Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 516 • 4 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' David Elleray Ara paġni 34 u 35 Geared for Excellence. QORMI | BIRKIRKARA | LIJA | MSIDA MOTORS INC. IS A JOINT VENTURE BETWEEN PATER GROUP, TUM INVEST GROUP AND UNITED GROUP. Tliet kwarti ta' miljun fis-sassla Franġiskana Taraġ ta' €1 miljun biex minn tal-linja titla' s'għand il-Ministru minn Albert Gauci Cunningham ISSASSLA tal-Franġiskani Konventwali fir-Rabat Għawdex mistennija timtela' mhux ħażin hekk kif missithom ix- xorti li jirċievu madwar €750,000 fi flus għall- esproprijazzjoni ta' biċċa art, grazzi għal taraġ li l-Gvern iddeċieda li jrid jibni bħala parti minn proġett li se jsir fl-inħawi. L-ILLUM tinsab infurmata li dan it-taraġ li se jsir biex jgħaqqad il-venda tal-linja tar-Rabat Għawdex ma' Pjazza San Franġisk, fejn hemm il-Ministeru t'Għawdex, se jiswa mal-€1 miljun. Dawn jinqasmu fi kważi €750,000 lill- Franġiskani u €350,000 għall- bini tat-taraġ waħdu mingħajr finishings. Il-proġett kollu kemm hu se jkun qed jiswa €3 miljuni, li jfisser allura li dan it-taraġ waħdu, li minn tal-linja jieħdok s'għand il-Ministru, se jammonta għal 33% tan-nefqa totali. Tkompli f 'paġna 6 Tiela' Tiela' Tiela' 50 SULAR METROPOLIS: Se jerġa' jirxoxta bil-possibbiltà li jilħaq is-sema... mistenni jintagħżel id-disinn tal-arkitett Erik Von Egeraat minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tinsab infurmata li n-negozjant Libjan Jalal Husni Bey mistenni jerġa' jinjetta l-ħajja fil-mega proġett multi-miljunarju ta' Metropolis fil-Gżira, billi jħabbar ir-rebbieħ tal- kompetizzjoni għad-disinn ġdid tal-bini. L-ILLUM għandha f 'idejha numru minn dawn id-disinni li qed ikunu kkunsidrati, b'uħud minnhom saħansitra jilħqu l-50 sular, jew 12-il sular ogħla mill-bini approvat fil-proġett ta' Townsquare f 'Tas-Sliema Sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu li kollox qed jindika li d-disinn rebbieħ, minn dawk preżentati, se jkun dak tal-Arkitett Olandiż Erik Von Egeraat, li mistenni jirriloka l-ħidma tiegħu f 'Malta u li diġà qed joffri xi forma ta' konsulenza fuq il-proġett tat-torrijiet tal-Imrieħel, kif ukoll dak ta' Villa Rosa fil- Bajja ta' San Ġorġ. Von Egeraat huwa magħruf għal bosta disinni li rebaħ, fosthom l-Università ta' Sberbank f 'Moska, l-Università ta' Erasmus fl-Olanda u d-disinn tal-bank Ċentrali Libjan. Tkompli f 'paġna 4 Erik Von Egeraat 'Il-papà kien u baqa' dejjem soċjalist' Ara paġni 12 u 13 Yana Bland Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016