Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
M hux darba jew tnejn ikkritikajt (fis-sens li nћares lejn il-limiti) gruppi li jidhru radikali, l-aktar dawk marbuta mal-ambjent. Spiss dehrli li dawn spiċċaw jagћmlu affarijiet u jfittxu l-kunses ta' niċċa, wisq drabi magћmula minn borgiżi bћal ћafna minnhom, u minkejja l-aqwa intenzjonijiet, ma jagћmlu xejn biex jibnu kunses meћtieġ gћal bidla konkreta. Mhux darba jew tnejn li kelli t-tentazzjoni nġiegћel nies bћal dawn jaqraw il-ktieb ta' Lenin, Left Wing Communism An Infantile Disorder. Ma nistax illum imma, ma nfaћћarx l-inizjattiva meћuda minn wћud minn dawn rigward l-aċċess gћal Manoel Island. L-inzjattiva hi ta' min ifaћћarha gћal diversi raġunijiet. Nifs ta' ftit sekondi… L-ewwel nett ta' min ifaћћarha talli saret; talli ntwera li mhux il-każ li s-setgћana jiddeċiedu u ma jista' jsir xejn. Il-fatt li ftit indiviwdi fetћu xatba u ma niżlet ebda sajjetta, u li tmient ijiem wara kien hemm aktar nies gћall- follow up, juri kemm imur imarraq min jaћseb li quddiem l-arrongaza tas- setgћana ma jista' jsir xejn. Mhux riћ, imma nifs ta' ftit sekondi, wera kemm tajjeb iseћћ permezz tal-gћaqda, militanza u inizjattiva li teћodha kontra l-fataliżmu mifrux 'l hawn (inkluż fost ћafna żgћażagћ). It-tieni l-inizjattiva ta' Manoel Island kixfet ukoll kemm hi giddieba l-mantra li spiss nisimgћu li fejn jidћol il-privat ser ikun hemm effiċjenza u titjib. Kulћadd seta' jara t-telqa u l-iżdingar li fiha l-privat ћalla partijiet kbar minn din l-art li min tellajnieh il-parlament fdalu f 'isimnha. Nisperaw li dan ikun il-bidu tat-tmiem ta' din il-mantra. Kemm qed ngћixu fi stat leġittimu? Inzjattiva daqshekk sempliċi wkoll kixfet b'mod konkret in-nuqqas ta' ћila u l-kompliċità, ta' min imexxi (kemm qabel u issa) biex jinforza l-liġi ma' min hu b'saћћtu. Jekk fi ftit minuti ftit persuni kellhom il-ћila jagћtu lura lill-poplu aċċess ta' art li hi tiegћu, gћal xiex gћal snin sћaћ il-gvern (t'issa u ta' qabel), bir-riżorsi kollha li gћandu, m'gћamel xejn? Mhux hekk biss, gћalfejn sebat ijiem wara, meta min kien qed jikser il-liġi reġa' ma ћalliex aċċess, ġie mћalli jagћmel dan? Bosta gћorrief fl-istorja tal-ћsieb Ewropew isostnu li raġuni gћalfejn gћandu jkollna stat u gvern, u gћalfejn gћandna nobdu lil dawn, hi li dawn huma meћtieġa biex iћarsu liċ- ċittadin. Anzi, fis-seklu erbgћa Sant Wistin jifred bejn il-bnedmin f 'termini ta' nies setgћana u oћrajn bla setgћa, u jgћid li raġuni ewlenija gћalfejn stat jeżisti hi biex min m'gћandux seta' jiġi mћares minn min gћandu. Stat li jintuża biex iћares ir- rebgћa ta' min imexxih jew ta' min jikkontrolla l-dawn mhux aћjar minn bejta ta' ћallelin. Gvern li mhux kapaċi jinforza l-liġi fuq is-setgћani gћalhekk x'leġittimità jibqagћlu? Jekk irid iżomm minimu ta' kredibilità, il- gvern gћandu jibgћat hu lil min qed jiġi mћallas