Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Għawdex 15 Jaffaxinah kull tip ta' univers Il-Hamis TVM 20:45 għal ħafna iktar persuni, però dawn qatt ma ġew... iċ-ċelloli qatt ma ngħaqdu u għalhekk dawn qatt ma eżistew." Joseph esperjenza l-Univers ta' fuqna permezz tat- teleskopju iżda sentejn ilu esperjenza Univers ġdid, "Minn meta kont żgħir kont naffaxina ruħi bil- bugħaddasa. Meta kbirt kont dejjem imħabbat bl-istudji iżda sentejn ilu ħadt kors fl-għadds u hemm isfel ġenninni. Kull meta nkun hawn sajf jew xitwa ninżel nogħdos. Hemm sabiħ wisq. Tara dinja u ħajja oħra, ħajja sabiħa u hemm isfel tinsa kollox, anke kull problema li forsi jkollok fuq wiċċ il-baħar jitlaq kollox. Meta tinżel fil-qiegħ inti 'weightless' u tħossok parti minn univers ieħor." U dan xorta mhux kollox għax Joseph għandu delizzju kbir tal-fotografija fejn jieħu ritratti professjonali ta' kollox, fuq l-art, fis- sema u f 'qiegħ il-baħar. Fejn anke hawn id-delizzju beda minn meta kien żgħir b'kamera li kellha ommu li kien iżarmahielha biex jara kif taħdem. Beda jiġbed ritratti tal-ispazju iżda llum l-pjaċir tiegħu jmur postijiet meta ma jkunx hemm nies u jiġbed ritratti ta' landscapes. Mistoqsi x'inhu t-tip ta' divertiment li jħobb, meta jsib ħin, qalli li hu żagħżugħ normali li ġieli jmur xi party iżda l-istorbju żejjed idejqu, hu jħobb joħroġ ma' ħbieb tamparu u jieħu xi drink f 'xi pub, "qatt ma kont persuna tal-klabbs, storbju u dik ir- rassa ta' nies." Fl-aħħar staqsejtu x'sab differenti f 'Għawdex wara seba' snin nieqes minn hawn, "Ħaġa li ninnota ħafna kemm Għawdex hu vojt miż-żgħażagħ għax kollha qegħdin Malta. Ma nafx hux perċezzjoni tiegħi iżda ħassejtha wisq minn meta rritornajt. Dan jista' jinbidel kieku jsir bħalma qed isir il-każ f 'ħafna postijiet oħra, fejn wieħed iwettaq ix-xogħol tiegħu jkun fejn ikun, la darba jkun tip ta' xogħol li jista' jsir b'laptop. U b'hekk iż- żgħażagħ ma jkollhomx għalfejn jitilqu lejn Malta, speċjalment f 'xogħol ta' servizzi - u hawn Għawdex jista' jkollu bażi soda ta' din l-industrija mingħajr impatt negattiv ta' bini u żvilupp li jeqred lil Għawdex. Jien lill-ambjent ta' Għawdex irridu kif inhu. U meta nkun imsiefer nimmissja wisq u wisq il-baħar." Fuq il-vulkan ta' Mauna Kea fil-Hawaii meta Joseph mar fl-osservatorju madwar 4,207 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar "Aħna fortunati li esperjenzajna l-ħajja... hemm potenzjalità għal ħafna iktar persuni, però dawn qatt ma ġew... iċ-ċelloli qatt ma ngħaqdu u għalhekk dawn qatt ma eżistew"