Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
L -iskoperta li Hillary Clinton intlaqtet minn pnewmonja, wasslet biex il-kampanja presidenzjali Amerikana (tal-inqas sa meta jkun hemm aħbarijiet aħjar dwar saħħet Clinton) tbatti fl-attakki selvaġġi, it-teżijiet estremi, il-fantasiji konspiratorji eċċ. Clinton tidher li rkuprat, imma xorta waħda din tibqa' kampanja baxxa u vulgari miż-żewġ kampijiet, dak tad-Demokratiċi u dak tar-Repubblikani. Skont Donald Trump, din kienet rivoluzzjoni medjatika u politika. Imma kellu s-sens li ma jagħmilx kapital mill-pulmonite tal-avversarja tiegħu. Ma kienx jaqbillu jidher mingħajr sentimenti. Imma l-elettorat xorta waħda jinsab preokkupat dwar (i) kemm Clinton hi onesta (damet jumejn biex tħabbar il-marda u l-Amerikani jobogħdu l-ħabi u (ii) kemm Clinton se jkollha l-istamina fiżika biex tkun president. Terremot fl-Italja: L-arti u l-kultura feruti Fost il-ħsarat apokalittiċi li seħħew bis-siżmi fl-Italja ċentrali f 'Awwissu, ikkrollaw binjiet tal-arti u l-wirt artistiku-arkitettoniku. Fost il-ħsarat, waqgħet il-faċċata tal-bażilika ta' San Franġisk (Seklu XV) f 'Amatrice u tiġrif ieħor ta' bini tas-seklu sittax. Feruta wkoll l-istruttura tad-Duomo ta' Urbino. Saru ħsarat kbar ukoll fil-Knisja ta' Santu Wistin, fejn is-saqaf u l-bieb ikkrollaw flimkien ma' ħitan medjevali. Iżda minbarra l-patrimonju kulturali, fin-nofs hemm it-tbatijiet tal-isfollati. S'issa sar ħafna diskors għal skopijiet politiċi. Imma n-nies baqgħet tiddobba bit-tined, xemx u xita. Is-sensiliet Maltin bit-TV Żgur li ma tistax tqabbel sensiela tar- RAI ma' sensiliet fuq il-kanali lokali. Imma meta tqis kollox ma' kollox, l-aktar il-limitazzjonijiet tar-riżorsi tekniċi, il-produzzjonijiet fuq il-kanali Maltin għamlu avvanz. Sensiliet bħal Iċ-Ċaqqufa, Katrina u Strada Stretta għandhom ċertu livell, l-aktar fejn jidħol ir-reċtar. Hemm fejn l-id tad-direttur trid tinħass aktar biex l-esaġerazzjoni fil-klixejiet u l-manneriżmi jisparixxu u x-xogħol ikun aktar nadif, lineari, aktar ekonomiku. Kunventi battala Ġieli ktibt dwar is-sensiela X'Joffri l-Kunvent li jippreżenta Mario Coleiro (TVM). Ħafna drabi jidhru kunventi enormi, kważi vojta għal kollox. Forsi b'erba' jew ħames patrijiet jew sorijiet akkomodati fihom. U jiġik f 'rasek li tistaqsi: dan l-ispazju kollu xi jriduh ir-reliġjużi, meta tant hawn familji jokorbu għal kamra ta' tnejn biex irabbu familja? Dan l-aħħar qrajna bil-każ ta' mara li ilha 23 sena titħabat biex tingħata saqaf fuq rasha mill-Awtorità tad-Djar. F'din is-Sena tal-Ħniena l-awtoritajiet reliġjużi m'għandhomx jintervjenu biex din il-mara, flimkien ma' wliedha, jingħataw kenn u dinjità? Edvard Munch fuq Deutsche Welle (DW) Il-kanal Ġermaniż DW ippropona dokumentarju maħsub sew dwar il-pittur Norveġiż Edvard Munch (1863-1944), l-artist li pitter ix-xogħol famuż The Scream, illum rinomat bħala l-Mona Lisa ta' żmienna. Munch ipproduċa opri famużi oħra bħal Tfajliet Fuq il-Pont, Iż-Żeffien tal- Mewt, It-Tifel Marid, Madonna, u oħrajn. L-artist kien stqarr li dawk ix- xogħlijiet "patoloġiċi" kienu r-riżultat ta' ljieli twal mingħajr irqad. Hu magħruf li l-artist Norveġiż kien milqut minn serje ta' kondizzjonijiet mentali. Fi żmienu, Oslo kien mimli destituti, foqra jiġru mat-triqat u prostituti. Kien tilef lil ommu ta' sitt snin u missieru kien bniedem dipressiv, imgħaddas fi skrupli reliġjużi. Dwar il-pittura tiegħu, Munch kien qal : "Ix-xogħlijiet tiegħi huma intossikazzjoni li ma rridx infiq minnha. Mingħajr il-pittura tiegħi, ma jien xejn." Munch kien ferut fl-imħabba minn diversi femmes fatales u kien jirreferi għad-"dimonji" li jaħdmu fih. L-aktar xogħlijiet famużi ta' Edvard Munch (il-kunjom ifisser "il-patri") illum jinsabu esposti fil-Mużew Nazzjonali ta' Oslo. Forsi TVM 2 għandhom l-opportunità li jittraduċu dokumentarji ta' dan il-livell kulturali. Żgħażagħ: Drogi u sess ŻGĦAŻAGĦ: DROGI U SESS Il-każ tal-abbuż tossiku-sesswali kontra adoloxxenti ta' 17 –il sena f 'diskoteka f 'Rimini kompla juri kemm qed jiżdiedu l-inċidenti ta' konnessjoni bejn is-social networks, id-droga u l-abbuż sesswali. RAI News 24 irraporta l-każ ta' kif tfajla ta' 17 –il sena spiċċat il-vittma ta' Albaniż li wara li sakkarha u żied kapsoli tossiċi fix-xarba tagħha, stupraha fil-gabinett tad-diskoteka. Agħar minn hekk, "il-ħbieb" tat- tfajla ġibdu ritratti tal-episodju u tellgħuhom fuq Facebook. L-instabbilità morali tal-ġenerazzjoni l-ġdida resqet lejn il-limiti estremi. Min jaħti? Il-ġenituri x'sehem għandhom? illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 20 Opinjoni Il-marda ta' Hillary Clinton MARIO AZZOPARDI "L-ispazju kollu f 'kunventi enormi, kważi vojta għal kollox xi jriduh ir-reliġjużi, meta tant hawn familji jokorbu għal kamra ta' tnejn biex irabbu familja?" Hillary Clinton: Fejqan biex tikkumbatti l-populiżmu ta' Donald Trump