Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT KULL min isegwi l-isport mondjali, qam maħsud hekk kif fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa 3 u s-Sibt 4 ta' Ġunju li għadda, sema' bl-aħbar tal- mewt tal-boxer leġġendarju Muhammad Ali, li ħalla din id-dinja fl-età ta' 74 sena. L-ekschampion mondjali tal- boxing heavyweight u wieħed mill-iktar sportivi popolari u ta' suċċess ta' kull żmien miet fi sptar fil-belt Amerikana ta' Phoenix f 'Arizona wara li kien iddaħħal l-isptar ftit jiem qabel. L-isem propju ta' Muhammad Ali huwa dak ta' Cassius Marcellus Clay u l-ewwel suċċess rimarkabbli fil-karriera tiegħu u li sparah għall-fama internazzjonali kien dak miksub fl-Olimpjadi ta' Ruma fl-1960 meta kien rebaħ il-medalja tad-deheb fil- kategorija light-heavyweight tal-boxing. Imlaqqam bħala l-ikbar wieħed ('The Greatest'), erba' snin wara huwa kien għeleb lil Sonny Liston biex rebaħ l-ewwel titlu mondjali tiegħu biex sar l-ewwel boxer li rebaħ titlu heavy-weight tal- boxing fi tliet darbiet separati. Eventwalment, huwa rtira fl- 1981, fejn kien rebaħ ammont inkredibbli ta' 56 ġlieda mill-61 li kkompeta fihom, fejn rebaħ 37 ġlieda minnhom permezz ta' knock-out. Iżda, barra mir-ring tal-boxing, wieħed ma jridx jinsa wkoll li kien jikkampanja favur drittijiet ċivili, irrispettivament minn sport, razza u nazzjonalità, waqt li kien ukoll poeta. Meta mistoqsi kif jixtieq li jibqa' jiġi mfakkar wara mewtu, huwa kien qal li n-nies jixtieqhom jibqgħu jiftakruh bħala raġel li qatt ma biegħ lin-nies tiegħu. Iżda jekk dan huwa wisq għalihom, jixtieq li jibqa' jiġi mfakkar sempliċiment bħala boxer tajjeb. B'ton sarkastiku kien qal ukoll li ma jagħtix kas li n-nies ma jibqgħux jiftakru kemm kien persuna sabiħa! Muhammad Ali kien beda jipprattika l-boxing fuq livell professjonali immedjatament wara l-Olimpjadi ta' Ruma fl-1960, u baqa' tiela' fir- rankings tal-heavy weight sa ma laħaq il-quċċata fejn kien impessjona lill-eluf kbar ta' persuni li kienu jsegwuh permezz tal-movimenti u r-riflessi inkredibbli tiegħu fuq ir-ring. Ġlieda partikolari li jibqa' mfakkar għaliha kienet dik meta ċ-champion Ingliż tal-boxing, Henry Cooper, kien resaq ferm viċin li jegħleb lil Muhammad Ali, meta huma kienu ltaqgħu f 'Londra lura fl-1963. Dan hekk kif l-Ingliż kien waqqa' lill-boxer leġġendarju Amerikan, iżda Muhammad Ali kien wettaq reazzjoni mill-aqwa u fir- round ta' wara sforza lill- Ingliż biex jirtira minħabba qatgħa fonda li kellu f 'għajnu x-xellugija. Fi Frar tas-sena ta' wara Cassius Clay kompla jisraq ix-xena meta rebaħ l-ewwel titlu mondjali tal-heavyweight meta kien għad kellu biss 22 sena. Huwa kien qal minn qabel li kien se jirnexxielu jegħleb lill-boxer Sonny Liston, li qabel dik il-ġlieda qatt ma kien tilef, iżda ftit kienu emmnuh. Iżda wara s-sitt round kien Muhammad Ali li ħareġ rebbieħ kontra dan l-avversarju li kien ikbar minnu fl-età, u għalhekk ta' iktar esperjenza, li madankollu ma setax ilaħħaq mal-ħeffa ta' Muhammad Ali fuq ir-ring. Fiż-żmien li Muhammad Ali kellu l-ewwel ġlieda tiegħu ma' Sonny Liston, huwa kien diġà involut f 'dak li kien magħruf bħala n-'Nazzjon tal-Iżlam' ('Nation of Islam'), li l-għanijiet ewlenin tiegħu kienu dawk li jitjiebu l-kundizzjonijiet spiritwali, mentali, soċjali u ekonomiċi tal-Amerikani Afrikani fl-Istati Uniti. Iżda b'kuntrast għall-metodu inklussiv li kien qed jiġi mbuttat minn mexxejja favur drittijiet ċivili bħal Martin Luther King, in-'Nation of Islam' kien moviment favur nies ta' ġilda skura biss u għalhekk bdew iqumu s-suspetti fuq dan il-moviment mill-poplu Amerikan. Eventwalment, Muhammad Ali, ikkonverta għar-reliġjon Iżlamika, fejn neħħa ismu propju ta' Cassius Marcellus Clay, li skont hu kien isem ta' skjav biex l-ewwel sar Cassius X, qabel reġa' bidel ismu għal Muhammad Ali. Fl-1967 huwa kien ħa deċiżjoni li ħolqot kontroversja kbira u li għadu magħruf għaliha sal-ġurnata tal-lum. Dan hekk kif huwa kien oppona l-gwerra Amerikana fil-Vjetnam, xi ħaġa li għaliha kien ġie kkritikat ferm mill- poplu Amerikan. Huwa