biex jinforza l-liġi ћalli fejn is- setgћana qed jiksru din jiġu mwaqqfa, u mhux iћalli lil gruppi ta' ċittadini jagћmlu dan. Ir-reazzjoni fjakka tal- gvern fuq kwestjonijiet bћal tal-fish farms, u agћar u agћar il-fatt li s-servizzi tal-ordni ġew użati biex iћarsu minn qed jabbuża fil-każ ta' Manoel Island iqajjem mistoqsijiet fundamentali. Ara gћaċ- ċittadin ċkejken u bla setgћa, il-ġustizzja hi effettiva u taћdem malajr. X'jimplika dan dwar l-istat tagћna? Li tilef il-leġittimtà tiegћu? Lezzjoni lill-Oppożizzjoni L-inzjattiva ta' Manoel Island tagћti wkoll lezzjoni lill-oppożizzjoni. Gћidtha u nibqa' nsostniha li jekk l-affarijiet jibqgћu kif inhuma, li l-akbar vantaġġ li gћandu Joseph Muscat hi t-tmexxija ta' Simon Busuttil. Tmexxija li tidher niexfa kemm ideoloġikament (ћadd gћadu ma jaf il-PN tal-lum x'inhu; partit liberali? partit konservativ? lemini moderat? ċentrist?), kemm f 'dawk li huma rabtiet ma' klassijiet u gruppi (gћadu jixtieq jirbaћ lura n-negozjanti l-kbar li marru ma' Muscat? Lest jiftaħ gћall-klassi tal-ћaddiema u dawk bla setgћa?) u kemm f 'termini ta' inzjattivi li jinvolvu lil nies u komunitajiet b'mod kredibbli u ġenwin. In-nuqqas ta' ћila li gћandu li jiddistanza ruћu mill-iżbalji tal-mexxejja li ġew qablu (il-PN donnu gћadu jrid iżomm id-domma banali li l-partit dejjem kien fuq in-naћa t-tajba tal-istorja, ћrafa li kien qal darba Lawrence Gonzi) u l-ammissjoni tal-iżbalji anke gravi li dawn gћamlu, qed ixxejjen il-ћila li gћandu li jkun oppożizzjoni effettiva. Jekk iћares lejn l-inzjattiva ta' Manoel Island gћandu mnejn jitgћallem lezzjoni jew tnejn. Rabta mal-komunità Ta' min ifaћћar ukoll fl- injazttiva ta' Manoel Island hi l-fatt li kienet differenti minn inizjattivi simili tal-passat f 'dak li hu appell. Inizjattivi ta' gruppi żgћar mhux darba jew tnejn kellhom tomgћa settarja; grupp jew numru ta' individwi jieћdu inzjattiva fuq kwestjoni, u jaћsbu li jistgћu jitkellmu f 'isem kulћadd. Spiss tkun faċli gћall-medja konservattiva li turi li dan mhux il-każ; li dawn ma jirrapreżentaw lil ћadd; li huma erba' qtates ma jridu jagћmlu xejn jew minn familji tat-tajjeb, u li jridu jsibu x'jagћmlu biex jimlew il-ћin. Dan żgur ma jistax jingћad fuq l-inizjattiva ta' Manoel Island. Mhux biss ġie involut il-Kunsill Lokali li jirrapreżenta ċ-ċittadini tal-lokal, u b'mod partikulari s-sindku, imma l-appoġġ tan-nies tal-post gћal din il-kawża deher fil-jiem ta' qabel l-inzjattiva tal-10 ta' Settembru u kemm f 'dik tas-17 ta' Settembru. Jalla dan l-aspett jirrepeti ruћu f 'inzjattivi oћra 'l quddiem. Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Opinjoni 19 Aћbar tajba MICHAEL GRECH "Jekk fi ftit minuti ftit persuni kellhom il-ћila jagћtu lura lill-poplu aċċess ta' art li hi tiegћu, gћal xiex gћal snin sћaћ il-gvern (t'issa u ta' qabel), bir-riżorsi kollha li gћandu, m'gћamel xejn?"