Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016| illum 3 Aħbarijiet Il-Partit Laburista jaqbel mas-Sindku tal-Gżira dwar l-azzjonjiet fuq Manoel Island Is-Sindku tal-Gżira jgħid li għandu s-sapport tal-Partit dwar il-kwistjoni ta' Manoel Island minn Ruben Anthony Xuereb MISTOQSI mill-ILLUM dwar l-opinjoni tal- Partit Laburista dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira favur l-aċċess liberu għal Manoel Island, is-Sindku Conrad Borg Manché, saħaq li huwa u l-kunsill tal-Gżira għandhom is-sapport totali tal-Partit Labusrista. Borg Manché stqarr li peress li l-MIDI qiegħda tikser il-liġi fir-rigward tal-konċessjoni ta' Manoel Island, hija ħaġa xierqa li l-PL, u anke l-Gvern huma favur id-dritt tar-residenti. Is-Sindku żied jgħid ukoll b'sodisfazzjoni, li f 'din il-kwestjoni, il-kunsilliera min-naħa taż-żewġ partiti qablu unanimament dwar l-azzjoni li kellha tittieħed kontra l-abbuż tal-MIDI, u fil-ġlieda biex dak li hu bi dritt tar-residenti tal-Gżira, jerġa' jintradd lura lilhom. Borg Manché spjega lil din il-gazzetta li r-raħal tal-Gżira jieħu ismu stess minn 'Manoel Island' u hija ħaġa ridikola li minn meta ngħatat il-konċessjoni ta' Manoel Island lill-MIDI, l-istess gżira ma baqgħetx taqa' taħt il-ġuristizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Infatti bħalissa, il-Kunsill qiegħed jagħmel appell sabiex iż-żoni pubbliċi u l-aċċess ta' 'Manoel Island' jerġa' jaqa' taħt il-Kunsill. Intant ilbieraħ filgħodu, flimkien mal-grupp 'Kamp Emerġenza Ambjent', il- Kunsill Lokali ħa sehem fi protesta oħra fuq Manoel Island sabiex jerġa' jintalab l-aċċess liberu lir-residenti. Memebri ta' Kamp Emerġenza Ambjent infatti reġgħu fetħu l-aċċess għal Manoel Island, kif qalu li se jagħmlu l-ġimgħa li għaddiet, billi qaċċtu parti mill-gradi li hemm fil- madwar. Il-Ġimgħa wara nofsinhar saret azzjoni simbolika oħra organizzata mill-Kunsill Lokali, flimkien ma' numru ta' dgħajjes tas-sajjieda mill-Gżira, fejn fiha ttella' kartellun taħt il-fortizza Manoel li kien jinqara tajjeb mill-Belt. Din l-azzjoni simbolika saret fid-dawl ta' risposta li l-MIDI taw lill-Kunsill Lokali tal-Gżira, li l-aċċess bil-baħar kien permess. Intant il-ġimgħa wkoll, l-Awtorità tal-Ippjanar fetħet protest ġudizzjarju kontra l-kumpanija MIDI. F'dan il-protest, iffirmat mill-Avukat Ġenerali u l-Assistent Avukat Ġenerali, il-Gvern qal illi MIDI plc mhijiex qiegħda timxi skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' ċens illi hija għandha mal-Gvern dwar art f 'Manoel Island. Dan għaliex il-kumpanija MIDI plc mhijiex qiegħda tħalli aċċess minn Manoel Island għall-partijiet ta' xatt il-baħar li ma ġewx mgħoddija lill-kumpanija. Fil-protest, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li kien hemm ksur tal- kontrolli tal-ippjanar, li jikkonsistu f 'erba' gradi li twaħħlu ma' Manoel Island u waqqfu l-aċċess fuq il-gżira. Fil-protest intqal ukoll li ġaladarba dan ma jseħħx fiż-żmien stipulat ta' ġimagħtejn, jibdew jidħlu fis-seħħ multi ta' penalizzazzjoni kull ġurnata li tgħaddi. Il-Gvern qed isejjaħ lill-MIDI biex timxi mal-kuntratt u mal-liġijiet ta' Malta, u tipprovdi l-aċċess li hija obbligata li tipprovdi. Is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché Attivisti minn Kamp Emerġenza Ambjent jiftħu aċċess għal Manoel Island Wirjiet akrobatiċi fl-ajru Ritratt i: Chris Mangion L-ispettaklu annwali fl-ajru reġa' wasal, u din is-sena se jkun qed jilħaq il-qofol tiegħu b'wirjiet ġewwa Smart City fil-Kalkara. Il-programm beda lbieraħ b'wirja statika fl-ajruport internazzjonali ta' Malta u din is-sena jinkludi parteċipanti internazzjonali fosthom mill-Italja, Franza, il-Polonja, l-Ukrajna, l-Ingilterra u l-Amerika.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016