Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
ANTONEL Dobre, ir-raġel Rumen li għadda ġuri s-sena li għaddiet talli kkawża l-mewt ta' Al Shazliay Saleh Osama waqt ġlieda f 'Paċeville fl-2012, ser ikollu jħallas €294,216 biex jikkumpensa lill-eredi tal-mejjet. F'Marzu tal-2015 Dobre ngħata sentenza ta' 7 snin priġunerija wara li nstab ħati li kkaġuna ferita gravi li wasslet għall-mewt ta' Saleh, liema feriment kien skużabbli minħabba li kien ipprovokat minn reat kontra l-persuna. Il-vittma kien fajjar daqqa ta' minkeb f 'wiċċ sieħeb Dobre ġewwa post tad-divertiment. Ftit minuti wara, Dobre kien ikkonfrontah fit-triq u tah daqqa ta' ponn u waqqgħu mal-art. Mal-waqgħa, Saleh ħabat rasu u miet kawża ta' ksur fl-iskutella ta' rasu. Ftit wara li nstab ħati ta dan, Marta Kaczmarek, li kienet tqila b'iben Saleh fiż-żmien li huwa miet fetħet kawża għad-danni kontra r-Rumen fejn qalet li kemm hi u kemm binha kienu sofrew telf t' introjtu minħabba li Dobre kien ikkawża l-mewt ta' Saleh. F'kawża oħra relatata, f 'Diċembru li għadda l-imħallef Lawrence Mintoff kien ddeċieda li tarbija li għadha ma twelditx kienet intitolata li tiret lil missierha, anke jekk dan imut qabel ma t-tarbija titwieled. Il-qorti eżaminat l-possibilità li l-vittma seta' kellu xi responsabbiltà għall-inċident minħabba li pprovoka lil Dobre. Iżda l-imħallef innota wkoll li Dobre kien sawwat lis-Sudaniż bi tpattija talli hu kien ta xebgħa lil sieħbu, ftit tal-ħin qabel u mhux biex jiddefendih minn xi assult li kien qed ibati dak il-ħin. Apparti l-fatt li l-imputat innifsu ma kien qatt attakkat mill-vittma, il-periklu għal sieħbu kien ilu li għadda. Il-qorti nnutat li d-dritt ta' eredi għad-danni mingħand il-persuna responsabbli għall- mewt tal-antenat, kien wieħed stabbilit sew fil-ġuriprudenza kontinentali u sew dik Ingliża. Wara li ddikkjara lil Dobre responsabbli għad-danni fuq il-vittma u familtu, l-imħallef ordna li dan kellu jħallas €272,563 lil iben il-mejjet, ikkalkulat fuq paga minima għad-39 sena li kieku kien baqagħlu jaħdem, kif ukoll €21,653 lil Kaczmarek. Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum GourmetToday kull nhar ta' Sibt -16:05 fuq TVM L-aħħar tislija lil 'Coconut Grove'… Ilbieraħ ingħalqu l-bibien tar-rock bar ikoniku f 'Paceville li kien parti mill- ħajja ta' ħafna ġenerazzjonijiet matul is-snin minn Ruben Anthony Xuereb ILBIERAĦ filgħaxija ngħalaq kapitlu fl-istorja tal-mużika Rock f 'Malta, hekk kif il-'Coconut Grove', dak li għal ħafna nies kien l-aħħar refuġju f 'Paceville għall-mużika Rock, għalaq il-bibien tiegħu darba għal dejjem, u se jibqa' jgħix biss fil-memorji sbieħ ta' ġenerazzjonijiet ta' nies mis- snin 90, sal-ġurnata tal-llum. Infatti lbieraħ filgħaxija numru kbir ta' nies iltaqgħu l-'Coconut Grove' sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil dan il-bar, hekk kif għall-aħħar darba l-ġenerazzjonijiet kollha, minn dawk tas-snin 90, sa dawk li bdew jiffrekwentaw il-'Coconut' aktar riċentament, kienu miġburin flimkien biex iqattgħu l-aħħar serata ta' xorb u mużika Rock fil-'Coconut Grove'. L-aħħar ġimgħat ta' ħajja ta' dan il-bar ikoniku kienu kkaraterrizzati minn numru ta' kummenti fuq il-media soċjali, mingħand ammont kbir ta' nies li esprimew id-dwejjaq u d-diżappunt tagħhom għall- għeluq tal-'Coconut Grove'. Ma naqsux ritratti u aneddoti ta' xi ħarġa tajba mal-ħbieb, dejjem bl-isfond tal-aħjar mużika Rock, kemm waqt prestazzjonijiet 'live' minn gruppi lokali, kif ukoll mill-aqwa mużika Rock internazzjonali li kienu jdoqqu d-DJs Dan il-post ikoniku, wisq probabbli se joħodlu postu xi stabbiliment tal-ikel, jew xi 'gentelmen's club' ieħor, mall-ħafna li diġà hemm Paceville. Għal dawk kollha li kienu qed jagħtu l-aħħar tislija lil 'Coconut Grove' s-Sibt filgħaxija, l-għeluq ta' dan il-bar se jħalli vojt kbir f 'ħajtu u fl-itinerarju ta' fejn jitqatta' s-sibt filgħaxija, iżda wkoll nostalġija u numru ta' memorji imprezzabli li ma jmutu qatt. Rumen ikkundannat iħallas kważi €300,000 lill-werrieta ta' raġel li qatel f 'Paceville Il-vittma Ali Shazliay Osama