Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Intervista 13 imwarrab, mitfugħ f 'rokna u ma neżistix' f 'Għawdex u spiċċa ma sarx. Meta Lino jitkellem dwar Mintoff jintilef f 'rakkonti li tixtieq iollok gazzetta sħiħa biex tiktibhom. Iżda rakkont minnhom ma nistax ma nsemmihx meta Mintoff rebaħ l-elezzjonijiet b'maġġoranza ta' siġġijiet u b'minoranza ta' 5,000 vot. "Eddie l-ewwel aċċetta t-telfa u ġimgħa wara qal li r-rebħa kienet tiegħu. Mintoff laqqagħna u ried li wara sitt xhur ssir elezzjoni oħra, u aħna kollha sal-inqas wieħed ma qbilniex miegħu. Mintoff di fatti kien irriżenja ftit wara u qal li hu ma kienx kuntent li jiggverna b'minoranza. Jien għalija kellu jirriżenja fil-31 ta' Marzu 1979 meta hemm laħaq il-quċċata tiegħu għax min hemm beda jillapazzja u jraqqa', iżda anke wara li rriżenja baqa' jinsisti u jiltaqa' ma' Gwido DeMarco fil-villa tiegħu f 'Ta Ċenċ sa ma ġraw żewġ avvenimenti li biddlu kollox. Il-meeting taż-Żejtun bl-inċidenti f 'tal-barrani u meta nqatel Raymond Caruana. Minn hawn Mintoff kellu l-appoġġ kollu tagħna li jew issir elezzjoni jew gwerra ċivili." 'Donnu llum kulħadd qajjem rixu ...qabel ħadd ma kien jitkellem' Tlaqna ftit minn Għawdex u Mintoff u tkellimna dwar il- politika tal-lum fejn qal li ħasra li l-poltiċi qed iġibu l-politika bħala istituzzjoni ta' korruzzjoni u beda jelenka l-ġid u l-progress li sar f 'Malta matul is-snin li kien mertu tal-politiċi miż-żewġ naħat. "Li qed idejjaqni llum hu li d-dar qed titkisser minn ġewwa. L-Oppożizzjoni tant qed tagħmel kritika negattiva li indirettament qed tniżżel lilha nnifisha 'l isfel. Il-politika Maltija għandha dmir li tfaħħar dak l-investiment li jsir tajjeb u mhux tikkritika dak kollu li jagħmel il-gvern biex tkun fl- oppożizzjoni. Per eżempju naqbel mal-ambjentalisti li jiġġieldu għall- art ODZ, speċjalment nammira lill- Astrid Vella li ma tħarisx lejn partit biex tiġġieled favur l-ambjent għax għandha aġenda ġenwina. Iżda rrid ngħid li donnu llum kulħadd qajjem rixu għax qabel dawn l-affarijiet saru u ħadd ma kien jitkellem. Jekk tipprotesta b'mod ġenwin tajjeb iżda jekk tipprotesta biex tostakola dik ħaġa oħra." 'Is-suldati tal-azzar illum' Staqsejt lil Lino kif ħassha meta sema lil Joseph Muscat sejjaħ lil Cyrus Engerer suldat tal-azzar waqt attività tal-massa tal- Partit Laburista, "Ma ħadtx pjaċir biha. Li bniedem ikun ġej minn kamp oppost u tagħtih kariga għax ikun kapaċi, għandu dritt. Iżda li jissejjaħ suldat tal-azzar ma naqbilx. Għax is-suldati tal-azzar, kienu dawk il-Laburisti Għawdxin bħal Ġanni Zammit tal-abjad mix- Xewkija li kellu 11-il wild u mitulu eżatt mat-twelid u kienu jgħidu li ħadomlu Alla għax kienu Laburisti u twieldu mxajtnin. Suldati tal- azzar, il-Laburisti li għexu Għawdex fi żmien il-kwistjoni tal-knisja, fejn kienu jobżqulna fit-triq, iwaddbulna l-ġebel, isawtuna u anke ma jagħtunix xogħol biex joqtluna bil-ġuħ fejn kienu ħafna l-laburisti li kellhom jemigraw, minħabba f 'hekk." Lino qal li mhux qed jara pjan ta futur min-naħa tal-Oppożizzjoni, "iridu jkunu aktar kawti kif jagħmlu l-kritika u ma jarawx kollox ħażin iżda jgħidu dak li hu. B'dan il-mod mhux qed tkun kredibbli biżżejjed." 