Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

L-ewwel Gvern Muscat se jibqa' mniżżel fl-istorja bħala dak il-Gvern li ħoloq l-ikbar ammont ta' xogħol fl-istorja. Tmur fejn tmur, tiltaqa' ma' min tiltaqa' jgħidulek li l-ikbar sfida hija li jsibu nies li lesti jimlew il-ħtiġijiet ta' xogħol li hawn f 'pajjiżna. Sa ftit jiem ilu min iħaddem ħareġ jappella lill-awtoritajiet konċernati biex ikunu iktar effiċjenti u spediti fil-proċessi li hemm bżonn biex barranin jiddaħħlu jaħdmu f 'Malta. Dan waħdu jfisser kemm qed jiżdied il-ġid u kemm hawn xogħol ġdid. L-istatistika kollha tispjega dawn is-suċċessi bl-aħjar mod u meta mqabbla mal-bqija tal- Ewropa ssib li Malta hija l-aqwa bla dubju f 'dan is-settur. Il-Prim Ministru nnifsu ma jiqafx mument jaħdem biex jattira x-xogħol lejn pajjiżna. Huwa ċar u ffokat fuq il-bżonn li l-Prim Ministru tal-pajjiż ikun dak li jattira l-investiment u jiġbed in-nies biex jinvestu u joħolqu x-xogħol. Nhar Jum l-Indipendenza l-Prim Ministru tana rigal ieħor – investiment ta' mitt miljun dollaru minn kumpanija ewlenija f 'Boston USA li se toħloq mat-300 impjieg ġdid f 'Malta. Aħbar li ntlaqgħet b'sodisfazzjon minn kull min hu ta' rieda tajba f 'pajjiżna. Għaliex il-governanza t-tajba tfisser ukoll li tagħmel il-ġid u li toħloq l-impjiegi. U meta tagħmel il-ġid u toħloq l-impjiegi, tkun qed tkisser ukoll il-faqar. Li tgħin lil min hu batut u ż-żgħir fis- soċjetà. Aċċess Aħna Gvern pro-business u niftaħru li aħna hekk. Min iħaddem u min jinvesti flusu huwa l-akbar ħabib ta' min jaħdem. Ħaddieħor jista' joqgħod jikkalunja u jitgħajjar. Il-fatt jibqa' li biex il-ħaddiem jaħdem irid isib min iħaddmu. Min iħaddmu jrid isib Gvern li jwittilu t-triq sabiex jagħmel dan kollu. U aħna Gvern li dan irridu. Kull ministru, hu x'inhu l-qasam tiegħu, jaħdem biex ikisser il-burokrazija u jkun hawn iktar xogħol, investiment u allura ġid li minnu jgawdi kulħadd. Biss, ma jfissirx li għax aħna Gvern pro-business, allura min hu fil-business jista' jagħmel li jrid. Ftit ġimghat ilu kellna l-każ tal-fishfarms fejn hemmhekk il-Planning Authority ħadet azzjoni kruċjali. Issa għandna l-każ tal-MIDI u l-kontroversja li nqalgħet dwar id-dritt ta' aċċess bir-riġel li s-sinjuri li jmexxu l-MIDI qed jirrifjutaw lill-pubbliku in ġenerali milli jkun jista' jasal bir- riġel għad-dawra kollha tax-xatt ta' Manoel Island kif għandu dritt jagħmel. Aħna ħadna azzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar. Nappella biex jirrenja l-bwon sens u jitħalla aċċess bir-riġel għad-dawra tax-xatt kollu ta' Manoel Island. Jekk jirrenja l-bwon sens, konvint li din hi ħaġa li tista' tinkiseb mingħajr wisq diffikultà u jkun rebaħ il- pajjiż kollu. Jekk le jkomplu jittieħdu l-miżuri kollha li l-Gvern u l-awtoritajiet rispettivi għandhom dritt li jieħdu skont il-liġi. Tliet awli u faċilitajiet oħra ġodda fil-Qrati Ircevejna rispons pożittiv ħafna wara li din il-ġimgħa ħabbarna li fil-Qorti se nżidu tliet awli ġodda sa tmiem is- sena d-dieħla. Tlieta f 'għajnejn min mhux midħla tal-Qorti jidhru ftit. Iżda meta tqis li b'kollox għandna 24, żieda ta' 3 awli ġodda fil-bini tal-Qorti tfisser żieda ta' 12.5% fl-ammont ta' awli. Jekk jiżdiedu l-awli, se jiżdiedu s-seduti. Jekk jiżdiedu s-seduti se jinqatgħu iktar kawżi. Jekk jinqatgħu iktar kawżi, id- dewmien jonqos. B'dan il-mod inkunu nistgħu nserrħu moħħna li jekk se nżidu b'mod galbat in-numru ta' ġudikanti, dawn ikunu jistgħu jaħdmu mingħajr xkiel ta' nuqqas ta' awli sabiex b'hekk nimmassimizzaw il-horsepower kollu, biex ngħidulu hekk, tas- sistema ġudizzjarja. S'intendi l-awli trid tagħmilhom kbar biżżejjed u attrezzati skont stardards rikonoxxuti fis-settur, inkluż l-aċċessibbilità sħiħa u bla riżervi. Biex sibna l-ispazju