Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

K ien ta' sodisfazzjon li rajna din il-ġimgħa kif il-credit rating agency DBRS tat vot ta' fiduċja ieħor fl- ekonomija ta' pajjiżna u allura, fit-treġija tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Però, personalment, kien ta' sodisfazzjon għalija li d-DBRS tfaħħar b'mod dirett u ċar ix- xogħol kbir li sar biex iddaħħlu strutturi u riformi legali għal governanza aħjar f 'oqsma bħalma huma l-Whistleblowers' Act, it-tneħħija tal-preskrizzjoni minn reati ta' korruzzjoni magħmula mill-politiċi u l-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti. Fil-fatt, bil-kontra ta' dak li jgħid Simon Busuttil, id-DBRS tgħid hekk: 'the government is making additional efforts to improve governance and further reduce the scope for corruption, including by passing a Whistleblower's Act and removing the prescription period for cases of corruption involving Members of Parliament.' Id-DBRS tgħid ukoll li dan il-Gvern qed juri impenn biex jirranġa nuqqasijiet li ddominaw fil- passat b'rabta mal-governanza u li din il-politika tagħti ferm aktar stabbiltà lir-rating ta' pajjiżna. Kif dejjem ngħid: mod tagħmel 25 sena tpaċpaċ u mod tagħmel 4 snin twettaq. Qed inħallu legat għal tà' warajna li żgur li jwassal għal amministrazzjonijiet aħjar u governanza mtejba. Din l-aġenzija internazzjonali ta' kreditu tgħid ukoll li pajjiżna jgawdi minn istituzzjonijiet pubbliċi b'saħħithom. Din hija wkoll ħaġa ta' sodisfazzjon kbir għaliex dawn l-istituzzjonijiet ewlenin huma taħt attakk kontinwu u feroċi mill-Kap tal- Oppożizzjoni. S'intendi nħalli f 'idejn in-nies jekk jagħżlux li jemmnu l-istituzzjonijiet internazzjonali jew inkella lil Simon Busuttil. Ekonomija L-Ekonomija sejra dejjem għall-aħjar. Id-DBRS tat rating 'A' għal pajjiżna u qalet ċar u tond li dan ir-riżultat jirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-familji Maltin u l-bilanċ pożittiv fil- pagamenti internazzjoni ta' pajjiżna. Malta diġà, matul is-sena l-oħra, kellha t-tieni l-ogħla tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, id- DBRS qed tbassar li l-ekonomija ta' pajjiżna tikber b'4.2% din is-sena. Din hija reviżjoni 'l fuq mit-3.6%, li kienet tbassret ftit tax-xhur ilu. Skont l-esperti tad-DBRS, il-qasam tax-xogħol se jibqa' b'saħħtu, sostnut mid- domanda domestika qawwija. Dawn huma aħbarijiet pożittivi ferm. L-aħbarijiet tajba jkomplu: l-esperti tad-DBRS, fejn jidħlu l-finanzi tal-pajjiż, jgħidu li 'the reduction of the fiscal deficit is also progressing. The deficit fell to 1.5% of GDP in 2015 from 4.2% in 2008, largely supported by higher tax revenues, which have benefitted from rising wages, strong corporate profits and increased investment into Malta'. Ir-rapport tad-DBRS jinnota kif, wara li kien laħaq 70% tal-ġid nazzjonali, il-piż tad-dejn pubbliku issa naqas taħt l-64% u sa tmiem din il-leġiżlatura se jonqos taħt is-60%. L-aħħar darba li Malta kellha rata ta' dejn nazzjonali daqshekk baxx kien fl-1998. Id- DBRS tinnota li dan it-tnaqqis huwa frott miżuri li ttieħdu biex titjieb il-qagħda finanzjarja tal-Gvern. L-analisti tad-DBRS jgħidu li 'important improvements in fiscal management have been undertaken, after weak fiscal performances in the past' filwaqt li jfakkru kif, fis-snin preċedenti, Malta kienet iddaħħlet tliet darbiet mill-Kummissjoni Ewropea fil- proċedura tad-defiċit eċċessiv. Deċiżjonijiet għaqlin Meta taqra r-rapport tad- DBRS tintebaħ li hemm rabta bejn dawn ir-riżultati ekonomiċi stupendi u deċiżjonijiet għaqlin li ttieħdu mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Jissemma, per eżempju, t-twaqqif tal- Kunsill Fiskali u r-ristrutturar tal-kumpaniji pubbliċi, l-aktar fl-Enemalta u l-Air Malta, u ssostni li dan naqqas ir-riskji finanzjarji għal pajjiżna. Dawn l-esperti jfaħħru wkoll ir-riformi fil-qasam tal- pensjonijiet li lkoll nafu kemm huma ta' benefiċċju sew għall- pensjonanti u sew għall-pajjiż kollu kemm hu. Quddiem dan ir-riżultat eċċellenti, il-Gvern kien kommess li mhux se jieqaf hawn iżda se jkompli jaħdem bla nifs. Il-Prim Ministru diġà qal li se jżid il-pass ta' riformi u bidliet ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta' pajjiżna