gruppi ta' turisti minn Malta jżuruh u jħallu ftit ewro warajhom. Punt tajjeb li semma' hu li bl-iżvilupp tat-turiżmu m'għandniex nantagonizzaw lir-residenti għaliex inkella nitilfu selling point ewlieni. Iżda mbagħad wara laqgħat bħal dawn wieħed ma jistax ma jistqasix: min qed jisma'? U ser jinbidel xi ħaġa jew ser nibqgħu bħal qabel il-gwerra bierda, min fil-Lvant u min fil-Punent? Ma nafx kif mistieden, iżda s-Shadow Minister tat-Turiżmu, b'differenza minn ftit xhur ilu, ma jidhirlix li kien hemm fis-sala għax nimmaġina li żgur kien jgħid tiegħu. Niddefendu dak li fostna huwa kontroversjali M'għandekx aptit toħroġ tixtri l-gazzetta? Abbona biex tkun tista' taqra l-ILLUM għal sena sħiħa b'mod diġitali kull nhar ta' Ħadd għall-prezz ta' €35 biss. Min jabbona jidħol fi ċ-ċans li jirbaħ bosta rigali. Żur is-sit http://www.maltatoday.com.mt/illumdigitaledition/ www.illum.com.mt Lino Ellul, San Ġwann WARA dik l-intervista diretta u interessanti dwar il-festi Maltin, (li saret minnek Sur Editur, fl- Illum 07 ta` Awwissu, mas- Sur Mario Coleiro). Bla ebda dubju jiena nemmen li għalina l-Kattoliċi Maltin u Għawdxin, żgur li t-tieni l-akbar festa wara t-tlugħ fis-sema ta` Kristu, huwa tlugħ fis-sema bir- Ruħ u l-Ġisem ta` Santa Marija! B`danakollu meta b`kawża li din id-Domma li seħħet fl-1 ta` Novembru 1950 tgħid biss, "l-Vergni Marija, wara li temmet il- kors ta` ħajjitHa fid-dinja, kienet imtellgħa bir-Ruħ u bil-Ġisem fil-glorja tas-sema;" altru li ħafna fostna baqgħu fil-libertà x` jemmnu, dwar jekk il-Vergni Marija mititx, jew jekk raqditx qabel ma telgħet fis-sema! Mentri allura tajjeb li niftakru, li bħala xhieda għal dan it-twemmin, hemm pittura li tinsab fil-Louvre ta' Pariġi; (għaliex meta fis-sena 1606, Caravaggio pitter id-domitoru tal-Verġni Marija għall-Komunità Karmelitana, dawn ma aċċettawhiex) għaliex dehrilhom li f`dik il- pożizzjoni mpittra, il-Verġni Marija kienet tidher mejta u mhux rieqda, kif kienu jemmnu huma? Min-naħa l-oħra tajjeb li niftakru wkoll, li biex il-Verġni Marija setgħet tissejjaħ l-Immakulata Kunċizzjoni, (Domma tal-Fidi Definita sa mis- sena 1854 u kkonfermata minnHa stess ġewwa Lourdes fis-sena 1858) bilfors li Hija kienet meħlusa kemm mid-dnub oriġinali, kif ukoll minn kull xorta ta` dnub; għaliex appuntu sa mill-eternita` Hija kienet mifdija minn Kristu! U jekk min-naħa l-ohra, kemm ħafna mill-għorrief tal-Knisja, kif ukoll meta ħafna fostna l-Maltin u Għawdxin ilna nemmnu dan it-twemmin għal mijiet u mijiet ta` snin 'il bogħod mil-lum! ....Kif qatt jista` jkun li (għaliex l-Appostli ħasbu li mietet u allura difnuha) jiena għandi nemmen li l-Immakulata Kunċizzjoni mietet u mhux biss kienet f`koma, sakemm ir-Ruħ u l-Ġisem Immakulat Tagħha kellu jinbidel f`Ġisem glorjuż? Għax fil-każ, meta ġisimha kien mejjet fil-qabar, (u allura bilfors li ruħha kellha tinfired minn ġisimha) tgħid allura dan ifisser li wara li ġisimha kien mejjet bla ruħ fil-qabar Alla bagħat lir-ruħha minn fejn kienet, biex Hija setgħet tidhol trijonfalment fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem li Hija kienet ħalliet warajHa fil- qabar? Appuntu jiena nemmen li din id-Domma dwar it-tlugħ fis-sema ta` Santa Marija, m`għandiex tibqa` Domma konraversjali fostna l-Kattoliċi, iżda aħna għandna nemmnu din id-Domma, bħala Domma tal-fidi kif tassew hi; għaliex dak kollu li fostna jibqa` kontroversjali, ikun ifisser biss tfixkil għalina l-Kattoliċi! Bir-rispett kollu lejk u lejn l-intelliġenza Kattolika.