Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Intervista 12 'Bħala eks deputat, jien imwarrab, L ino Debono magħruf bħala n-Niksu kien deputat għal Għawdex bejn l-1981 u l-1992 mal-Partit Laburista. Persuna li għandu opinjoni dwar kollox fejn tidħol politika, għax skont u stess, "min jitwieled politiku jmut politiku". Anke jekk illum jgħodd 72 sena, għadu attiv u jsegwi dak kollu li għadu għaddej. Opinjonista f 'diversi ġurnali u rnexxielu jieħu l-presidenza wara votazzjoni għas- sentejn li ġejjin tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-eks membri Parlamentari minn 21 assoċjazzjoni Ewropea. Dan minbarra li hu s-segretarju tal-assoċjazzjoni Maltija tal-eks membri parlamentari wkoll. Iżda Lino Debono qal li jħossu abbandunat mill-partit li tant ta għalih fejn lanqas biss jiġi kkonsultat fuq il-gżira Għawdxija fejn għandu ħafna ideat x'jagħti. Lino Debono hu magħruf bħala persuna bla kantunieri, li jitkellem kif iħossha dwar kollox u kulħadd li jpoġġih ftit bħala persuna kontroversjali. L-ewwel sentenza li qalli kif dħalt fid-dar tiegħu x-Xewkija kienet li biex titkellem fuq Għawdex trid tkun taf l-istorja ta' Għawdex. Fejn pinġa lil Għawdex bħala blata ċkejkna ta' 9 mili b'7, b'popolazzjoni ta' 25,000 li titla għal 31,000 b'dawk li huma reġistarti Għawdex u bi 3,000 biss tkun il- popolazzjoni taż-żgħażagħ taħt it- 18-il sena. "Dan jagħmilna gżira tax- xjuħ. Għawdex m'għandux riżorsi biżżejjed biex imantni lilu nnifsu u lanqas kuntatti ma' barra ħlief meta jmur Malta li tgħaqqdu mal-Ewropa u pajjiżi oħra. L-amministrrazzjoni ċentrali hi Malta. Il-politiċi Għawdxin m'għandhom l-ebda 'say' fuq il-politika għal Għawdex. Jirranġaw xi triq iżda fejn jidħol is-sugu għall-politika ħolistika għal Għawdex ma jezistix. Minn sitt membri Għawdxin hemm min jinsisti u hemm minnhom li lanqas taf li qegħdin fil-Parlament għax ħalqhom dejjem magħluq." 'Hemm MPs Għawdxin li lanqas taf li qegħdin fil-Parlament għax ħalqhom dejjem magħluq' Allura dan ifisser li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed hemm għalxejn? "Nemmen li Għawdex għandu jkollu ministru li għandu jwassal il-karba tal-Għawdxin. Għax aħna ċ-ċittadini Għawdxin qed insiru nafu x'qed jiġi propost għall-gżira, mill-GTA, GBC u mill-assoċjazzjoni tal-Industrija. Iċ-ċittadin Għawdxi fejn hu? Jien bħala eks deputat imwarrab, mitfugħ f 'rokna u ma neżistix. Naħseb li nista' nagħti kontribut bil-pariri tal-esperjenza li ġbart fil-karriera politika tiegħi." 'Karmenu kien qal, jekk ma jogħġobniex, għandna nitolbu l-indipendenza minn Malta' Debono qal li hu dejjem kien iħambaq fil-pubbliku u f 'avvenimenti tal-Partit Laburista li l-Maltin u l-Għawdxin huma aħwa u jridu jgħinu lil xulxin, "U l-leader ta' dak iż-żmien li kien Karmenu Mifsud Bonnici qalli li jekk ma jogħġobhomx l-Għawdxin jitolbu l-Indipendenza minn Malta u hu jagħtihielhom. Ma stajtx nifhimha għax jien ċittadin Malti li ngħix fil-gżira t'Għawdex. Fi żmieni kont ipprovajt nagħmel triq bejn Ta' Pinu li tiftaħ fejn illum hemm ir-roundabout ta' ħdejn il-LIDL biex innaqqas it-traffiku mill-qalba tar-Rabat, Kien irnexxili nġib fondi ta' €700,000 iżda x-xogħol twaqqaf wara tliet ġimgħat minn Ministru Laburist. 'Għawdex sar ġungla li ħaduha erbgħa min-nies' "Dan juri li għad baqa' dik il- mentalità li lil Għawdex narawh bħala presepju. Iżda llum lanqas presepju ma baqa' għax sar ġungla sħiħa. Morru Rabat, Xlendi, Marsalforn, Kemmuna, ix-Xatt, ir-Ramla, Ħondoq ir-Rummien, erbgħa min-nies ħadu kullimkien. Illum Marsalforn lanqas timxi fuq il-bankina ma tista' għax ħaduha kollha. Ix-Xlendi sal-parking spaces ħadu biex ipoġġu l-imwejjed. Għawdex fejn sejjer? X'hemm għall-futur għal 1,200 student Universitarju li jmorru jistudjaw Malta meta hawn Università hawn li tista' taqdi għal ċerti korsijiet? Liema politiku qatt taha każ li dawk li jispiċċaw mis-6th form qed jagħżlu li jieqfu jistudjaw biex ma jmorrux lejn Malta?" Lino semma' li