fejn nagħmlu 3 awli ġodda, ħadna numru ta' deċiżjonijiet. L-ewwel deċiżjoni kienet li noħorġu l-uffiċini tal-Imħallfin kollha taċ-Ċivil mill-bini tal-Qorti u nitrasferuhom f 'binja apposta li għamilna fi Strada Stretta li llum jisimha Binja Tumas More. It-tieni deċiżjoni kienet li noħorġu parti sostanzjali mill-arkivju tal-Qorti u ħadnieh f 'binja apposta fil- Furjana. B'hekk ksibna spazju biex nagħmlu tliet awli ġodda u kif ukoll training room u librerija ġdida. Fl-istess waqt jien nappella lill- Ġudikatura għall-koperazzjoni sħiħa fejn jidħol l-użu tal-Awli. Ma naħsibx li kellna wisq problemi s'issa u nirringrazzja lil dawk il-ġudikanti kollha li wrew disponibbilità li jaħdmu fil-ġranet u fl-awli li l-amministrazzjoni tal-Qorti tissuġġerixxi biex nassiguraw kemm jista' jkun uniformità fl-użu tal-awli matul il-ħamest ijiem kollha tal-ġimgħa. Tfal jidħlu b'xejn fis-siti ta' Heritage Malta Ħadt pjaċir ħafna li din il-ġimgħa ħabbarna li t-tfal kollha tal-iskola primarja se jkunu jistgħu jidħlu fi kwalunkwe ħin jew jum b'xejn fis-siti prattikament kollha ta' Heritage Malta. Jekk ikollhom sa massimu ta' żewġ adulti jakkumpanjawhom, dawn iż- żewġ adulti jidħlu nofs prezz. Fit-tnedija, li saret ma' sieħbi Chris Agius għan-nom tal- Ministeru għall-Edukazzjoni, appellajt lill-ġenituri, nanniet u kuraturi tat-tfal tagħna biex jaqilgħu t-tfal minn wara t-television jew playstation u jeħduhom f 'wieħed mis-siti li għandha Heritage Malta. Din isservi ta' ħarġa wkoll għal min ikun qed jieħu ħsieb it-tfal. Finanzjarjament lil dik il-familja se tiġi tiswieha ħmerija imma l-ġid enormi li jkunu qed ngħaddu lit-tfal tagħna jkun imprezzabbli. B'kollox hemm 22 sit li wieħed jista' jżur. Jekk tikkalkula li sena skolastika għandha qisu 40 ġimgħa, ġimgħa iva u ġimgħa le tista' ddur sit sit u jkun baqagħlek! Saqsejt kemm għandna tfal li jattendu l-iskejjel primarji u qaluli li għandna 24,000. S'issa wrew interess f 'din l-iskema 4,000. Fadal 20,000 oħra. Ejja x'qed tistennew? Grazzi ħafna lill-Heritage Malta talli fasslu din l-iskema bl-iktar mod professjonali u tajjeb, bħal dejjem! Jeremy Corbyn Segwejt bħalma segwew ħafna Maltin il-kampanja interna għal-leadership bejn Jeremy Corbyn u Owen Smith. Corbyn reġa' rebaħ b'mod komdu fejn prattikament anke żied fuq il- vot li kien kiseb is-sena ta' qabel. Jidher li fi ħdan il-Partit Laburista Ingliż hemm aċċenn kbir fuq ix-xewqa li jridu politiku li jkun wieħed minnhom, anke fl-istil, dehra u messaġġ. Ma jridux nies tal-plastik, li jidhru perfetti u li jkunu media-oriented ħafna bħalma forsi kienu Blair (Labour) u Cameron (Tory), imma nies tad-demm u l-laħam li jifhmu minn xiex jgħaddu n-nies tad-demm u l-laħam. Jekk din il-filosofija ta' "like the guy next door" hijiex se tappella anke lill-maġġoranza tal-poplu tal-Gran Brittanja wieħed għad irid jara. S'intendi hemm ukoll il- kwistjonijiet tal-policies ... Hu x'inhu l-Partit Laburista Ingliż tajjeb jew ħażin spiċċa f 'sitwazzjoni ta' "nies" kontra "politiċi Laburisti". Sfida enormi ta' Corbyn se tkun li jagħmel pontijiet kemm mal- bqija tal-politiċi Laburisti u kemm mal-bqija tal-elettorat li f 'Corbyn jara xi ħadd li jitfa' lill- Gran Brittanja fil-passat u mhux fil-futur. Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Il-ħolqien tax-xogħol: is-suċċess ewlieni tal-Gvern Muscat "Appellajt lill- ġenituri, nanniet u kuraturi tat- tfal tagħna biex jaqilgħu t-tfal minn wara t-television jew playstation u jeħduhom f 'wieħed mis-siti li għandha Heritage Malta" 'Nhar Jum l-Indipendenza l-Prim Ministru tana rigal ieħor – investiment ta' mitt miljun dollaru minn kumpanija ewlenija f 'Boston USA li se toħloq mat-300 impjieg ġdid f 'Malta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016