Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 38 64 47 49 50 52 72 16 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara TONY'S Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira ST. Andrew's Dispensary, 34, Triq il- Qasam, Swieqi THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija SANTA Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur AIRPORT Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Imsaħħab possibilment b'xi ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad għal xi ħin u jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Xlokk forza 2 għal 3 li jdur mill-Grigal forza 2 għal 3 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 2 għal 3 BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn Aħbarijiet 2 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: L-istorja 'Markuż' hija waħda li titratta... ❏ Il-ħajja t-teatru ❏ Imħabba ❏ Mumenti komiċi ta' raġel jism Markuż Ibgħat ir-risposta tiegħek sad-29 ta' Settembru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Markuż Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Ir-rebbieħa tal-ktieb 'Imħabba Mċaħħda' hija Charmaine Magro bin-numru tal-mowbajl li jispiċċa '058' Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija sena wara MATUL din il-ġimgħa, iċ-ċentru tal-onkoloġija, Sir Anthony Mamo għalaq sena ta' operat. Kienet sena li rat l-kura għall-kanċer tinġabar kollha f 'post wieħed speċjalizzat. Bla dubju li wieħed mill-akbar investimenti f 'dan iċ-ċentru huma l-magni li jagħtu r-raġġi, magni li huma fost l-aktar avvanzati li jeżistu. "Permezz tal-linear accelerators (magna li tagħti r-raġġi) li għandna llum, u li ilhom jintużaw matul din l-aħħar sena, pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fejn tidħol kura għall-kanċer," qal il- Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Din it-teknoloġija tal-għola livell swiet madwar €20 miljun. Permezz ta' dan l-investiment ir-raġġi li jingħataw se jkunu aktar iffukati diretti fuq il-kanċer. Kemm-il darba smajna li bir- raġġi tkun qed tolqot anke organi oħrajn li jkunu tajbin, permezz ta' din il-magna issa wieħed se jkun jista' jikkontrolla r-raġġi eżatt fuq il-kanċer mingħajr ma tmiss organi oħrajn. Din il-magna, li isimha propja hu Versa HD linacs, għandha l-faċilità wkoll li tieħu CT scan tal-pazjent fil-pożizzjoni tat-trattament, b'hekk ir-radjografi jkunu jistgħu jaraw l-anatomija tal-pazjent f 'dettall kbir u jikkumparaw dan mal- iscan tat-trattament li jkun ippjanat. Jekk ikun hemm xi differenzi, il-pożizzjoni tal-pazjent tkun tista' tiġi kkoreġuta biex b'hekk il-qofol tar-raġġi jingħata direttament lit-tumur. Dan iċ-ċentru ġab anke flimkien l-NGOs numerużi li għandna f 'pajjiżna u li jaħdmu ma' pazjenti milquta mill-kanċer. Fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo dawn l-NGOs miġbura flimkien għandhom post minn fejn jaħdmu u minn fejn ikunu iżjed qrib tal-pazjent. Kunċett ieħor li beda jitħaddem kemm ilu li fetaħ dan iċ-ċentru huwa dak ta' 'nurse navigators'. Dawn huma infermiera speċjalizzati li se jkunu qegħdin jgħinu biex il- pazjenti jimxu minn punt għall-ieħor fil-kura tagħhom mingħajr ma jintilfu fis- sistema. "In-nurse navigators huma wieħed mill-modi biex is-servizzi eċċellenti ta' kura li noffru jkunu aktar aċċessibbli u fil-ħin għall-pazjenti tagħna. Ma' dawn għandna n-numri ta' programmi ta' screening li noffru u anke fast track għal dawk li jkollhom dubju li għandhom xi problema fil-musrana fejn it-tabib tal- familja ikun jista' jirreferik direttament għat-testijiet," qal Fearne. Intant matul din l-ewwel sena huwa stmat li madwar 70,000 pazjent ingħataw servizzi differenti minn dan iċ-Ċentru tal-Onkoloġija. Sal-aħħar ta' din is-sena mistenni wkoll jkun imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer għas-snin li ġejjin li se jkun mibni fuq tliet pilastri ewlenin: il- prevenzjoni, servizzi aħjar u r-riċerka.