l-aqwa turist hu l-Malti li jonfoq, jaf jixxala u jgawdi. "Iżda t-turisti li jiġu minn Buġibba għal ġurnata ma jħallu xejn għax anke packed lunch ikollhom u ħlief l-aġent, il-Gozo Channel u tal-coaches ma jgawdux. Iżda dan għandu jkun l-pjan għall-futur t'Għawdex? Hemm bżonn pjan għal 40 sena għal Għawdex li s'issa ħadd ma ħareġ bih." Lino Debono kkritika wkoll il- proġett taċ-Ċittadella fejn qal li għalkemm qed niftaħru bil-proġett għadu sar nofsu biss, "Sabu l-bieb li jagħti għal Marsalforn radmuh u ħallewh hekk. Fiċ-Ċittadella kienu jgħixu 2,600 persuna, dan il-bini qiegħed fl-għelieqi fejn hemm ir- ristorant u fejn hemm il-kappella, biċċa mill-arkati għadhom jidhru iżda ħallejniehom mirduma. Mela x-xogħol ta' skavar ma sarx kollu." L-eks deputat Laburista qal ukoll li hu jmeri kull statistika li joħroġ il-gvern fejn qed jiftaħar li l-GDP ta' Għawdex kiber aktar mill-GDP ta' Malta. "Jekk tgħidli li Għawdex das-sajf mar aħjar ekonomikament, ngħidlek vera dis-sena Għawdex mar tajjeb ħafna. Iżda meta l-Ministru Scicluna jqabbel il-GDP bejn Malta u Għawdex l-istatistika tidħak bik skont kif ipoġġihielek il-bniedem. Jekk Malta daħlet €100 u kellha żieda ta' €10 oħra tfisser li l-GDP kiber b'10%. Issa jekk Għawdex daħħal €1 u kellu żieda ta' €1 ieħor tfisser li kellu żieda ta' 100%. Iżda liema hi l-akbar żieda l-€10 jew l-€1? 'Dejjem kien hemm il-ħabi u wasal iż-żmien li jispiċċa' "Fir-realtà Għawdex maqtugħin minn ħafna affarijiet u m'hemmx pjan ħolistiku għal Għawdex mill- ebda naħa, ħlief dan il-proġett ta' Bart li meta dan isir għandu jgħin lil Għawdex. Għalkemm nixtieq nara l-kuntratti li saru f 'dan il-proġett għax nemmen li l-gvern qiegħed hemm biex jirrapreżenta lill-poplu. Mhix skuża li hemm affarijiet mhux fl-interess tal-poplu. Int qiegħed hemm f 'isem il-poplu, għall-poplu u mtella' mill-poplu. Dejjem kien hemm il-ħabi, anke jekk hemm min issa qed jilgħabha tal-verġni u nemmen li dan il-ħabi wasal iż- żmien li jispiċċa." Lino faħħar ħafna x-xogħol li qed tagħmel Justyne Caruana fil-qasam tal-anzjani u diżabilità fejn b'dak li ħolqot Għawdex hi tat dinjità akbar lill-anzjani Għawdxin. "Iżda l-bqija m'hemm ir-rieda u viżjoni fejn irridu mmorru. Nirranġa din it-triq, inraqqa l-oħra u ejja ħa mmorru. U l-Għawdxi jċapċap. Anke tkellimt fil-pre budget meeting immexxi mill-Professur Scicluna, weġibni persuna u l-kanvassers tiegħu bdew iċapċpu u dan tal-istess partit. Iżda jien nimxi skont il-proverbju Taljan, 'O dio prottegimi dai miei amici ed io penso ai miei nemici." 'Jew elezzjoni jew gwerra ċivili' Kont naf li Lino Debono kien suldat tal-Perit Mintoff u tlabtu jgħidli x'kien jgħid u x'għamel għal Għawdex Mintoff. "Mintoff kien ħa ħsieb Għawdex fl-1955, meta għamel il-fabbrika tal-MMU, meta bena l-iskejjel madwar Għawdex kollu, meta ta l-asfalt it-toroq għax jien niftakar li meta kont immur l-iskola l-art kienet kollha trab u Ġużepp minn Kerċem biż-żiemel kien jiġi u jxarrab l-art f 'nofsinhar eżatt biex ma jtirx it-trab. Fl-1975 għamel it-tarmak. Il-kotba b'xejn fil-Lyceum hu ġabhom. Il-vapur 'Għawdex' hu xtrah. U jien kelli ġlieda kbira miegħu dwar in-noll li kien għamel li kien ta' Lm1 kuljum meta l-paga kienet ta' Lm7 fil-ġimgħa. Ħafna kienu jibżgħu jivvutaw kontrih anke jekk ma jaqblux miegħu, iżda jien ma kontx niddejjaq għax Mintoff jekk tagħtih argument tajjeb idur u jaqbel miegħek. Tant li kien għamilni fil-bord biex nirranġa l-prezzijiet u kont waqqajthom għal ftit 'xelini' dak il-ħin. Xtrajna tliet vapuri oħra u kont jien li bdejt is-servizz għal 24 siegħa kuljum." Semmieli wkoll meta Mintoff ried jagħmlu segretarju parlamentari għal Għawdex f 'Diċembru tal-1982 u xi ħadd fesfes f 'widnejn Mintoff li jekk jagħmel dan kien se jaqla' inkwiet John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Karmenu Mifsud Bonnici kien lest jagħti l-Indipendenza lill-Għawdex minn Malta " " Il-Partit Nazzjonalista m'għandux pjan għal futur u negattiv wisq " "