Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 519 • 25 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Alessia Cristina Ara paġni 34 u 35 'Le ħi, m'għandix HIV' Titfa' ċ-ċertifi kati mediċi li m'għandhiex HIV... suppost tagħmel biss massaġġi minn Veronica Lynn Mizzi MARA li tirreklama s-servizzi tagħha bħala masseuse fis-salon tagħha ġewwa l-Qrendi, tefgħet iċ-ċertifikati mediċi tagħha online sabiex tipprova li hi m'għandhiex il-marda tal-HIV. Il-gazzetta ILLUM għandha f 'idejha kopja ta' ċertifikati mediċi li sid ta' salon tal-massaġġi tefgħet online fi grupp li jiddiskuti l-massaġġi u s-servizzi li joffru dawn is-salons. Il-mara, li tefgħet żewġ ċertifikati mediċi, qed issostni li wieħed huwa tagħha, u l-ieħor huwa ta' ħabiba tagħha. Dawn il-kopji juru r-riżultati tal-laboratorju għal test ta' screening għall-HIV, maħruġa minn klinika privata f 'Malta. Iċ-ċertifikati, datati f 'Awwissu ta' din is-sena juru r-riżultat tat-test ikun fin-negattiv. Xi ħadd fl-istess grupp kien akkuża lill-istess mara li din kellha l-HIV, u għalhekk ippubblikat dawn iċ-ċertifikati biex turi li dan ma kienx il-każ. Minkejja li x-xogħol propju ta' masseuse huwa dak li tagħmel il-massaġġi lill-klijenti tagħha, jiġifieri mingħajr ma jkun hemm l-ebda kuntatt sesswali, din il-mara ħasset il-bżonn li turi li din hi ħielsa minn din il-marda trażmessa sesswalment. Minkejja dan, huwa sigriet magħruf li numru mill-postijiet irreklamati għall-massaġġi, joffru servizzi oħra, hekk imsejħa 'extras', li jitfa' dawl ikrah fuq salons leġittimi li jagħmlu xogħol professjonali. Tkompli f 'paġna 8 'Le ħi, m'għandix HIV' 'Tuna lura l-aċċess' 'Jekk ma jogħġobkomx, ħudu l-indipendenza minn Malta' minn John Busuttil F'INTERVISTA ma' din il-gazzetta, l-eks deputat parlamentari Laburista Għawdxi, Lino Debono magħruf bħala n-Niksu, tkellem fost l-oħrajn dwar kwistjonijiet li kien affaċċja meta kien membru tal-Gvern bejn l-1981 u 1992. Fosthom, Debono jitkellem dwar kif l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien qallu li jekk l-Għawdxin iridu, setgħu jitolbu għall- Indipendenza minn ma' Malta u hu kien se jagħtihielhom. Debono sostna li hu dejjem kien jinsisti li l-Maltin u l-Għawdxin huma aħwa u jeħtieġ li jgħinu lil xulxin, iżda donnu Mifsud Bonnici ma kienx tal-istess fehma. Debono jkompli jgħid li din, "ma stajtx nifhimha għax jien ċittadin Malti li ngħix fil-Gżira ta' Għawdex." L-eks deputat parlamentari Għawdxi tkellem ukoll dwar il-Gvern preżenti u saħaq li jixtieq jara iktar trasparenza fit-tmexxijja tal- Gvern, bil-pubblikazzjoni ta' kuntratti fost l-oħrajn. Dan waqt li sostna li l-Gvern qed "jagħmel il-mirakli," fejn tidħol l-ekonomija. Ara paġna 3 Ara paġna 3 Ara intervista f 'paġni 12 u 13 Karmenu Mifsud Bonnici Spettaklu fl-ajru waqt l-Air Show

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016