'Joseph Muscat għandu nuqqas ta' trasparenza' Staqsejtu min jaħseb li kienu l-aqwa Prim Ministri f 'Malta fejn qalli li Mintoff kien l-aqwa li qatt kien hawn u warajh kien Gorg Borg Olivier. "Joseph hu tajjeb, iżda għadu kmieni biex tpoġġih mal- aqwa f 'ċertu affarijiet ma naqbilx miegħu, speċjalment fejn tidħol in-nuqqas ta' trasparenza u anke fil-każ tal-ambjent. Għalkemm fl- ekonomija qed jagħmel il-mirakli." 'Dak ta' Leo Brincat kien paroli żejjed' L-eks deputat Parlamentari Għawdxi tkellem ukoll fuq il-każ ta' Leo Brincat, fejn qal li m'hemmx dubju dwar l-integrità tiegħu, iżda jħossu diżappuntat għal mod kif wieġeb Leo Brincat quddiem il- Kumitat tal-Parlament Ewropew, "Assolutament ma naqbilx ma' Leo Brincat li parla żżejjed meta qal li kien se jirriżenja 'u li kieku rriżenjajt kont niġi hekk'. Jien u leo Brincat konna dħalna fil-parlament flimkien fl- 1981 u qatt ma rajtu jxejjer xi bandiera mal-leader. Jidher quddiem mal- leader iva imma qatt ma rajtu jxejjer bnadar. Dawk paroli żejda li qal. Kien imissu qal li hu għandu regolament tal-whip tal-partit u jrid jivvota skont li jgħidlu hu u xejn iżjed." La ġab id-diskors fuq Leo Brincat ma stajtx ma nsemmilux il-każ tal-Panama u x'kien jagħmel hu li kieku kien hemm, "kont nimxi mal- linji tal-partit. Iżda mija fil-mija ma naqbilx mal-każ tal-Panama. Konrad Mizzi m'għamel xejn illegali, iżda politikament Konrad Mizzi għamel suwiċidju." Qabel temm l-intervista Lino qal li meta xi ħadd joħroġ għall- politika l-partiti għandhom ikunu jafu għaliex il-kandidat se joħroġ. X'inhuma l-aspirazzjonijiet u l-ideat tiegħu għal pajjiżna u mhux għax hu għalliem jew preżentatur eċċ. "Każ partikolari hu ta' Salvu Mallia. Il-programm tiegħu hu edukattiv u jogħġobni u darba ssuġġerejt lil Evarist Bartolo biex il-programmi tiegħu jintwerew fl-iskejjel lit-tfal. Però minn nej sar maħruq. L-ewwel nett, Simon Busuttil għamel żball li f 'attivita tal-indipendenza ġab persuna li ħadet aktar prominenza fil-media minnu. Ħaġa li skantatni kien kif Mallia qal li jekk Simon ma joqgħodx attent anke lilu jneħħi. Dan għadu qas biss daħal fil-klabb u diġà ħa jneħħi lil-leader. Bħala storiku nneħħilu l-kappell iżda bħala politiku le. Iżda rrid ngħid ukoll li l-programm tiegħu qatt ma kellu jitneħħa minn fuq il-PBS. Aktar kont inneħħi ta' Peppi Azzopardi għax jagħmel il-programmi fuq il-miżerji ta' ħaddieħor filwaqt li Salvu jagħmel programmi intelletwali u interessanti." Ritratt: Chris Mangion Legalment Konrad Mizzi m'għamel xejn ħażin iżda politikament għamel suwiċidju " " Lino Debono tan-Niksu