kien ħa din id-deċiżjoni għax irrifjuta li jingħaqad mal- militar Amerikan, xi ħaġa li għaliha patta qares hekk kif kien ittieħidlu l-ewwel titlu mondjali tal-boxing li kien rebaħ u anke saħansitra l-liċenzja tiegħu tal-boxing. Wara dan kollu huwa ma kienx ħa sehem fi ġlieda oħra għal kważi erba' snin sħaħ. Wara li d-deċiżjoni fil- konfront tiegħu talli ma kienx appoġġja l-gwerra Amerikana fil-Vjetnam ġiet irtirata, huwa reġa' rritorna fir-ring fejn iġġieled fi tlieta mill- iktar ġlidiet ikoniċi fl-istorja tal-boxing, u li permezz tagħhom irnexxielu jirbaħ lura r-relazzjoni tiegħu mal- pubbliku sportiv. Fit-8 ta' Marzu tal-1971 huwa sofra l-ewwel telfa professjonali tiegħu kontra l-boxer Joe Frazier f 'dik li ġiet imlaqqma bħala l-'Ġlieda tas-Seklu' fi New York, biex fit-30 ta' Ottubru tal-1974, reġa' kiseb lura t-titlu permezz ta' knock-out fuq tmien rounds kontra l-boxer George Foreman fil- kompetizzjoni 'Rumble in the Jungle', f 'Kinshasa fiż-Zaire li llum hija magħrufa bħala r-Repubblika tal-Congo Muhammad Ali ġġieled kontra Joe Frazier għat- tielet u l-aħħar darba fil- Filippini fl-1 ta' Ottubru tal-1975, fejn ħareġ rebbieħ f 'kompetizzjoni magħrufa bħala 'Thrilla in Manila', meta l-avversarju tiegħu rema x-xugaman fil-15 u l-aħħar round. Wara din il-ġlieda huwa rebaħ sitt titli konsekuttivi qabel huwa tilef bil-punti kontra l-boxer Leon Spinks fi Frar tal-1978, għalkemm reġa' rebaħ it-titlu mondjali sat- tmiem dik l-istess sena. Il-karriera ta' Muhammad Ali ntemmet b'telfiet kontra Larry Homes fl-1980 u Trevor Berbick fl-1981, fejn ħafna kienu tal-opinjoni li huwa kellu jirtira mix-xena tal- boxing ħafna qabel. Kif jiġri ħafna drabi, wara li rtira mill-boxing, bdew iqumu diversi xnigħat u spekulazzjonijiet rigward il-kundizzjoni ta' saħħa ta' Muhammad Ali. Dan hekk kif huwa kien qed jidher bosta drabi jirtogħod waqt li wieħed beda jsibha diffiċli biex jifhmu jitkellem. Dan kien kollu kawża tal-marda qerrieda tal-Parkinson, li Muhammad Ali qabel ħalla din id-dinja, kien ilu jbati minnha għal snin twal. Iżda ta' verament leġġenda li hu, din il-marda ma tantx qatgħetlu qalbu milli jagħel apparizzjonijiet pubbliċi, fejn riċentament huwa deher diversi drabi fuq programmi tat-televixin jagħti messaġġ ta' kuraġġ lil kull min kien qed isegwih fejn dejjem ġie milqugħ bħala eroj. Barra minn hekk lura fl-1996 huwa xegħel it-Torċa Olimpika fl-Olimpjadi tal- 1996 li kienu saru f 'Atlanta fl-Istati Uniti waqt li fiċ- ċerimonja inawgurali tal- Logħob Olimpiku f 'Londra fl-2012 kien ġarr il-bandiera Olimpika. Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Sports 33 Muhammad Ali - min kien eżatt? Il-boxer leġġendarju, Muhammad Ali 'Wara staġun mimli problemi ma' Qormi FC, qed inħares b'ottimiżmu kbir lejn l-esperjenza ma' Fgura United' - Johann Scicluna FTIT jiem biss wara li Qormi FC ħabbru li Johann Scicluna ma kienx għadu aktar kowċ tagħhom, tħabbar li huwa se jkun qed imexxi lil Fgura United fil- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Flimkien ma' Scicluna se jkun qed jingħaqad ukoll ma' Fgura United, l-eks membru tal-kumitat ta' Qormi, Alan Desira, li se jkun qed jokkupa l-kariga ta' team manager. Intant, wara li tħabbar li Johann Scicluna, kien ħa t-tmun ta' Fgura United bħala kowċ, dan il-ġurnal b'mod immedjat għamel kuntatt miegħu, fejn kien mill-aktar disponibbli u tana dawn il-kummenti rigward kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida tiegħu bħala kowċ ma' Fgura United. Huwa afferma li: "Qed inħares lejn din l-avventura b'mod kompletament differenti minn dik li kelli ma' Qormi matul l-istaġun li għadda, fejn kien staġun mimli problemi u bi ġlieda kontinwa kontra r-relegazzjoni, b'limitazzjonijiet li kienu diffiċli taħdem fihom. Però, tgħallimt ħafna minn din l-esperjenza. Id-differenza hija li issa ma' Fgura United, nista' naħdem mill-bidu tal-istaġun b' sistema u staff tekniku u plejers magħżula minni stess, mill-bidu tal- istaġun," temm jgħid Johann Scicluna. Johann Scicluna jirma l-kuntratt bħala kowċ mal-klabb il-ġdid tiegħu, Fgura United