Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
Tkompli minn paġna 1 LILLUM staqsiet ukoll lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja jekk il- union ingħatatx xi forma ta' indikazzjoni mill-Gvern dwar jekk il-proposta hux se tiġi milqugħa jew le, bir- risposta tkun fin- negattiv. Intant għada se tkun qed tissejjaħ laqgħa maratona tal- MCESD biex ikunu diskussi l-proposti tal-baġit li qed iressqu l-imsieħba soċjali. Il-proposta biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il- ġimgħa "jingħataw lura," diġà sabet reżistenza qawwija mill-għaqdiet ta' dawk li jħaddmu, li jarawha bħala miżura li tnaqqas il- kompetittività. Mhux l-istess jaħsbuha mijiet ta' nies li parteċipaw fi stħarriġ onlajn li sar minn illum. com.mt. Mill- 2,400 persuna li pparteċipaw, maġġoranza qawwija ħafna ta' 66.7% iħossu li dawn il-ġranet 'Gvern tal-PN seraqhom lill- ħaddiem'. Dan kien rifless ukoll fis- sentiment tal-bosta qarrejja li ħallew kummenti, diversi kemm mal-istħarriġ kif ukoll fiq il-paġna ta' Facebook tal- gazzetta ILLUM. Il-maġġoranza tal- qarrejja tal-illum.com.mt ma jinsabux waħedhom fl-appoġġ lejn il-proposta tal-GWU. Fil-fatt, il- Ministru tal-Finanzi tal- lum fl-2005 mal-Malta Business and Financial Times kien fetaħ baraxx kritika għall-argumenti u l-istudji li kien qed iressaq il-Gvern ta' Gonzi, fosthom li din il-miżura se żżid il-produttività b'1.5%, biex jiġġustifika tali miżura. Scicluna kien qal hekk: "Ninsab irrabjat għax inħoss li l-Prim Ministru (Gonzi) kien qed jiġi nsultat meta kien preżentat b'attentat tat-tfal dwar stimi ekonometriċi...lanqas student Universitarju tal- ekonomija, fl-ewwel sena tieħu, ma kien jasal għal din l-informazzjoni." Il-GWU kienet fetħet battalja sħiħa kontra din il-miżura li ddaħlet minn Gvern Nazzjonalista, flimkien ma' diversi miżuri oħrajn li kienu se jolqtu fil-laħam il-ħaj. Fl-1 ta' Frar 2013 l-eks segretarju Ġenerali tal-GWU, Tony Zarb, fil-preżenza ta' Joseph Muscat kien qal li kien qed jistenna li jkun Gvern Laburista li jerġa' jagħti lura dawn il-festi pubbliċi fi ġranet leave lill-ħaddiema. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Ġanni Attard ordnat iħallas €651,175 għal għassa 'inutli' minn Matthew Agius IRRAĦĦAL Għawdxi Ġanni Attard ippreżenta rikors b'urġenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili nhar il- Ġimgħa, fejn talab lill-Qorti sabiex tordna lid-¬Direttur Ġenerali tal-Veterinarji jagħmel it-testijet tad-deni rqiq fuq in-nagħaġ tiegħu, liema testijiet baqgħu qatt ma saru mingħajr ma ngħatat raġuni valida, u fl-istess ħin oġġezzjona li ntalab iħallas €651,175 fi spejjeż ta' pulizija li ġew ordnati jgħassu l-merħla tiegħu. Dan kollu ħareġ f 'kawża li ppreżenta Attard kontra l-Avukat Ġenerali, il- Kummissarju tal-Pulizija u d-Direttur Ġenerali tal- veterninarju. Il-każ ta' Attard, ta' 54 sena li joqgħod San Lawrenz, jitratta l-merħla tan-nagħaġ li huwa jżomm f 'razzett fl-inħawi tal- Pirwilin, limiti tal-Għarb. Waqt is-smiegħ tal-każ f 'Marzu li għadda, il-Qorti tat ordni temporanja fejn waqqfet lid-Dipartiment milli joqtol in-nagħaġ ta' Attard. Dan id-digriet ġie kkonfermat mill-istess Qorti f 'April, filwaqt li ordnat numru ta' kundizzjonijiet ikunu imposti fuq id-dipartiment tal- veterinarji. Fir-rikors, ingħad li fost l-oħrajn, dawn il- kundizzjonijiet jgħidu li l-bhejjem kollha ta' Attard għandhom jiġu identifikati u tagged, kemm b'mod elettroniku kif ukoll permezz ta' 'ear tagging.' Din l-ordni ġiet obduta l-għada mid-Dipartiment, iżda għal xi raġuni, l-istess merħla li ġiet identifikata u ttegjata, ma sarulhiex it-¬testijiet mediċi meħtieġa, kif ġeneralment isir f 'każijiet simili. Id-Dipartiment saħaq li tali talbiet tagħhom huma fl-interess tas-saħħa pubblika. Madankollu, Attard saħaq li l-fatt li l-awtoritajiet naqsu milli jagħmlu t-testijiet meħtieġa, kien jikkontradixxi waħda mill-istess prinċipji li suppost jippromwovu, dik tas- saħħa pubblika. Attard qed jitlob li jsiru t-testijiet għad-deni rqiq (brucellosis), li ġeneralment isir fuq kampjun ta' demm meħud meta titwaħħal l-ear tag. Għalkemm din hija l-prassi, ma saritx fil-każ t'Attard, jgħid fir-rikors. Attard iddeplora dan in- nuqqas u qal li għal ear tag u għat-test tad-deni rqiq, ir-raħħala ta' Malta u Għawdex ma jħallsu xejn, iżda fil- konfront tiegħu, inħareġ kont eżaġerat bl-ewwel wieħed ikun ta' madwar €900 u eventwalment madwar €300 kull darba. Attard żied jgħid li llum il-ġurnata, il-merħla hija kollha identifikata u ttegjata, id-Dipartiment għandu kontroll sħiħ fuq l-annimali tiegħu u għaldaqstant, Attard qal li m'għadx hemm il-ħtieġa tal-Pulizija li jgħassu r-razzett tiegħu. F'ittra li ntbagħtet f 'Awwissu li għadda, Attard jgħid li ġie mitlub iħallas is-somma ta' €651,175 għal din l-għassa 'inutli.' La n-nagħaġ huma kollha ttegjati jekk tonqos xi waħda minnhom Attard huwa responsabbli. Fl-istess waqt, Attard sostna li ilu żmien jipprova jirregolarizza ruħu, madankollu saħaq li sab oppożizzjoni kbira biex il-proċess tiegħu jkunu jista' jitmexxa. Qal li għandu applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar li ġiet sottomessa f 'Diċembru tal-2012, bil-pjanti approvati mid-Direttorat tas-Saħħa Pubblika. Madankollu l-proċess jinsab imwaħħal u dan minkejja diversi talbiet li saru biex il-pjanti jiġu approvati. Għaldaqstant Attard talab lill-Qorti tordna lid- Direttur Ġenerali biex tagħti l-approvazzjoni għal-liċenzja tar-razzett u kif ukoll li jsiru t-testijiet meħtieġa fuq in- nagħaġ. 'Nistenna Gvern Laburista jerġa' jagħti dawn il-festi lura lill- ħaddiem' -Tony Zarb, Frar 2013 "Edward Scicluna ma tantx kien kumplimentuż għall- miżura li neħħiet xi festi pubbliċi mil- leave"