Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

I l-ћassieb Grieg Platun jitkellem fuq tliet aspetti tal-personalità tal-bniedem: ir- raġuni li hi l-parti li tiddelibera u tiddeċiedi, u li jekk ma tkunx imxekkla tfittex il-verità u t-tajjeb; ix-xewqat gћall-affarijiet tal-'ġisem' bћal ikel, sess u flus; u aspett ieћor li spiss jiġi tradott bћala 'rieda' jew 'spirtu', imma li jindika dak l-aspett tal-personalità tal- bniedem li hu marbut mat- tqanqil gћal affariijet gћolja, mad-dinjità tiegћu nnifsu li wieћed ikollu u mal-bżonn li din tiġi rikonoxxuta mill- oћrajn. Biex il-bniedem ikun tassew bniedem, jeћtieġ li dawn it-tliet aspetti jkunu mseddqa. Sfortunatament iżda, spiss niffukaw fuq l-ewwel tnejn, jekk mhux esklussivament fuq it- tieni wieћed. Infatti meta nitkellmu dwar 'bżonnijiet' spiss nitkellmu naћsbu dwar affarijiet bћal ikel, xorb, flus u djar; affarijiet marbuta ma dan l-aspett tal-personalità. (Rigward l-ewwel aspett, bosta minn dak li niġbru taћt il-kliem 'edukazzjoni', 'informazzjoni' u l-bqija, u li suppost jgћinu l-dak li jkun biex ixettel ir-raġuni, jispiċċa joqtolha. Fuq dan imma, mhux ser nitkellem hawnhekk.) F'li ġej ser nitlaq minn ftit tћammim kitiku fuq ir- rapport dwar il-bżonnijiet meћtieġa gћall-gћixien li ћareġ ftit xhur ilu mill- Caritas. Bi tћammim kritiku mhux qed nifhem xi ћaġa li tmaqdar imma li tara u tirrifletti dwar il-limiti ta' dak li tћammem dwaru. Limiti mhumiex żbalji jew nuqqasijiet, imma punt sa fejn xi ћaġa tilћaq, liema punt jista' jkun hemm affarijiet oћra lil hinn minnu. Se ninnota limitu li fih ir-rapport mhux gћax ir-rapport hu ћażin; hu biċċa xogћol eċċellenti li jistћoqqlu kull tifћir u li gћandu jkun moqri u mgħarrex minn min fl-elezzjoni li jmiss beћsiebu jivvota jew jipproponi ruћu bћala kandidat. Madankollu, bћal kull biċċa xogћol oћra, gћandu l-limiti tiegћu. Limiti li jirriflettu dak li gћidt fl-ewwel paragrafu u li saћansitra wћud milli senslu r-rapport, gћarfu. Ir- rapport innifsu juri tendenza li hi wisq aktar mifruxa, u li dwarha se nikkummenta fl- aћћar parti tal-artiklu. Ir-rapport Ir-rapport tal-Caritas hu rapport li twieled mhux biss mill-qalb imma wkoll mill- moћћ ta' dawk li sensluh. Ġabar flimkien esperti mill- qasam soċjali, ekonomiku u oћrajn. Ir-rapport wera li meta wieћed iqabbel dak li jiswew il-ћtiġijiet materjali bażiċi li wieћed jeћtieġ (ikel, kera, saћћa u affarijiet bћal dawn) ma' kemm jaqlaw nies fl-aktar saffi baxxi fis-soċjetà, wieћed jinduna li dawn m'gћandhomx biżżejjed gћal ћtiġijiet materjali bażiċi tagћhom. Kritika li kien hemm min gћamel kienet li dan qagћad attent iżejjed fil-figuri li uża; li fil-verità, wieћed jeћtieġ aktar mill-ammont imqanċaċ iżżejjed li r-rapport isemmi li hu meћtieġ. Jien mhux beћsiebni niffoka fuq dawn it-tip ta' limiti madankollu. Se niffoka fuq limitu ieћor: fuq il-fatt li fir-rapport, kif ukoll f 'bosta mid-diskors dwar il-faqar li jsir f 'pajjiżna – kemm minn dawk li jgћidu m'hawnx faqar jew li jwaћћlu fil-foqra nfushom, u kemm minn uћud li jaћdmu mal-foqra biex jgћinuhom (qed jiġuni f 'moћћi diversi