tkompli tissaħħaħ għall-ġid tal- familji tagħna. Dak li nnutat id-DBRS hija bażi soda għal aktar suċċess fiż- żmien li ġej. Il-ħajja fil-Belt Kellna wkoll il-pubblikazzjoni ta' żewġ surveys li saru mill- Eurobarometer dwar kif jaraw ir-residenti tal-Belt il-ħajja fil-Belt Valletta. Kien hemm min qal li s-surveys kienu fost il-Maltin kollha – ma kienx il-każ. Is-surveys kienu fost ir-residenti tal-Belt dwar il-Belt kapitali u jsir eżami komparattiv mar-residenti ta' bliet kapitali oħra Ewropej f 'diversi pajjiżi Ewropej. Kellna riżultat pożittiv u ieħor negattiv. Ħa nibda bil-pożittiv. Jirrizulta li prattikament kull min joqgħod fil-Belt Valletta jitkellem b'mod pożittiv dwar il-ħajja fil-Belt u li l-kwalità tal-ħajja tjiebet fuq tliet snin ilu. Dan jimlina b'kuraġġ biex inkomplu naħdmu. Għax ngħiduha kif inhi: veru li l-Belt ħadet il-ħajja u ħadet ir-ruħ iżda dan jista' jikkawża sfidi ġodda għal min joqgħod il-Belt u kien imdorri f 'ċertu kwiet u serenità. Għalhekk kien ta' sodisfazzjon li meta titfa' kollox fil-miżien issib li l-ħajja fil-Belt Valletta – skont ir-residenti tal-Belt - hija aħjar mill-ħajja kif jarawha residenti ta' għadd ta' Bliet Kapitali oħra fl-Ewropa. Jirrizulta wkoll – u hawn se nidħol fin-negattiv – li r-residenti tal-Belt mhumiex kuntenti dwar il-faċilitajiet kulturali li għandna fil-Belt Valletta. Bħala stat ta' fatt huwa vera li pajjiżna, komparat ma' pajjiżi oħra, għandu nuqqas ta' infrastruttura kulturali li aħna impenjati mija fil-mija li nimlew. Dan hu pajjiż li kellu jħalli għomor bniedem jgħaddi biex bena mill-ġdid l-Opera House u meta bnieha mill-ġdid ħalla s-saqaf barra. Dan hu pajjiż li kien proprju s-sena l-oħra li rrestawra żewġ Fortijiet ewlenin f 'pajjiżna – Sant Anġlu u Sant Iermu wara ġenerazzjonijiet sħaħ ta' telqa u abbandun. Aħna impenjati li nimlew dan il-vojt fl-infrastruttura kulturali u fix-xhur li għaddew attakkajna kull ċenteżmu disponibbli f 'fondi Ewropej b'mod kompetittiv u miftuħ biex nagħmlu dan. Biss, nemmen li rridu mmorru iktar minn hekk u nifhmu aħjar x'qed jippretendu u jridu r-residenti tal-Belt minna. Għalhekk tlabt lill- fergħa tal-istrateġija tal-Kunsill għall-Arti biex tanalizza iktar fil-fond dan is-survey u tiġi b'rakkomandazzjonijiet. Se naġixxu. Aċċident Sentejn ilu jiena kelli aċċident sfortunat bil-karozza. Esperjenza kerha ħafna. Il-qata' li kont ħadt dakinhar m'jien se ninsieha qatt. Naf ħafna persuni li għaddew mill-istess esperjenza tiegħi u kollha jgħidulek kemm hi esperjenza diffiċli u ta' swied il-qalb. Bħal kull ċittadin ieħor, kont tlajt il-Qorti tal-Maġistrati per konsegwenza ta' dan l-aċċident u ħriġt liberat minn kull akkuża ta' sewqan traskurat jew perikoluż. Ħriġt liberat għaliex kien proprju aċċident sfortunat. Matul il-proċess kollu ikkoperajt kemm mal- awtoritajiet, kemm mal- kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħi (jiena għandi assigurazzjoni full) u kemm mal-persuna involuta fl- aċċident li anke weġġħet. L-insurance tiegħi qalet lill- persuna involuta fl-aċċident li hi disposta tħallas dak kollu li hu dovut skont il-liġi. Sfortunatament l-insurance tiegħi u l-persuna involuta fl- aċċident mhumiex jaqblu dwar kemm wieħed għandu jithallas. Bħal f 'kull każ ieħor fejn ma jkunx hemm qbil, hemm il- Qorti Ċivili li tiddeċiedi. Lill-avukat tal-insurance tiegħi, li bħalma jiġri f 'dawn it-tip ta' każijiet qed jieħu ħsieb għalija l-każ hu, tlabtu biex jassigurani li fil-pronunzjamenti tagħna fil-Qorti nikkoperaw kemm jista' jkun sabiex il- Qorti Ċivili tasal dritt għal- likwidazzjoni tas-somma tal-ħlas mingħajr dewmien u mingħajr battibekki legali żejda. Kif wara kollox għandu jkun meta jseħħu aċċidenti totalment sfortunati bħal dawn. Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI "Mod tagħmel 25 sena tpaċpaċ, u mod tagħmel erba' snin twettaq. Qed inħallu legat għal ta' warajna" Konferma minn esperti internazzjonali dwar il-ġid tar-riformi għal governanza aħjar Il-Prim Ministru diġà qal li se jżid il-pass ta' riformi u bidliet ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta' pajjiżna tkompli tissaħħaħ għall-ġid tal-familji tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016