social wokers li naf ); ma jiġix ikkunsidrata wiċċ ieћor tal-faqar; wiċċ fejn il-faqar hu marbut mal-aspett tal- personalità tal-bniedem li jinvolvi d-dinjità u l-gћarfien minn ћaddieћor ta' din. U bћalma ġa gћidt, dan il- limitu mhux xi nuqqas jew żball fir-rapport, imma xi ћaġa li tmur lil hinn mill- gћanijiet ta' min kitbu. Sigaretti, dwiefer u dinjità Ir-rapport tal-Caritas ma nkludiex affarijiet mhux meћtieġa gћall-ћajja ta' kuljum bћas-sigaretti. Ma nkludiex ovvjament, affarijiet li skont ћrafa mifruxa fost bosta minn dawk li jew jiċћdu li hawn faqar jew iwaћћlu fil-foqra, bosta minn dawk li jissejћu foqra jaћlu flushom fihom, bћad-dwiefer dekorattivi tan-nisa. Ovvjament dawn mhumiex meћtieġa gћall- ћajja. Hu fatt madakollu, li mhux persuna jew tnejn li jinsabu taћt jew qrib il- linja tal-faqar jiddandnu b'affarijiet bћal dawn. Dan il-fatt jiġi meћud bћala prova li ћafna mill-faqar, jew bosta minnu, hu tort ta' min hu jew issejjaћ lilu nnifsu fqir. Hi ћaġa ċara li persuna li ma jkollhiex affarijiet bћal dawn, mhux se tmut bil- ġuħ. Madankollu spiss hu simplistiku żżejjed li tirriduċi affarijiet bћal dawn gћal gћażliet ћżiena. In-nies ma jagћmlux l-gћażliet tagћhom ġo deżert; jagћmluhom f 'soċjetà konkreta u reali. Fis-soċjetà li fiha ninsabu, id-dinjità ta` persuna – li kif intqal hi fattur essenzjali gћall-iżvilupp tal-personalità ta' dak li jkun - hi spiss marbuta ma' affarijiet bћal suċċess fix-xogћol u fl-edukazzjoni (jiġi fiċ- ċertifikati), fl-isfera familjari, infiq u d-dehra (b'din tkun dettata minn min gћandu setgħa fuq il-ћsieb jiddetta l-modi kif ikunu.) Hu ta' min jiskanta gћalhekk li persuna li ma tkunx gћamlet suċċess fl-oqsma tax-xogћol u flus, li l-ћajja u r-rabtiet familjari tagћha aktarx ћadu daqqa (anke minћabba dan), li ma jkollhiex wisq ċertifikati akkademiċi, hu li hi l-aktar vulnerabbli gћall- bumbardament medjatiku li jorbot id-dinjità mad-dehra, ser tmur tagћmel difrejha kif ikollha l-okkażjoni? Difrejha gћandhu mnejn ikunu – f 'gћajnejha – l-unika ћaġa li fiha tћoss li hi aћjar mid- dottoressa jew mis-sinjura; li f 'gћajnejha (u aktarx f 'gћajnejha biss) tgћollilha d-dinjità tagћha. X'qed nissuġġerixxi? Li l-gvern jibda jagћti l-flus gћad-dwiefer u l-ġiżirani tad-deheb? Xejn affattu. Qed nissuġerixxi tliet affarijiet. L-ewwel nett li bћala soċjetà nirrikonoxxu li hemm xi ћaġa mnellћa fil-kejl li bihom inqisu x'inhu suċċess ta' persuna. Li gћandna nqajmu kuxjenza kritika dwar dawn in-nuqqasijiet. U li min bћali jinsab gћaddej mhux ћażin, jipprova jilbes iż-żarbun ta' persuna u jimxi mil jew tnejn b'dan qabel jiġġudika. Michael Grech huwa opinjonista xellugi Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Opinjoni 19 Mhux bil-ћobż biss "Difrejha gandhu mnejn ikunu l-unika aġa li fiha toss li hi ajar mid- dottoressa jew mis-sinjura; li f 'gajnejha tgollilha d-dinjità tagha" Ir-rapport tal-Caritas ma nkludiex affarijiet li skont ћrafa mifruxa, bosta minn dawk li jissejћu foqra jaћlu flushom fihom, bћad-dwiefer dekorattivi tan-nisa MICHAEL GRECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016